Illum previous editions

illum 14 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/527019

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 NOEL għandu 41 sena miżżewweġ lil Isabelle mix- Xagħra u missier Owen ta' 16-il sena u Hayden ta' 9 snin. "Twelidt u trabbejt bejjiegħ tal-frott," beda jgħidli Noel. "Missieri kien itella' l-frott, ħaxix, ġbejniet u bajd mixtrija mill-bdiewa Għawdxin lejn Malta u jien kont dejjem immur miegħu wara l-iskola jew meta ma kienx ikolli skola. Maż-żmien beda jixtri l-frott ta' barra u jtellgħu Għawdex u jien kont immur miegħu nqassmu dan il-frott." Fattur interessanti hu li għalkemm Noel u missieru dejjem ħadmu fil-frott u ħaxix qatt ma kienu bdiewa jew raħħala, iżda kienu jixtru l-frott u l-ġbejniet mingħand bdiewa u raħħala Għawdxin. "22 sena ilu tħajjart li niftaħ għal rasi u missieri ħajjarni billi tani t-trakk biex nibda nbigħ fil-parkeġġ tar-Rabat. Kienet deċiżjoni tiegħi li nagħmel it-trakk hawn u nibda nbigħ minn hawn. Dak iż-żmien ma kien hemm bżonn l-ebda permessi u fil- fatt għaddew 22 sena u għadni hawn fl-istess pjazza. Issa qegħdin tlieta hawn u tnejn oħra qegħdin qabel tidħol." "Kien l-ewwel darba li f 'Għawdex kien hawn trakk kbir li jbigħ il-frott u l-ħaxix u ngħid il-verità x-xogħol kien tajjeb ħafna. Iżda issa x-xogħol naqas - waħda għax inqasam bejn ħamsa u għaliex is-supermarkets illum ibigħu l-frott u l-ħaxix – fejn qabel l-ħwienet kienu żgħar u ma kinux ibigħu frott u ħxejjex." Mistoqsi min huma l-klijenti tiegħu, Noel qal li matul il- ġimgħa l-akbar klijenti huma l-Għawdxin fejn hemm dawk li jaħdmu r-Rabat u qabel imorru d-dar jgħaddu jixtru mingħandu u hemm oħrajn li jiġu mil-irħula għax draw jixtru mingħandu. Matul tmiem il-ġimgħa l-akbar negozju jagħmlu mal-Maltin, "u hawn turisti li jiġu kull sena Għawdex li jiġu jixtru mingħandi minn sena għal sena." Mistoqsi jekk kull trakk li hemm fil-parkeġġ għandux il-klijenti tiegħu, Noel qal li l-maġġoranza huma klijenti regolari, "iżda hawn nies li jduru minn trakk għall-ieħor jagħżlu dak li jixtiequ." Noel qal ukoll li n-negozju tiegħu jimxi bl-istaġuni fejn fix-xitwa jbigħ ħafna aktar ħxejjex u fis-sajf jbigħ ħafna aktar frott. Qalli wkoll li hu jagħfas ħafna fuq il-frott lokali u ħafna jmorru jfittxuh għax magħruf għalih. Noel issibu fil-parkeġġ kuljum bejn it-Tnejn u s-Sibt mill-5.30am sas- 2.30pm, imbagħad imur jarma x-Xagħra n-naħa tan-Nazzarenu bejn l-4pm u s-7pm. Il-Ħadd imbagħad wieħed jista' jara Noel differenti, Noel bħala żeffien u president tal- Kummittiva tax-Xagħra, li hi għaqda ta' żeffiena folkloristiċi li jduru diversi postijiet f 'Malta u Għawdex. Il-Kummittiva hi żifna folkloristika li ħadet il- popolarità tagħha fil-Karnival u kien għalhekk li grupp ta' żeffiena jduru ma' lasta li minnha joħorġu speċi ta' żigarelli li ż-żeffiena jduru bihom madwar il-lasta. Fl- antik iż-żeffiena kienu kollha jkunu rġiel fejn nofshom kienu jilbsu ta' mara u jkunu ġejjin minn kull livell tas- soċjetà biex b'hekk il-fqir kien ikollu ċans jitħallat mas-sinjur. Illum il-ġurnata fil- Kummittiva daħlu jiżfnu