Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 K ienet il-Ministru stess li laqgħetni biex daħħlitni s-sala sabiħa fejn għamilna l-intervista. Sala imdawla b'dawl naturali ġej min-naħa tal-port meraviljuż Malti. Lanqas ilħaqt bdejt nixrob l-espresso li kont orut, li Helena Dalli bdiet titkellem b'entużjażmu kbir dwar ix-xogħol tagħha man-nies u kemm il-ministeru tagħha qed jagħmel dierenza l- ħajja tan-nies u ta' individwi li jkunu qed jgħixu ħajja diċli għaliex il- bżonnijiet tagħhom kienu injorati għal wisq żmien. "Is-settur tal-libertajiet ċivili hu settur fejn għamilna xogħol li issa ħafna pajjiżi qed iħarsu lejna bħala best practice u qed jużaw dak li qed nagħmlu aħna bħala mudell għal dak li jridu jagħmlu huma. Indirizzajna realtajiet li ħafna lanqas biss jafu li jeżistu. Imma realtajiet li jġibu ħafna tbatija għal min jgħixhom u għal ta' madwarhom, speċjalment il-familji tagħhom. Aħna nemmnu f 'pajjiż fejn tirrenja l-ugwaljanza. Kien għalhekk li indirizzajna s-sitwazzjoni ta' koppji gay biex dawn ikollhom id-drittijiet ta' koppji miżżewgin. Indirizzajna s-sitwazzjoni ta' nies transgender u intersex ħalli dawn ikollhom id- drittijiet bħal kull persuna oħra u jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar. "Il-ħajja hi fraġli għal kulħadd. Kulħadd ikollu l-problemi, però hawn min għandu realtajiet li twieled bihom u li l-inqas li nistgħu nagħmlu hu li ma nkomplux inżidu l-problemi għalihom. Persuni transgender jiltaqgħu ma' problemi kuljum għaliex id-dokumenti uffiċjali tagħhom (karta tal-identità, passaport, ċertifikati tal- eżamijiet eċċ) ma jaqblux mal-identità li jippreżentaw lilhom infushom fiha. "Permezz tal-liġi issa persuna transgender m'għandhiex għalfejn tagħmel operazzjoni biex tbiddel l-identità tagħha, imma tista' tgħix ħajjitha fl-identità li tħoss li hi tagħha u bid-dokumenti uffiċjali li jaqblu ma din l-identità. "Dawn huma realtajiet li ġenituri u persuni qed jgħixuhom u rridu ngħinuhom u se nibqgħu ngħinuhom Jekk tara studji internazzjonali tara kif l-ogħla rata ta' suwiċidju fost iż-żgħażagħ hu ta' żgħażagħ gay u transgender. Għalhekk il-gvernijiet għandhom ifasslu politika li tgħin lil dawn in-nies u mhux li tagħmlilhom ħajjithom aktar diffiċli, bħalma jiġri f 'ċertu pajjiżi. Irridu nibnu soċjetà inklussiva u li tilqa' d-diversità." Diskors kemxejn imqanqal minn ministru li x-xogħol proprju tagħha bidlitu f 'missjoni biex tara li kulħadd jgħix ħajja aħjar, hi x'inhi d-diversità tiegħu jew tagħha. Qaltli wkoll li dan ix-xogħol li qed isir u li jpoġġina fuq quddiem fl-Ewropa f 'dan ir-rigward, ilu jinħema qabel l-elezzjoni, "waqt li konna qed naħdmu fuq il-programm elettorali konna tkellimna ma' diversi nies u NGOs u fassalna road map li malli l-Prim Ministru ħalla f 'idejja dan is-settur ħdimt biex jitwettaq il- programm elettorali li ħejjejna qabel l-elezzjoni." Staqsejtha x'kien l-akbar sodisfazzjon tagħha f 'dawn is-sentejn, jekk hux ir-rebħa kbira elettorali, inkella li saret ministru jew li tibqa' msemmija bħala l-ministru li taħtha daħal l-unjoni ċivili. Mingħajr ma ħasbitha xejn weġbitni b'mod mill-aktar diplomatiku u fl-istess ħin li jagħmel sens, "Ir- rebħa kbira elettorali tatna l-poter biex niggvernaw li biha ngħatajt l-inkarigu ta' ministru li stajt ngħaddi din il-liġi bil-poter li tana l-poplu. Jiġifieri kienet katina waħda tmexxi lill-oħra." Il-Ministru qaltli li hi tħoss li l-politika