Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 F 'dawn l-aħħar ġimgħat iċ-ċittadini Maltin ta' rieda tajba u onesti qed iħossuhom urtati u skandalizzati b'dak kollu li qed jiġri madwarhom. Korruzzjoni ta' kull għamla, forma u valur f 'diversi oqsma. Malta qed tiffaċċja terremot ta' ċertu grad li għalkemm mhux b'saħħtu biżżejjed biex iġarraf l-Isptar Mater Dei jista' jingħad li hu b'saħħtu biżżejjed biex ikisser il-moral u l-fiduċja tal-poplu bl-imġieba u involviment ta' xi wħud mill-Membri Parlamentari tagħna. Huwa ta' mistħija għall-poplu tagħna li parlament ġdid li sewa 'l fuq minn €600 miljun iżżanżan b'din it-traġedja. Kemm kien ikun aħjar għall- pensjonanti kieku flok dibatti dwar il- korruzzjoni, l-membri tal-parlament isibu ħin u jiddiskutu s-sostenibilità tas-saħħa u tal- pensjonijiet, l-adekwattezza tal-pensjonijiet, ir-riskju tal- faqar, l-inġustizzji li hemm fost il-pensjonanti u affarijiet soċjali oħra. Bit-tgħajjir u tfigħ ta' tajn lil xulxin ma ser naslu mkien. Jekk ser jibqgħu sejrin hekk flok ser ikunu ta' tarka kontra l-korruzzjoni, ser jitfixklu fix-xibka tagħha. Bil-mod ta' kif qed jiżvilluppaw l-affarijiet u permess ta' aħbarijiet konflinġenti fuq il-media aħna minn barra ma nistgħu nifhmu xejn x'qed jiġri. Però, wasalna għall-konklużjoni li miljuni kbar ta' ewro miġbura mit-taxxi, mill-bolla tas- sigurtà soċjali u mill-Ewropa qed jinsterqu minn ftit nies korrotti li jridu jistgħanew f 'qasir żmien. Mill-banda l-oħra dawk li jħallsu t-taxxa u onesti qed jaqgħu lura u eluf ta' nies fosthom pensjonanti qed jiffaċċjaw il-problema tar-riskju tal-faqar bla bżonn u b'kapriċċ. Kemm seta' sar aktar ġid kieku l-miljuni ta' ewro li nsterqu sar użu minnhom aħjar u indirizzajna l-problema tal-faqar. L-Alleanza tal-Għaqdiet tal-Pensjonanti dejjem sostniet li ġid qed jinħoloq iżda mhux jitqassam b'ġustizzja. Hija verità li l-pensjonanti ma huma jieħdu xejn. Huwa fatt li s-sinjur qed isir aktar għani u l-fqir dejjem jingħasar u niżel l-isfel fl-għaks. Mhux ta' b'xejn il-qasma bejn il-fqir u s-sinjur qed dejjem titwessa'. Hemm ħafna flus għal ftit tal-qalba u ftit flus għal ħafna oħrajn. Din hi l-kwalità ta' ġustizzja soċjali li jitkellmu dwarha il-politiċi tagħna? Lilna l-pensjonanti l-politiċi jafuna biss meta tkun ġejja xi elezzjoni. Għaldaqstant aħna rridu nħarrsu l-interessi tagħna għax m'għanda lil ħadd jagħtina palata. Ir-rappreżentanti tagħna fil-parlament mhux interessati li jiddiskutu l-problemi tal- pensjonijiet għax dan suġġett jaħraq. Donnhom jistħu jitkellmu dwar il-pensjonijiet. Huma qegħdin tajbin u jibżgħu mill-paraguni. Aħna nistgħu niddikjaraw li wara għaxar snin ta' konsultazzjoni, rapporti kontra rapporti u laqgħat ma wasalna mkien. Il-fqar baqgħu fqar u n-numru żdied u l-inġustizzji bejn l-istess pensjonanti għadhom hemm. Il-politiċi tagħna jsibu l-ħin imorru jagħtu l-appoġġ lil ftit mijiet ta' ċertu għaqdiet, u jagħmlu sew, iżda rari jitkellmu dwar il-pensjonijiet ta' madwar 85,000 ruħ. Hawn tidħlu intom sinjuri pensjonanti, li hemm bżonn tagħmlu l-parti tagħkom għax ser tibqgħu sejrin lura. Ibdew aħsbu fuq dawn l-affarijiet u interessi tagħkom biss meta tiġu biex tivvotaw. Tibqgħux tħarsu lejn l-aħmar u l-blu iżda ħarsu lejn dak il-kulur waħdini li lilek joħorġok mill-faqar, li jħares id-dinjità tiegħek u li jiggarantilek ħajja aħjar u ta' kwalità fl-aħħar żmien ta' ħajtek. Ir-rapport dwar ir-riforma tal- pensjonijiet kellu jiġi ppublikat f 'Settembru tas-sena l-oħra. S'issa għadu fuq l-ixkaffa. L-Alleanza tal-Għaqdiet tal-Pensjonanti tispera li dan dalwaqt ser joħroġ. Iżda dan mhux biżżejjed. Hemm bżonn li nibdew nieħdu xi azzjonijiet biex insolvu l-problemi dwar il-pensjonijiet. Infakkru lil kulħadd li ż-żmien huwa kontra l-pensjonanti. Il- pensjonanti għandhom ikun stmati aħjar fl-aħħar żmien ta' ħajjithom. Carmel Mallia President tal-Alleanza tal-Għaqdiet tal-Pensjonanti Il-pensjonanti u l-korruzzjoni CARMEL MALLIA Ritratt: Ray Attard @reportermalta reporterontvm Reporter - għada t-Tnejn fi d-8.40pm fuq TVM2 REPORTER jiddiskuti l-esproprjazzjoni ta' art u propjetà mas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon u d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi Hemm bżonn diskussjoni dwar is-saħħa u l-pensjonijiet RIKARDU ELLIS B'tifkira mit-30 anniversarju mill-mewt traġika tiegħu. Qatt minsi minn martu Rita, uliedu Joseph, Tonio and Nathalie, in-nisa u rġiel tagħhom, neputijiet, aħwa, u qraba u ħbieb oħra. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015