Illum previous editions

illum 21 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 M alli dħalt fl-uffiċċju tal-Ministru Farrugia nnutajt qoffa mimlija frott u nnutajtlu l-fatt li anke Chris Fearne kellu qoffa bil-frott u bid- daħka il-Ministru qalli li l-kabinett ta' Muscat jiekol ikel tajjeb għal saħtu. Meta bdejna l-intervista, beda fost l-oħrajn jirrakkuntali kif fil-ġurnata t'għeluq sninu, fejn kien għadu student fit-28 ta' Diċembru 1977, kienet inqatlet Karen Grech. Din kienet il-ġara tiegħu u li sal- lum l-ittri kollha tiegħu għadhom jiġu vettjati għax kien meqjus bħala high risk billi kien student b'opinjoni voċifera. Mistoqsija li tolqot massa tal- popolazzjoni Maltija hi dik dwar l-istrateġija dwar il-pensjonijiet fejn qalli li minn wara l-elezzjoni nħoloq grupp ta' strateġija bejn dawk li huma mdaħħla b'xi mod jew ieħor fis-settur flimkien ma' rappreżentanti tal-pubbliku fejn l-istrateġija li kellha tinħoloq kellha tkun fil-linja tal-programm elettorali. "L-importanti kien li l-età tal-pensjoni ma togħliex aktar minn 65 sena u ma togħliex il-bolla, ma jiddaħħalx it-tieni pilastru u li l-paga minima tiġi aġġustata li ma tkunx taħt il-livell ta' rsikju ta' faqar." Mistoqsi liema hi l-qligħ li jpoġġik f 'riskju ta' faqar, Farrugia qalli li trid tkun anqas minn €8,000 li tfisser anqas mill-paga minima, li hi €8,645 fis-sena. Iżda xi tfisser eżatt riskju ta' faqar? "Dawk li kemm kemm għandhom biex jgħixu, dawk li ma jifilħux iħallsu għal ċerti affarijiet bażiċi." Minn dawn hawn 99,000 persuna jiġifieri wieħed minn kull 4 Maltin, fejn l-akbar żieda f 'din il-faxxa kienet bejn l-2008 u l-2013 fejn żdiedu b'24%. U bejn l-2013 u l-2015 kemm żdiedu jew naqsu? "Ma nistgħux inkunu nafu eżatt qabel l-2018. Iżda aħna ħloqna ħafna inċentivi biex mhux biss innaqqsu sew din il-faxxa, iżda neleminawha għal kollox. Li qed jonqsu nistgħu ngħiduha billi nafu li naqsu n-nies li jgħixu bl-għajnuna soċjali, naqsu n-nies li jirreġistraw u daħlu 913 fid-dinja tax-xogħol, barra li numru ta' single parents applikaw għal skema ta' xogħol li b'hekk se jiżdidilha d-dħul waqt li tajniha €400 għal kull tarbija." Farrugia qalli li huma qed joffru paga u inċentivi biex jiżguralhom li meta jsiru anjzani se jkollhom pensjoni għax hawn anzjani li baqgħu bla pensjoni, għax ma ħadmux jew ħadmu bl-ekonomija s-sewda u ma ħallsux bolla u dawn qed jgħixu f 'xifer ta' faqar. "Aħna qed inħajruk taħdem ħalli nagħtuk opportunità titla 'l fuq." Kulħadd jaf li hemm ħafna abbużi fl-għajnuna soċjali u hawn Farrugia beda jirrakontali stejjer li jġibulek għajnejk wara widnejk ta' kif ċerti nies jużaw moħħhom biex jiffrodaw lill-Gvern minn għajnuna soċjali, fejn hemm min ħa post tal-gvern mill-housing soċjali u krieh lil lap dancers u biex tgħaxxaqha lanqas iddikjara l-flus tal-kera u kien jgħix bir-relief. Meta qbadnih tilef l-għajnuna soċjali u l-post. Bħal dan hemm ħafna oħrajn fejn anke japplikaw għal housing tal-gvern meta jkollhom diġà fejn joqogħdu biex fih jirreġistraw lill-partner li jkunu jgħixu miegħu jew magħha. "Għalkemm qegħdin għassa għal min qed jabbuża u hawn ħafna minn jabbuża xorta hawn min hu ġenwin u dan irridu ngħinuh." Fil-fatt d-dipartiment talab biex min kien irregolari jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu u ma jittiħdux passi kontrihom. "Tajna amnestija lil 238 persuna u minnhom ġbarna madwar €3 miljun. Irranġajna li jħallsu dak li ħadu b'abbuż u jħallsuh bil-mod ħalli ma nitfgħuhomx aħna fil-faqar. U aħna lesti li nibqgħu ngħinu lil dawk li jiġu jgħidulna bl-abbuż. Żgur li jiddispjaċihom jekk naqbduhom aħna għax jkunu jridu jħallsu l-penali barra li jirritornaw il- flus li jkunu ffrodaw lill-gvern. U għandna biex insiru nafu għax ħloqna sezzjoni mħarrga li għandha kuntatti ma' banek u nevalwaw ċertu ħlas li jaqbeż l-assi ta' dak