hi vokazzjoni għax il-politika hi dwar in-nies, "il-politiku jrid ibiddel għall-aħjar u jtejjeb il-ħajja tan-nies. Jien għandi ministeru tan-nies fejn taħti jaqa' jaqgħu pereżempju is- settur tal-NGOs. Hawn madwar 1,000 NGO reġistrati, jagħmlu ħafna ġid. Nies jgħinu lil nies oħra l-ħin kollu, u aħna naraw kif nagħtu l-appoġġ lil din il-ħidma". Kliem pożittiv minn politiku li temmen bis-sħiħ li tagħmel differenza fin-nies, iżda hu fatt ukoll li bħalissa t-tfiegħ ta' tajn fuq sistema ta' ping pong qed inaqqas mill-fiduċja tal- poplu fil-politika. "Il-ħażin li nara hu meta jingħadu affarijiet li mhux minnhom. Ħafna drabi min qed jikkritika b'diżonestà, ma jkunx qed jigdeb totalment, iżda jgħid nofs verità. Hemm bżonn checks and balances, hemm bżonn kritika, iżda hemm bżonn ukoll li l-oppożizzjoni tkun kostruttiva. Wieħed irid jifhem li aħna għasafar tal-passa u dak li tagħmel se jagħmel effett fuq il-ħajja tan-nies. Allura aħdem kemm tiflaħ waqt li għandek l-opportunità. Il-kritika kostruttiva tgħinek tagħmel affarijiet aħjar, iżda meta jisparaw bl-addoċċ ma joħroġ l-ebda ġid. Il-media hija importanti u meħtieġa f 'demokrazija għax hi trid tkun watchdog fuq dak kollu li nagħmlu u ngħidu. Jien għandi fiduċja li minkejja dak kollu li jingħad, in-nies jafu jevalwaw min hu onest u min mhux." Mistoqsija dwar il-kritika min-naħa Nazzjonalista għal dawk il-Laburisti li jieħdu xi promozzjoni jew jingħataw xi kariga għolja, il-Ministru qaltli li jrid ikun hemm serjetà, "kulħadd għandu jkollu opportunità u li jintuża l-potenzjal kollu. Nerġa' ntenni l-kritika tajba u meħtieġa għax tgħini nagħmel l-affarijiet bl-aħjar mod possibbli iżda ma nagħtix każ kritika li ssir sempliċiment li għax jien ministru Laburista u allura nagħmel kollox ħażin, qisu xi ħadd għandu d-dritt divin li jmexxi dan il-pajjiż hu biss. Dik mhux serjetà." Erġajna qlibna fuq il-ministeru vast ta' Helena Dalli fejn kompliet billi qaltli li "hemm bżonn nilbsu ż-żarbun ta' nies li ma nafux ir- realtajiet tagħhom biżżejjed." Iżda dawn in-nies min huma? "Pereżempju n-nies li jaħdmu f 'kundizzjonijiet tax-xogħol prekarju. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu tajbin għal kulħadd. Il-gvern din is-sena qed joħroġ aktar minn 5 miljun ewro għal dawk il-ħaddiema li qed jaħdmu ma' kuntrattur f 'xogħol tal-gvern fejn ħaddiema tal-gvern li jaħdmu spalla ma' spalla huma mħallsin aktar u l-Gvern ħallas id-differenza biex kulħadd jitħallas l-istess għall-istess xogħol li jagħmel. "Għamilna wkoll sett ta' regolamenti għal kuntratturi li japplikaw biex jaħdmu mal-gvern fejn iridu jħallsu tal-inqas il-minimu, jagħtu payslip u jħallsu permezz ta' transfer bankarju għax b'hekk aħna nkunu nistgħu nikkontrollaw ix-xogħol prekarju. Min jikser dawn ir-regolamenti jiġi blacklisted għal sentejn. Diġà hemm żewġ kumpaniji li ġew blacklisted. Barra hekk żidna inspectors fuq il-postijiet tax-xogħol u qed naħdmu u nedukaw li dawk li jaħdmu b'mod informali jaqblilhom imorru għal xogħol formali. Irridu li l-ħaddiema jkunu fl-impjieg formalment u mhux jaħdmu fl-ekonomija s-sewda fejn aktar ikun hemm lok li jiġu sfruttati." Bi tbissima qaltli li issa meta jaqraw din l-intervista se jkun hemm min jgħid li hu għandu każ ta' prekarjat u għadna ma ħadniex ħsiebu. "Dan hu proċess li jibqa' għaddej. Min irid jirranġa s-sitwazzjoni u jħoss li qed jiġi abbużat fuq ix-xogħol għandu jiġi d-dipartiment