Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/534051
Il-Ħadd 28 ta' Ġunju 2015 | illum 23 Bijografi ji I LQORTI fil-Belt Valletta kellha tiddeċiedi jekk Rosa Mifsud ta' 17-il sena u li trabbiet bħala tifla, kinitx fil-fatt tifla u mhux tifel. Ġew maħtura żewġ esperti mediċi li stabilixxew li fil-fatt, is-sess ta' Rosa kien dak maskili, u din ġiet ordnata mill-Qorti sabiex minn dak il-mument 'il quddiem tibda tilbes ħwejjeġ tal-irġiel, u biex qatt ma terġa' tidher fil-pubbliku fi ħwejjeġ tan-nisa. Dan il-każ, minkejja n-natura tiegħu, jmur lura għall- 1774, u l-Qorti in kwistjoni mhix dik li drajna naraw lil dak u lill-oħra ħerġin minnu fuq it-TV, iżda dak li kien iservi bħala Qorti f 'dak iż-żmien kien iservi bħala Qorti tal-Liġi, u li issa jservi bħala s-sede tal-Ministeru tas-Saħħa – Il-Palazz Castellania. Il-Magna Curia Castellania Melitensis kien wieħed mit-tribunali l-antiki tal-Ordni ta' San Ġwann f 'Malta – li ddaħħal f 'Malta mill- ewwel Gran Mastru meta dawn ħakmu lill-Malta, fejn għall-ewwel is-sede kienet tinstab fil-Birgu. Eventwalment, mal-bini tal-Belt Valletta, is-sede mxiet fil-Palazz Castellania, fis-sena 1572. Il-Castellano u l-imħallfin, u l-bqija Il-Qorti kienet tkun magħmula mill-Castellano, jew Preside, kif ukoll żewġ imħallfa, fejn wieħed kien jieħu ħsieb libelli ċivili u l-ieħor każijiet kriminali. Kollox kien isir skont il-qafas legali Sqalli. Il-Castellano kien dejjem ikun kavallier mill-Ordni, u kien jiġi maħtur kull sentejn mill-Gran Mastru u l-Kunsill Sagru. Il- Castellano kien igawdi prestiġju kbir, fejn kuldarba li kien jgħaddi mit-triq kien ikollu persuna timxi warajh b'virga biex turi l-prestiġju tiegħu. L-imħallfin min-naħa tagħhom, fost ir-responsabilitajiet tagħhom kien hemm ukoll sabiex tagħmel stħarriġ fuq l-applikazzjonijiet għall-permessi tan-negozji, kif ukoll, sal-1634, il-ħruġ ta' permessi sabiex persuna tkun tista' tipprattika l-mediċina. Interessanti kif dak iż- zmien biex tkun kirurgu ma kienx ikollok bżonn ta' grad akkademiku, imma ridt tiġi eżaminat u approvat mill-awtoritajiet tas-Santa Infermerija. L-istess awtoritajiet kienu responsabbli sabiex jiddeċiedu liema ħabsin ma setgħux fizikament jibqgħu jiskontaw il-piena bħala lsiera fix-xwieni minħabba l-età tagħhom jew minħabba xi diżabilità. Kienu responsabbli wkoll biex jaraw liema barranin setgħu jingħataw iċ- ċittadinanza ta' Malta jew le. Kien hemm ukoll il-Cancelliere, li kien il-persuna responsabbli milli jirċevi u jippreserva l-atti ġudizzjarji, li jirreġistra s-sentenzi tal-imħallfa, u sabiex iservi ta' superviżur għall-ħaddiema l-oħra tal-qorti. Fl-istess qorti kien hemm ukoll dak responsabbli mill-arkivji, avukat tal- fqar, u uffiċjal apposta sabiex jara li l-proġunieri kienu qed jiġu trattati b'umanità u ġustizzja. Kien hemm ukoll il-Gran Visconte, u dawk magħrufa bħala Capitani di notte li kienu jimplimentaw is-sentenza tal-imħallfa. Il-ħabs li jinstab