Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 | illum 29 SPORTSillum FITTENTATTIV tagħhom li jsibu attakkant ta' ċertu potenzjal fil-formazzjoni tagħhom, Liverpool, xeħtu l-interess tagħhom fuq il- plejer ta' AC Milan, Jeremy Menez. Dan l-attakkant internazzjonali Franċiż, flimkien mal-gowlkiper Diego Lopez, kienu l-uniċi żewġ plejers li kellhom staġun tajjeb fl-istaġun diżastruż ta' AC Milan. L-attakkant Franċiż skorja 16-il gowl għar-Rossoneri matul dan l-istaġun, li iżda ma swewx biex AC Milan jilħqu t-tragwardi tagħhom. Huwa rrapurtat li Monaco wkoll jinsabu interessati fl- akkwist ta' Jeremy Menez. Il-kuntratt ta' dan il-plejer ma' AC Milan jintemmlu fl- 2017, u għalhekk Liverpool jekk jagħmlu ċert mill- akkwist tiegħu ikollhom iħallsu somma addizzjonali biex jingaġġawh. Is-somma li hija rrapurtata jekk dan it-trasferiment ikun qed jiġi fis-seħħ, hija dik ta' mhux aktar minn £10 miljun. Jekk Liverpool jirnexxielhom jakkwistaw lil Menez, huma xorta jkunu qed iħarsu lejn attakkant ta' ċertu kalibru u statura iktar minn ta' Menez. B'hekk ir-Reds ikunu qed jutilizzaw lil Jeremy Menez bħala attakkant ta' riżerva. Intant, f 'aħbar oħra li tirrigwardja lil Liverpool, ilhom ix-xhur jinstemgħu spekulazzjonijiet fil-media li l-player internazzjonali Kroat, Mateo Kovacic, jista' tabilħaqq iħalli lil Inter, speċjalment wara li huma ma rnexxielhomx jilħqu t-tragward li kellhom fil- bidu tal-istaġun – jiġifieri dak li jiksbu post fil-UEFA Champions League. Iżda issa jidher li dawn l-ispekulazzjonijiet qed jissostanzjaw ruħhom , fejn jidher li Liverpool jinsabu fil-pole position biex jakkwistaw lil dan l-attakkant. Dan speċjalment wara li d-dipartiment offensiv tar-Red Devils matul dan l-istaġun iddiżappunta ferm, fejn huma ħassew ferm it-tluq ta' Luis Suarez ma' Barcelona, waqt li l-attakkant ferm kontroversjali Taljan Mario Balotelli ddiżappunta bil- kbir għalihom. Liverpool lesti joffru s-somma ta' £17- il miljun biex jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant internazzjonali Kroat. Ir-Reds jinsabu interessati wkoll fl-attakkant internazzjonali Ingliż, Theo Walcott, li iżda għandu kuntratt ma' Arsenal li jiskadi fl-2016. Skont il-ġurnal Ingliż, Echo, din it- trattattiva tista' tiġi fis-seħħ sa mis-sajf li ġej. Manchester City jridu lil Jack Wilshere u Karim Benzema MANCHESTER City qed jagħmlu minn kollox biex jakkwistaw is-servizzi tal-plejer ta' nofs il- grawnd Ingliż ta' Arsenal, imwieled fl-1992, Jack Wilshere. Skont rapport li deher fuq il-ġurnal Ingliż Daily Mirror, Manchester City huma lesti li joffru s-somma ta' xejn inqas minn €42 miljun biex jingaġġaw lil Jack Wilshere. Nistennew u naraw jekk il-kowċ Franċiż ta' Arsenal, Arsene Wenger, hux se jaċċetta din l-offerta ferm rimarkabbli. Manchester City xejn ma mpresjonaw matul dan l-istaġun fejn inqalgħu mill- UEFA Champions League fl-istadji bikrin u m'offrewx sfida denja u kif wieħed stenna lil Chelsea għar-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, kif wieħed stenna. Fost l-iktar dipartimenti li naqas milli jimpressjona kien hemm propju dak ta' nofs il-ground, ħlief għal Yaya Toure, u għalhekk l-akkwist ta' Jack Wilshere jista' jkun ferm importanti biex isaħħaħ dan id-dipartiment. Il-Blues jinsabu fit- tentattiv li jsaħħu wkoll id-dipartiment offensiv tagħhom, għalkemm dan diġà jista' jitqies bħala wieħed b'saħħtu bi players bħal Sergio Aguero fi ħdanu. Iżda jidher li huma tefgħu ħarsithom fuq il-plejer internazzjonali Franċiż, Karim Benzema, fejn huma lesti joffru s-somma sostanzjali ta' €38 miljun lit-tim immexxi mill-kowċ Taljan Carlo Ancelotti, biex jakkwistaw is-servizzi ta' dan l-istilla Franċiża. Il-plejer żagħżugħ ta' Arsenal Jack Wilshere fl-azzjoni L-attakkant internazzjonali Franċiż ta' Real Madrid, Karim Benzema Liverpool jitfgħu ħarsithom fuq Jeremy Menez, Mateo Kovacic u Theo Walcott L-attakkant internazzjonali Kroat ta' Inter, Mateo Kovacic L-attakkant internazzjonali Ingliż ta' Arsenal, Theo Walcott L-attakkant Franċiż ta' AC Milan, Jeremy Menez

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015