tax-xogħol fi Triq Melita u jirrapporta l-każ. Aħna nibagħtu spetturi jagħmlu spot checks. Aħna ma ngħidux bħalma ġieli kien jingħad li l-prekarjat hu perċezzjoni, iżda realtà li qed niġġilduha." Wara li tkellimna ftit dwar dak kollu li qed jiġri madwarna, speċjalment fil-politika lokali, il-Ministru qaltli li tħossha sodisfatta b'xogħolha u dejjem trid tagħmel iżjed, "nitgħallem xi ħaġa kuljum. Niltaqa' ma' nies u jgħiduli affarijiet ġodda u dak hu s-sabiħ tal-ħajja. U dan hu li jagħtini l-motivazzjoni biex nibqa' għaddejja. Hemm bżonn li tiskopri u titgħallem għax trid tkun infurmata. Irridu nitgħallmu min-nies. In-nies kontinwament jikkomunikaw magħna, speċjalment permezz tal-imejl, lill- Prim Ministru, lill-ministri kollha u dan huwa mod tajjeb li nkunu infurmati bl-esperjenzi, il-problemi, id-diffikultajiet li rridu nsibu soluzzjonijiet għalihom." Il-Ministeru ta' Dalli bħalissa qed jaħdem biex l-immigranti u l-barranin jiġu integrati fis-soċjetà Maltija. Integrazzjoni li skont stħarriġ tal- MaltaToday hemm 27.4% li ma jridux li jkun hemm integrazzjoni u 13.4% oħra qalu li jiddependi u 10.6% oħra qalu li mhux ċerti. Il-maġġoranza huma favur l-integrazzjoni. "Il-maqlub tal-integrazzjoni hi d-diżintegrazzjoni u din hi negattiva. Irridu soċjetà integrata u mhux mimlija kunflitti u naħseb li ħadd ma jixtieq kunflitti f 'pajjiżna. Irridu ngħarfu kif ngħixu f 'dan il-pajjiż billi nużaw il-potenzjal tan-nies kollha li jgħixu hawn. Irridu napprezzaw id- diversità u nifhmu lil xulxin. Id-dinja hi mimlija diversità u fejn hemm l-integrazzjoni nissaħħu. "Dan l-aħħar attendejt għal festival b'kulturi differenti f 'villaġġ Malti u hemm wieħed seta' jara kulturi differenti jiddiskutu ma' xulxin u japprezzaw il-kulturi ta' xulxin, inkluż tal-Maltin. Lejn dan it-tip ta' integrazzjoni rridu mmorru u mhux nimponu kultura fuq oħra. Inħarsu lejn il-bnedmin bħala bnedmin b'rispett reċiproku." Il-Ministru saħqet li wieħed irid jifhem li f 'Malta mhux immigranti li jiġu bid-dgħajjes biss hawn barranin iżda hawn ħafna mill-Ewropa tal- Lvant pereżempju. Mitluba tikkummenta għaliex hawn din in-negattività dwar l-integrazzjoni minn ħafna Maltin, il-Ministru Dalli qaltli, "Hawn biża' fil-pajjiż għal dak li hu differenti minna. Biża' mill-integrazzjoni u din irridu nikkumbattuha bl-edukazzjoni billi npoġġu l-mistoqsija lill-poplu tagħna - 'X'inhu l-aħjar integrazzjoni jew Diżintegrazzjoni?" Irridu nifhmu li hawn popolazzjoni ta' madwar 30,000 barrani jgħixu f 'pajjiżna u 32% minnhom huma ekstra komunitarji." Qabel temmejna l-intervista tkellimna fuq fuq dwar żewġ elementi oħra importanti li jmissu mal- ministeru ta' Dalli li huma l-awtorità tal-mediċina fejn qaltli li fi ftit iżjed minn sena (għax l-ewwel sena ntużat biex nerġgħu nibnu relazzjoni mal- istakeholders) diġà raħħsu l-prezzijiet tal-mediċini f 'erba' okkażjonijiet. "Inħolqot Intelligence Unit li jqabbel il-prezzijiet fl-Ewropa u jraħħsu skont il-każ." U finalment qaltli wkoll dwar l-arbitru finanzjarju u li l-ġimgħa li ġejja se tibda tiġi diskussa l-liġi fil- parlament fejn il-konsumatur se jkollu fejn jirreferi jekk iħossu li ngidem mis-servizzi finanzjarji. Dan l-arbitru se jkollu poter għas-soluzzjoni. "Kuljum nitgħallem mill- esperjenzi tan- nies u naħdem biex nagħmel id- dierenza l-ħajja tan-nies" Aktar minn €5 miljuni biex John Busuttil illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015