taħt il-Castellania kienu jieħdu ħsiebu l-carceriere u sotto-carceriere. Ara ġejja l-mewt għalik… Minkejja li llum it-tortura titqies bħala xi ħaġa taż-żmien li għadda, din kienet realtà sa mitejn sena ilu. F'Malta, qabel ma persuna kienet tintbagħat għat-tortura, il-qorti kemm tal-inkwiżizzjoni, kif ukoll dik sekulari, kienet titlob parir ta' tabib biex tara li l-persuna in kwistjoni hija fiżikament f 'saħħitha. F'Malta it-tortura kienet tintuża sabiex tinkiseb informazzjoni dwar xi kompliċi, u qabel ma ssir kien ikollu jingħata permess mill-Gran Mastru. It-tortura kienet issir permezz tal-cavalletto jew tal- corda. Il-cavalletto kienet tortura li permezz tagħha l-persuna kienet titpoġġa fuq speċi ta' żiemel tal- injam bid-dahar jasal għall-ponta, u fl-istess waqt ikollu xi forma ta' piż tqil marbuta ma' saqajh, u din it-tortura kienet iddum għaddejja sa 12-il siegħa. Il-corda kienet mezz ta' tortura aktar aħrax, fejn il-persuna kienu jorbtulu idejh wara dahru, fejn imbagħad kien jitella' f 'għoli partikolari, bħabel marbut m'idejh, imbagħad jitwaqqa' ftit ftit f 'daqqa għal darba, darbtejn jew tlet darbiet. Il-ħasda xi drabi kienet twassal għad-diżlokazzjoni ta' spallejh, u kienet iddum għal aktar minn siegħa mingħajr waqfien. Xi drabi ż-żewġ metodi ta' tortura kienu jintużaw f 'daqqa, bħal per eżempju f 'Settembru tal-1760 meta lsir ġie akkużat bi qtil volontarju, u kien suġġett għal tortura tal-corda, cavalletto, imbaghad cavalletto wkoll, għal jumejn sħaħ biex iġiegħluh jammetti li kien ħati. Stejjer tat-tkexkix Ma jistax jonqos li f 'dan il-kuntest ikun hemm ħafna stejjer tat-tkexkix li jibqgħu jissemmew. Wieħed mill-imħallfin tal-Qorti tal-Appell li jibqa' jissemma huwa Dr Giulio Cumbo, li kien magħruf għal kemm ma kienx jibża' jagħti t-tortura tal-corda jew tal-cavalletto – b'dan tal-aħħar tant ikun assoċjat miegħu li sar magħruf bħala il cavallo di Cumbo. Dan baqa' magħruf ukoll għal kemm kien ikun żvelt biex jagħti l-piena kapitali, fejn imbagħad kien jordna li ġisem il-ħati jitqatta' biċċiet wara li jkun maqtul, ħalli jkun jista' jbeżża' lin-nies u jservi ta' deterrent għal min imur kontra l-liġi. Fost il-pieni li setgħet tgħaddi l-Qorti Kriminali ta' Castellania kien hemm dik fejn il-ħati kien jitpoġga bilqegħda fuq ħmar, fejn imbagħad issir speċi ta' purċissjoni bih mill-Qorti madwar it-toroq tal- Belt Valletta waqt li jiġi msawwat. Aktar tard tul l-istorja din il-prassi tneħħiet, minħabba li il-Gran Mastru Ximenes de Texada qal li kienet tal-mistħija li mill-istess bini li toħroġ minnha ħmara li fuqha jkun hemm ħati qed jissawwat bi frosta, joħroġ ukoll is-Sagrament iImqaddes għal purċissjoni li kienet tgħaddi minn Triq il-Merkanti. Tkompli l-ġimgħa d-dieħla… Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Minn Qorti fi żmien il-Kavallieri, sal- Ministeru tas-Saħħa – Palazz Castellania Il-Palazz Castellania kien iservi ta' Qorti fi żmien il-Kavallieri