Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 3 Muscat jisma' mill-poplu u jbiddel il-pjanijiet għal din iż-żona tal-pajjiż. Hija qalet li l-attendenza qawwija tfisser li n-nies fehmu kif f 'dan il-mument pajjiżna ma jistax jitlef aktar mill-wirt naturali tiegħu. "Ma nistgħux nibnu aktar fuq art ODZ u dan minħabba s-sostenibilità tal-ekonomija, l-isbuħija ta' pajjiżna u anke saħħet uliedna" temmet tgħid Farrugia. Magħha qabel il-preżentatur Peppi Azzopardi li qal li filwaqt li jaqbel mal-Università "daqstant ma naqbilx li tkun mibnija fiż-Żonqor minħabba li id-difiża tal- ambjent hija d-difiża tal- ħaddiema u ta' wliedhom." Apparti li tkellmu n-nies fil-protesta tal- bieraħ tkellmu wkoll il-kartelluni li kellhom messaġġi qawwijin ħafna, forsi qawwijin aktar mill- kliem li ħareġ mill-fomm. Fosthom "korruzzjoni u siment kif irrovinajtu l-ambjent", "Joseph irid jagħti l-art lill-barranin u jitfa St Lukes lill-bdiewa Maltin" u kartellun ieħor b'wiċċ il-Prim Ministru, bil-flus quddiemu u messaġġ li jgħid "kollox għall-flus". Preżenti għall-protesta kien hemm ukoll l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil u numru ta' Deputati Nazzjonalisti, fosthom Ryan Callus, Joe Cassar u Mario Galea. Dan apparti l-Alternattiva Demokratika li, kif mistenni, kienet preżenti bi ħġarha. Dan il-ġurnal seta' jinnota kif l-protesta kienet waħda li għaliha attendew nies minn kull qasam tal-ħajja u ta' kull eta', b'differenza għal dak li forsi s'issa konna mdorrijin bih fejn fi protesti relatati mal-ambjent kienu jattendu 'l ftit u ġeneralment l-istess għaqdiet. jipprotestaw kontra l-iżvilupp propost fiż-Żonqor RitrattI: Chris Mangion Meta tkellimna ma' Farrugia, hu qalilna li "il-kariga tiegħi ta' Whip tal-Gvern iġġorr magħha l-fehmiet diversi kollha tal-grupp u li jien b' mod etiku għandi nirrispetta. Il-gvern bħalissa qed jilqa' l-opinjonijiet u suġġerimenti alternativi għal dan l-iżvilupp, kemm mis-soċjetà ċivili u en- titajiet oħrajn, kif ukoll internament. Il- Grupp Parlamentari ħa pożizzjoni komuni u pożittiva dwar il-politika għall-ħarsien tal- ODZ u jien qed nimxi ma' dik il-pożizzjoni. Meta jien attendejt l-ewwel dehra pubb- lika li l-Front organizza, jien urejt appoġġ favur il-ħarsien tal-ODZ kollu u b'mod ġenerali, favur Malta u Għawdex. Jien tal-fehma li kull deputat hu favur dan il- ħarsien tal-ODZ u dikjarazzjoni kolletiva li l-Grupp Parlmentari Laburista bagħat lill- Front riċentament, jagħraf dan b'mod ċar u ġenerali." Godfrey Farrugia jispjega l-assenza tiegħu Il-MP Marlene Farrugia bil-bandiera ta' Malta waqt il-protesta