li jkun." Bdejna nitkellmu dwar riskju ta' faqar u semmejna kif dan ma tantx jinħass meta tħares madwarek. "Ifhimni faqar assolut ma jeżistix għax inħolqot xibka msejħa servizzi soċjali, li mhux qegħdin hemm biex jisostitwixxu dħul finanzjarju. Qegħdin hemm biex jaraw li ma taqa' qatt f 'faqar assolut meta tkun għaddej minn xi mument diffiċli fil-ħajja tiegħek. Għalhekk aħna qed nagħtu l-benefiċċji biex ngħinu lill-persuna li jkun għaddej minn mument ħażin, u fl-istess ħin qed noffru inċentivi biex issib taħriġ neċessarju biex tidħol fil-ħajja tax- xogħol." Mistoqsi x'inhuma l-miri tal- ministeru jew tal-gvern dwar nies f 'riskju ta' faqar, Farrugia qalli, "Mira waħda għandi li sakemm ikun hawn persuna waħda li tinsab fir-riskju ta' faqar mhux se ngħid li din hi perċezzjoni. Lest li nagħtu kull inċentiv biex kull persuna tqum fuq saqajha. Issa sta għall-persuni li jieħdu l-opportunitajiet kollha li ma jgħixux fix-xibka tal-benefiċċji soċjali, li twassal għal faqar." "Jekk il-faqar ma jidhirx, ma jfissirx li m'hawnx faqar. Fl-aħħar sentejn l-iżvilupp ta' pajjiżna żdied bi tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. L-inflazzjoni tbaxxiet għal 0.8% - terz ta' kemm kienet. Allura l-poplu qed jara l-ġid madwaru. Iżda ma jfissirx li madwarna m'hemmx persuni li qed ibatu." Il-Ministru Farrugia rrakkontali storja ta' mara li kienet qed tgħix komda mar-raġel u dejjem emmnet li meta tixjieħ se tkompli tgħix komda. Iżda f 'daqqa waħda żewġha ssepara minn magħha u sabet ruħha bla sold u bla pensjoni. "Nixtieq inwassal messaġġ lin- nisa, speċjalment dawk li jaħdmu bħala fattigi fl-ekonomija s-sewda - jiġifieri bla ktieb. Ngħidilhom biex ma jarawx il-ward biss, iżda jiftakru li dak li hu ward illum jista' jinbidel f 'għollieq 'il quddiem u jispiċċaw ma jieħdu l-ebda pensjoni." "Il-bolla hi msejħa bolla iżda hi fil-fatt investiment għall-futur tiegħek u għal pensjoni tiegħek. Għalhekk hu tajjeb li tħallas il- bolla u tfaddal xi ħaġa wkoll. Hawn anzjani li llum qed jieħdu pensjoni u jgawdu wkoll l-imgħaxijiet ta' dak li faddlu. Dan hu x-xogħol tal- gvern li inħajruk taħdem illum biex tinvesti għal għada." Il-Ministru Farrugia qalli wkoll li hawn 2,800 applikazzjoni għall- housing soċjali. Il-mistoqsija tiegħi kienet u kemm minnhom tista' tqassam? "M'hemm xejn u ma writna xejn. Qed nevalwaw biex nużaw bini diġà eżistenti u vojt, u nibnu l-artijiet tal-gvern li diġà hemm permessi ta' bini fuqhom. Nerġa' ntennilek li dawn mhux se nagħtuhom kif ġib u laħaq iżda lil min verament għandu bżonnhom għax hawn nies li japplikaw għall- housing biex jiffrodaw lill-Gvern." "Aħna ma rridux biss nagħtu l-appartamenti jew saqaf, iżda rridu li l-persuni jidħlu fid-dinja tax- xogħol ħalli jqumu fuq saqajhom. Iżda hawn min għandu problemi mentali, fost l-oħrajn, li ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol u dawn irridu ngħinuhom aħna." Il-Ministeru tat-tabib Farrugia jaqa' taħtu wkoll l-problemi tad- droga fejn qalli li hu importanti li nwasslu messaġġ qawwi u dirett dwar droga sintetika li qed tinxtara Michael Farrugia "Sakemm ikun hawn persuna li tinsab r-riskju ta' faqar mhux se ngħid li din hi perċezzjoni" Kulħadd jaf li hemm ħafna abbużi fl-għajnuna John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Twieled s-Siġġiewi fit-28 ta' Diċembru 1956 , u għandu 58 sena. Ilu tabib tal-familja għal 33 sena. Missier ħames ulied, tlieta subien u żewġt ibniet u nannu ta' tifel ta' 4 xhur. Ilu fil-Parlament 23 sena. Bejn l-1996 u 1998 kien Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Familja. F'din il-leġislatura serva bħala Segretarju Parlamentari tal-Ippjanar u Simplifikazzjoni amministrattiva għal 14-il xahar u fl-aħħar sena u xahrejn Ministru għal Familja u Solidarjeta Soċjali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 June 2015