Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/530460
Il-Ħadd 21 ta' Ġunju 2015 | illum 35 SPORTSillum Neptunes u għan-Nazzjonal tal-Waterpolo biex ġie u għalhekk ma narax li hi soluzzjoni fit tul. L-aħjar li jista' jsir huwa li jiġu ssussidjati pagi ta' plejers żgħażagħ biex isiru professjonisti ma' klabbs barranin u jilagħbu magħhom. Din is-sistema però tirrikjedi ħafna ffinanzjar li żgur l-ASA waħidha ma tistax tlaħħaq. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-logħba tal-waterpolo kemm ma' Neptunes kif ukoll mat-tim nazzjonali tal-waterpolo? Inħossni għad nista' nagħti ħafna lil-logħba tal-waterpolo u għalissa m'għandi l-ebda ħsieb li nieqaf nilgħab. Nixtieq li xi darba nersaq lejn il-kowċing ukoll, u għandi ħafna ideat li 'l quddiem nipprova nwettaq fuq livell ta' klabb u anki ta' nazzjonal. Jekk xi tim ieħor jagħmillek offerta sabiħa biex tħalli lil Neptunes u tingħaqad ma' xi tim ieħor, tikkunsidra li tħalli lil Neptunes jew tqis li l-futur tiegħek se jkun wieħed esklussivament ma' Neptunes? Ma' Neptunes ninsab kuntent, u nispera li din l-istorja sabiħa tista' tkompli, u jekk kollox imur sew ma narax għalfejn għandi nbiddel. Però, x'se jiġri fil-futur ħadd ma jista' jgħid, u jien dejjem lest għal esperjenzi ġodda jekk ikun hemm il-bżonn. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Trid umiltà kbira, u trid iżżomm saqajk dejjem mal-art. Trid dedikazzjoni kbira lejn dan l-isport, u ħafna sagrifiċċji. Mhix faċli, imma jekk tirrispettah dan l-isport jaf itik ħafna sodisfazzjon lura. Twieled l-31 ta' Ottubru 1982 ż- Żejtun Meta kient iżgħar ipprattika diversi sports dierenti sal-livell ta' klabbs – fosthom il-basketball u futbol Kellu sitt snin importanti ma' Marsaskala u rnexxielu jikseb postu n-Nazzjonal Ingħaqad ma' Sirens, fejn lagħab mat- tim minn San Pawl il-Baħar għal tmien snin sħaħ Huwa plejer indispensabbli kemm ta' Neptunes kif ukoll tat-tim nazzjonali tal-Waterpolo Clint Mercieca Ritratt: Chris Mangion