Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303
€1.00 Nr 455 • 05 ta' Lulju 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt Tkompli f 'paġna 2 Ara intervista fuq paġni 12-13 "Min jgħid li m'hawnx bejgħ mhux qed jgħix Malta" "Min jgħid li m'hawnx bejgħ mhux qed jgħix Malta" SPLUŻ JONI FIL PROPRJETÀ ALBERT GAUCI CUNNINGHAM MALTA bħalissa qed tirreġistra tkabbir ekonomiku robust ħafna, b'riżultati pożittivi fl-aktar setturi importanti tal-pajjiż. Bit-tkabbir fl-ekonomija ta' 4% fil-bidu tal-2015, qgħad fl-aktar livelli baxxi fi snin, l-ogħla numru ta' nies f 'impjieg u sentiment pożittiv f 'diversi oqsma jidher li l-pajjiż għaddej minn perjodu ekonomiku b'saħħtu ħafna. Iżda dan it-tkabbir qed iħalli lil bosta setturi f 'pożizzjoni fejn id-domanda mhux qed tintlaħaq, b'dak tal-proprjetà jesperjenza tkabbir tant qawwi li qed iwassal għal bidliet kompleti fis-suq u ġirja sħiħa biex tinstab proprjetà ta' kwalità. F'kuntatt li għamlet l-ILLUM mad-Direttur ta' Frank Salt, Douglas Salt, dan qal illi bħalissa hemm "splużjoni ta' bejgħ" f 'dan il-qasam speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam mal-kiri ta' proprjetà. Huwa saħansitra qal lil dan il-ġurnal li minn bħalissa "jgħid li m'hawnx bejgħ, jew ma jafx x'inhu jgħid jew inkella ma jgħix f 'Malta." Salt spjega kif fl-2014 biss kien hemm żieda ta' 48% fil-bejgħ ta' proprjetà filwaqt li l-ħaddiema raw żieda ta' 31% fid-dħul tagħhom. F'pajjiżna tirrenja biża' mill- integrazzjoni – Helena Dalli JOHN BUSUTTIL "HAWN biża' fil-pajjiż għal dak li hu differenti minna. Biża' mill-integrazzjoni u din irridu nikkumbattuha bl-edukazzjoni billi npoġġu l-mistoqsija lil poplu tagħna - 'X'inhu l-aħjar, integrazzjoni jew diżintegrazzjoni? Irridu nifhmu li hawn popolazzjoni ta' madwar 30,000 barrani jgħixu f 'pajjiżna u 32% minnhom huma immigranti." Dan qalitu mal-ILLUM il-Ministru Helena Dalli ftit sigħat biss wara li seħħ l-inċident razzista fil-belt li ħalla lil bosta jitkellmu u jiddibattu l-mistoqsija dwar jekk il-poplu Malti huwiex verament tolleranti jew le. Nhar il-Ġimgħa l-istess Dalli ltaqgħet mal-vittma Ungeriż ta' karnaġġjon iswed u talbitu skuża għan-nom tal-poplu Malti u Għawdxi.