Illum previous editions

illum 28 June 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 I l-Ġudikatura ta' spiss tkun fl-aħħarijiet. Issa għal ħaġa u għada għal oħra. Il-ġudikatura tkun ukoll ta' spiss fil-mira kemm taċ-ċittadin ordinarju u anke tal-politiku. Ir-ragunijiet ġieli jkunu minnhom imma ħafna drabi ma jkunux. Iżda l-agħar meta l-perċezzjoni tkun li l-Qrati mhumiex jaqdu dmirhom tajjeb, jew idaħħluhom bejn il-basla u qoxritha, għaliex hemm jibda l-inkwiet. Dak l-inkwiet beda. Meta jkunu l-politiċi stess li jizirgħu din il- kultura ta' demonizzazzjoni ma' tibqax aktar kwistioni iżda problema istituzzjonali. Altru li l-Imħallfin u jkunu kritikati minn xi ċittadin, għaliex ikun tilef xi kawza u altru tidħol fl-attakk il-klassi politika. Per eżempju, dan rajtu dan l-aħħar fil- kaz tal-eks Imħallef Philip Sċiberras, li mexxa l-inkjesta dwar dak li tassew ġara fil-bini ta' Mater Dei, li kif għedt band'oħra, wara dan kollu, dan l-isptar aħjar insemmuh Mater Dolorosa. Il-konklużjoniet ta' dan ir-rapport huma ċari. Dak li ġara fil-kors tal- bini ta' dan l-isptar kien li inħoloq ċirku ta' abbuzi u rregolaritajiet li swew lilna lkoll madwar €40 miljun aktar u dan dak li nafu bih issa. Jekk hemm ħaġa ċerta tagħna lkoll hija ċifra ta' kemm irridu inħallsu biex nagħmlu tajjeb għad-dannu. Naħseb kulhadd jaqbel, li kien hemm min kien hemm imexxi din l-inkjesta u seta' ma kienx dan l-eks Imħallef, l-fatti jibqgħu dak li huma u ħadd ma jista' jibdilhom. B'dan kollu, il-Mexxejja Nazzjonalisti, biex inaqqsu mill- effetti politiċi negattivi fuqhom, iddeċidew li jipprovaw jeskriditaw lill-eks Imħallef. Kuldarba jirreferu għalih bhala l-eks kandidat Laburista Philip Sciberras daqslikieku kien l-ewwel u l-aħħar persuna li kienet kandidat u sar Imħallef. Il- ħsieb huwa ċar - dak li jtappnulu r-reputazzjoni tiegħu biex inessu l-verità li ħarġet minn l-inkjesta. Dan jagħmluh mingħajr ma jikkonsidraw l-effetti li din ix-xorta ta' kritika terħi fuq il-bqija tal-Ġudikatura . Iżda huwa minnu ukoll, li l-Ġudikatura għaddiet mill-agħar żmien tagħha. F'temp ta' ftit żmien kellna mhux anqas minn tlett każijiet serjissimi fejn din l-istituzzjoni kienet kompromessa serjament. Tlett każjiiet, li kollha seħħew taħt l-amministrazzjoni l-oħra. Bi tnejn mit-tlieta maħtura minn Amministrazzjoni Nazzjonalista. Meta seħħew dawn il-kazijiet kien hemm diskussjoni kbira dwarhom. Diskussjoni waħda ma tqanqlitx - jekk kellhiex tinbidel is-sistema ta' kif għandhom jinħatru l-Imħallfin. Dan minkejja li kemm GRECO kienu qegħdin jinsistu magħna biex inbiddlu din is-sistema u kif ukoll Franco Debono kien qala' garġih jħambaq li kien hemm bżonn li dan isir. Iżda oħroġ il-għaġeb, dakinhar ħadd aktar ma fetaħ ħalqu. Il-Partit Laburista tela' bl-għajta li s-sistema trid tinbidel. Fil-fatt ikkummmissjona rapport dwar tibdil totali f 'diversi aspetti, fosthom dik ta' kif għadhom ikunu maħturin il- ġudikanti. L-iskop prinċipali huwa dak li mhux biss jinħatru l-aqwa elementi mill-professjoni legali, iżda aktar minn hekk, kemm jista' jkun il-ħatra ssir minn xi xorta ta' awtorità li tkun awtonoma u indipendenti mill-politiku. Għal dawn l-aħħar mija u sittin sena, il-ħatra tal-Imħallfin u l-Maġistrati dejjem saret mill-politiċi fil-Gvern. Sa ftit ilu dan il-metodu qatt ma kien fid-dubbju. Il-pressjoni biex jinbidel il-metodu bdiet l-aktar tafgħas f 'dawn l-aħħar ftit snin. Hija ironika li hemm Imħallef ieħor li ħadd ma jsemmih: Anton