Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019
Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 23 Bijografi ji H IJA waħda mill- anzjani tal-Belt Valletta – li minkejja l-età tagħha, għadha tidher daqslikieku għandha nofs l-età li għandha – Casa Rocca Piccola. L-istorja ta' din id- dar tmur lura aktar minn 400 sena, propjament fi żmien meta l-Kavallieri ta' San Ġwann, wara li għelbu lit- Torok fl-Assedju l-Kbir fl-1565, iddeċidew li jibnu belt. Din il-belt kellha tkun fuq l-istess livell, jekk mhux aħjar minn ibliet Ewropej oħra, bħal Pariġi u Venezja. Din l-intenzjoni hija waħda evidenti meta dak li jkun iħares lejn ir-reqqa li biha ġew imfassla l-palazzi u l-binjiet oriġinali tal-Belt Valletta, it-toroq, u l-fortifikazzjonijiet li riedu jħarsu lil din il-belt mill-għadu. Id-dar hija magħrufa għall-fatt li kienet id-dar tal-familja nobbli de Piro, u llum il-ġurnata tattira kemm turisti, u kemm gruppi ta' studenti Maltin u Għawdxin li forsi joħolmu li xi darba jkunu jgħixu f 'palazz b'tant rikkezzi. "La casa con giardino" Fost dawn il-binjiet kien hemm dawk li bena l-Ammiral Don Pietro la Rocca – b'waħda mit-tnejn tkun Casa Rocca Piccola. Din kienet waħda mill- eċċezzjonjiet – hekk kif kienet waħda mill-ftit djar li tħallew ikollhom ġnien fil-belt Valletta – tant li kienet titniżżel b ħala "la casa con giardino" fuq il- mapep taż-żmien. Il-binja li naraw illum il-ġurnata hija waħda li għaddiet minn xi bidliet – fosthom fis-seklu 18 fejn id-dar inqasmet f 'żewġt idjar iżgħar. Xi bidliet oħra saru wkoll fl-1918 kif ukoll qabel it-Tieni Gwerra Dinjija fejn tħaffer xelter kontra l-attakki mill-ajru. Id-djar reġgħu ingħaqdu f 'waħda wara proġett ta' restawr li sar fl-2000. Min kien jgħix f 'din id-dar żgur ma setax jgħid li xeba' fl-istess kamra, hekk kif id-dar għandha aktar minn ħamsin kamra – inkluż żewġ libreriji, żewġ kmamar tal-ikel, kmamar għat- tpenġija u kappella. Is-sular t'isfel kien iddedikat għall-kċejjen u għall-istalel, filwaqt li fis-sular wieħed jista' jsib il- kumplament tal-kmamar. Rikkezzi materjali u storiċi F'Casa Rocca Piccola wieħed jista' jsib kollezzjonijiet ta' għamara, oġġetti tal-fidda kif ukoll kapulavuri kemm minn Malta kif ukoll minn madwar il-kumplament tal-Ewropa. Dawk il- kollezzjonijiet mhux biss jagħtuna idea ta' kif kienet il-ħajja tal-abitanti ta' din id-dar, imma wkoll tal-ħajja tal-era li fiha għexu, tal-istil ta' ħajja li kellhom, x'kienu jilbsu, kif kienet il-ħajja tan-negozju, x'ħallsu, x'ma ħallsux, u saħansitra wkoll meta u għaliex ttellgħu l-Qorti. L-arkivji tal-familja de Piro, magħruf bħala Archivium de Piro għandhom fihom dettalji tal-familja, tan- negozju tagħhom li beda fis-seklu 16. Dan kollu jinkludi kuntratti tan- negozju, kuntratti ta' żwieġ, kontijiet, dokumenti tal-wirt, u każijiet tal-qorti. L-arkivji jintużaw għal proġetti ta' riċerki li jsiru mill-Università ta' Malta, kif ukoll intużaw f 'xi studji li saru mill-Università ta' Oxford, kif ukoll f 'pubblikazzjonijiet oħra. Fl-istess dar nistgħu naraw ukoll kollezzjoni ta' kostumi antiki – li hija waħda mill-akbar li nistgħu nsibu f 'Malta. Dawn il-kostumi huma kemm formali u kemm informali, ġejjin mis- seklu 18 sas-seklu 20. Sfortunatament, minħabba li dawn il-kostumi huma delikati, ftit li xejn ikunu għall-wirja għall-pubbliku ġenerali. L-istess jista' jingħad għall-kollezzjoni li hemm tal-bizzilla – fejn f 'Casa Rocca Piccola nistgħu nsibu l-akbar kollezzjoni privata tal-bizzilla Maltija. Mhux ta' b'xejn li kienet din l-istess dar li bdiet, u torganizza kull sena l-Kompetizzjoni Annwali tal-Bizzilla ta' Malta tal-HSBC. Is-sidien tad-dar mhux daqstant żgħira Mis-Seklu 16, Casa Rocca Piccola biddlet is-sid tad-dar għal numru ta' drabi. L-ewwel sid kien Don Pietro la Rocca, ammiral tal-flotta tal-Ordni ta' Malta. Warajh kien hem mil- Monsinjur Fra Gaspare Gori Mancini ta' Siena, li kien l-Isqof ta' Malta bejn l-1722 u l-1728. Gio Francesco daħal fid-dar wara, fejn kien xtara mhux biss din il- propjetà, imma wkoll Palazzo Messina u Palazzo Marina li jinstabu fuq l-istess blokk. Gio Francesco, miżżewweġ lill- Barunessa Chiara Bonici Platamone Cassia, kien figura ewlenija waqt l-okkupazzjoni Franċiża f 'Malta. Il-propjetà intirtet minn Francesco Sant Cassia, li ta'13-il sena wiret din id-dar. Kien wieħed mill-ewwel Maltin li kellhom u kienu jsuqu karozza, fejn saħansitra wkoll kellu tal-linja tiegħu. Il-Kmandant Antonio Cassar- Torreggiani, il-fundatur tal-Bank Nazzjonali ta' Malta, li kkummissjona l-R.M.S Knight of Malta li kienet l-mezz ta' transport għall-passiġġieri ewlieni li kienet tgħaqqad lil Malta mal-Italja. Din id-dar imbagħad intirtet minn bint Antonio, Philomena Cassar Torreggiani li għexet fiha mar- raġel tagħha Jerome de Piro d'Amico Inguanez – il-President tal-Kumitat tal-Privileġġi tan-Nobbli Maltin - u kien rrappreżenta lin-Nobbli Maltin fl-Inkonorazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II. Nicholas de Piro d'Amico Inguanez, is-sid ta' wara, għamel proġetti kbar ta' restawr fuq Casa Rocca Piccola, fejn fil-bidu tad-90ijat id-dar infetħet l-ewwel darba għall-pubbliku. U llum? Illum is-sid tagħha huwa Marquis de Piro, li flimkien ma' tim ta' persuni li jaħdmu f 'din l-istess dar privata, joffru esperjenza differenti lil min iżurha. Fuq bosta siti tal-ivjaġġar, ħafna turisti jfaħħru wkoll t-tour tax-xampanja li ħafna drabi jsir jew minn Marquis de Piro, jew inkella minn martu – u li joffri esperjenza ta' klassi li diffiċli tinstab x'imkien ieħor. Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Sala tal-ikel mimlija rikkezzi Casa Rocca Piccola minn barra Casa Rocca Piccola – l-anzjana ta' klassi mill-Belt Valletta