n-nisa flok irġiel jilbsu ta' mara u fil-grupp fejn Noel hu president tiegħu hemm 32 żeffien u żeffiena jieħdu sehem. "Bħalma ma jien writt ix-xogħol ta' missieri, writt il-Kummittiva, għax missieri wkoll kien żeffien u jmexxi din l-għaqda. Illum barra li jien żeffien, għamilt 9 snin bħala kaxxier, fejn issa jien il- president tal-għaqda. Dejjem imxejt fil-passi ta' missieri anke fil-futbol inżomm mal- Manchester United bħalma kien hu. Issa ilu 11-il sena li miet missieri. Niftakru li l-hena tiegħu kien li kulfejn imur dejjem jiġri bit-tfal miegħu - tant li anke ħija ħa x-xogħol tiegħu li jġib il- ħxejjex u l-frott minn barra. Jien fil-fatt il-frott ta' barra mingħandu nixtrih. "Fil-Kummittiva, l-familja kollha tiegħi niżfnu u anke oħti tiżfen magħna bil-familja kollha tagħha. Il-grupp illum hu ffurmat minn familji u koppji miżżewġa barra xi żgħażagħ. " Mistoqsi kif isib ħin jiżfen, Noel qalli li l-Kummittiva fiha 7 taqsimiet u ladarba tkun tafhom m'għandekx għalfejn titħarreġ iżjed. "Nippruvawha biss meta jkollna l-ġodda. Iż-żeffiena huma kważi kollha mix-Xagħra għalkemm issa ġew xi tnejn mix-Xewkija magħna. Aħna niżfnu biss il- Ħadd - jiġifieri lili ma jtellifni xejn mix-xogħol tiegħi." Il-Kummittiva jiġu mistiedna minn diversi kunsilli lokali Maltin meta jorganizzaw xi ljieli Maltin u f 'Għawdex jiżfnu biss fil-Karnival. Għall- ewwel darba, se jmorru jiżfnu Barċellona f 'festival taż-żfin f 'Ottubru li ġej. Il-grupp jitħallas meta jkunu mistiedna, iżda dan ma jgħoddx għaż-żeffiena - "Ħadd miż-żeffiena ma jieħu ċenteżmu, l-flus li nitħallsu mill-kunsilli jmur għal grupp għax ikollna bżonn fondi biex jinħadmu kostumi u sandlijiet apposta. Barra hekk norganizzaw xi parties u BBQs fejn iż-żeffiena ma jħallsux u Matul il-ġimgħa jbigħ il-frott... illum@mediatoday.com.mt John Busuttil ! EU FUNDS SUPPORT OFFICER "#$!%&'()*+,-.!*//)&0*11%2'&%&#(!,-*))3/24&11%2'&!(*5!!"#$%&'(#)%**+,-#.//012,!6&!-$*'!&)37&'&8(#9.! ,-*))3:66*9&%&#(!;<92/#%!.!=<#((&+!(*)37*'&6#8(!;)#((29*)&> ?3*//)&0*11%2'&%&#(! 6)&@0&#'! @*5! AB! &$$#((*)%*(*! %9&$.! %&'(C*,-(.! 6&$3D&9#((29*(! ,-*83E#9F&11&! G29/29*((&F&H!7&'&8(#9.!,-*))3:66*9&%&#(!;<92/#%!.!=<#((&+!(*)37*'&6#8(!;)#((29*)&H!=*)3I&)*9H!JKLH!=9&+! 7*98*@M#((H!B*))#((*!B?=!KNOP!%#,2F>@(!8*!@Q.M!*0(*9!(*9$!@&''!!"#$%!&'()*'+,-%./0')12)*'3)-4!54)67189) !:0(*9!$#((*)%&!%&8(,-.!%&U.!@&08.C*!@&))3V*11#((*!(*)3VF#9'!(*$3WX!(*5!7#%%.!WPKO>! ?3*//)&0*11%2'&%&#(!%&8(,-.!%&U.!@'&44)*!@&''R! Q((/8RSS2/@>,2F>@(S#'SI:YZ[SZ;E[\ZA]^VSI*,#8S_29@8`WP*'$`WP=#@/)*(#8S_29@83*'$3 =#@/)*(#8>*8/M!! ! ! ":%'#6033;*+<0==>+&0>02-#30#?2@:'0&#>0'A,%#/B'0�(;(2>:9#@:933;#### 9**30C9==>+&0>02-#>0(-@:%#>C%&%#CC%&(0',9-0#@:933;C+;/0&9&=>962&-#6033;#### $+&'0#-93;"&>+&0#!D,+*29# # # # ## # Noel Teuma mix-Xagħra hu persuna li wieħed jiltaqa' miegħu l-parkeġġ tar- Rabat jbigħ il-frott, ħaxix, ġbejniet u bajd mit-trakk tiegħu. Nhar ta' Ħadd wieħed jista' jsibu madwar Malta jiżfen u jmexxi l-grupp folkloristiku tiegħu, l-Kummittiva Noel Teuma mal-prodotti li jbigħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 June 2015