Depsaquale. Provaw ineħħuh, iżda ma setgħux, għaliex l-Oppożizzjoni tiegħu kienet propju li kien iddikjara li dak iż-żmien il-Gvern kien ser jindahal lill-Ġudikatura b'regolamenti ġodda li kienu għadhom kif ġew fis-seħħ. Fi ftit kliem, min ried jindaħħallu, ried inħeħħih. Dakinhar kien hemm amminstrazzjoni Nazzjonalista fil- Gvern, sakemm biż-żmien ingħata raġun. Għal xi raguni, dakinhar, dak l-Imħallef spiċċa waħdu, iżolat, iżda sod f 'fehmtu, tant li baqa' hemm sal-aħħar anke jekk ma kienx jidħol għax-xogħol biex jimmanifesta l-oppożizzjoni tiegħu. Wara 25 sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, issa qed issir pressjoni biex din is-sistema tinbidel. Għal 25 sena sħaħ qatt ma inħasset il-ħtieġa daqs illum, daqslikieku l-agħar każijiet seħħew taħt din l-amministrazzjoni u mhux taħt l-oħra. Personalment jiena ma nara ebda raġuni għalfejn m'għandux ikun hekk. Li jdejjaqni iżda, filwaqt li din l-amministrazzjoni qed taħdem fuq din il-bidla, fl-istess ħin jakkużawha li sa issa ma għamlet xejn meta fil-fatt jidher ċar li mexjin għal dik it-triq. Il-problemi li nara mhux biss fil- mod kif ikunu maħtura l-Imħallfin, iżda min ser ikun qiegħed jaħtarhom. Il-bias politiku fost il-klassi legali huwa evidenti u naħseb ħadd ma jista' jiċħdu. Jekk l-awtorità li ser tkun qed tagħżel jew tirrakomanda tkun magħmula minn nies li għandhom bias politiku favur dak u mhux favur l-ieħor xorta ser niġu koppi. Fi gżira żgħira bħal Malta fejn kulħadd jaf lil kulħadd u kulħadd jigi minn kulħadd, mhux ser ikun faċli li naħarbu minn dan il-bias. Kultant nistaqsi lili nnifsi jekk din is-sistema tagħmilx aktar sens f 'pajjizi kbar milli f 'wieħed żgħir bhal Malta. Iżda mhux hekk biss. Hemm imbagħad ix-xenarju ta' qabel u wara li jkun maħtur Imħallef. Dan l-aħħar kemm waqt konferenza stampa u kif ukoll dibattitu televiżiv semmewli lil Wenzu Mintoff. Ma nafx x'ma intqalx meta kien maħtur Imħallef. Pawlu Borg Olivier saħansitra għaġġel iddikkjara li mhux ser jidher quddiemu. Illum, kważi sena wara, anke dawk li ħarġu kontra tiegħu jgħidulek kemm huwa tal-affari tiegħu u kemm qiegħed imexxi s-seduti b'mod tajjeb. Dak li jagħmel imħallef tajjeb mhux il-wiċċ, izda l-moħħ u ruħ, u mhux it-tqasqis, izda r-realtà. Tul s-snin saru wisq manuvri li għamlu wisq ħsara lill-Ġudikatura . Is-sorpriża hi, li dawn isiru minn min ikun għażilhom u illum għall-fini ta' moħħhom, qegħdin jattakkawhom, ħafna drabi bi skop moħbi politiku. F'moħħi jiġuni xi Maġistrati, li li ma kienx għall-fatt li sarulhom rapporti quddiem Kummissjoni jew inkella tawhom reputazzjoni ħażina bi tfesfis fil-widnejn , forsi xi darba kien jiġihom iċ-ċans li javvanzaw. Agħar minn hekk meta il-ħsara ssir minn bloggers jew persuni li jippożaw ta' ġurnalisti, li fejn jaqblilhom ikunu ħaġa waħda mal- politiċi li qegħdin jagħmlu l-ħsara. Aktar agħar minn hekk, meta dawn il-ġudikanti jkollom xi każ quddiem l-awtorità kompetenti, dan jibqa' jkarakar is-snin jew idum esagerat, bil-konsegwenza li bid-dewmien ikunu eliminati mill-possibbilità li xi darba jsiru Imħallfin. Kultant l-affarijiet ikunu jidhru wisq marbutin mal-politika, li jiena insejjah tal-"underground". Tajjeb li jkollna lis-Sinjuri Imħallfin appunatati bl-aħjar sistema possibbli. Iżda l-mumenti importanti huma dawk li jiġu qabel u wara l-ħatra. Sinjuri Imħallfin TONI ABELA Il-Ġudikatura ta' spiss tkun fl-aħbarijiet - issa għal ħaġa u għada għal oħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 June 2015