Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303
14 illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 I d-Direttorat Promozzjoni tas- Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard għandu l-għan li jsaħħaħ is-saħħa sesswali tal- persuni tul il-ħajja. Dan isir billi jinvolvi numru ta' dipartimenti u organizzazzjonijiet sabiex jippromwovu s-saħħa sesswali fost l-adolexxenti u żgħażagħ f 'kuntesti differenti, inklużi skejjel, ċentri taż-żgħażagħ, djar residenzjali u anke postijiet tax-xogħol. Enfasi partikolari huwa fuq iż- żgħażagħ fejn norganizzaw workshops, diskussjonijiet u nqassmu diversi tip ta' materjal kemm fil-forma ta' fuljetti u kif ukoll fuq il- medja soċjali. Il-ġenituri għandhom irwol importanti ħafna f 'dan l-aspett però sfortunatament ħafna ġenituri joqogħdu lura. Nifhmu d-diffikultà li jsibu l-ġenituri. Hemm numru ta' ġenituri li għad għandhom diffikultà biex iressqu dan is-suġġett mal-adolexxenti tagħhom, u hemm min jemmen li jkun aħjar jitħalla għall- għalliem fl-iskola. Però huwa importanti li l-ġenituri jkunu hemm u għalhekk ngħinu lill-ġenituri billi nagħtuhom informazzjoni u taħriġ li hemm bżonn. Id-direttorat bħalissa qed jimbarka fuq studju biex jevalwa l-għarfien, l-attitudnijiet u l-imġieba tal-ġenituri f 'dan ir-rigward li jkun jista' jiżviluppa appoġġ ta' inizjattivi għall- ġenituri. Ħafna ġenituri jinkwetaw kif sejrin jibdew konverżazzjonijiet dwar il- fatti tal-ħajja peress li bosta minnhom kibru f 'ambjent fejn qatt ma ġie diskuss is-suġġett. Xi wħud jista' jkun li jibżgħu li ma jkunux jafu t-tweġibiet għal xi mistoqsijiet jew inħossuhom konfużi dwar l-ammont xieraq ta' informazzjoni li għandhom joffru. Xi ftit pariri • L-ewwel, inkoraġġixxu l-komunikazzjoni billi tassigura li t-tfal tiegħek jistgħu jitkellmu miegħek mingħajr ma jiġu ġġudikati. • Ħu vantaġġ minn mumenti fejn tista' tgħallem. Xi ħabiba li nqabdet tqila, xi aħbarijiet, jew programm tat-TV huma sitwazzjonijiet li jistgħu jgħinu biex jibdew konverżazzjoni. • Isma' aktar milli titkellem. Aħseb dwar dak li qed jistaqsu t-tfal. Kun ċert li fhimt sew dak li qegħdin jistaqsu biex twieġeb sewwa. • Qatt la taqbeż għall- konklużjonijiet. Il-fatt li żagħżugħ jistaqsi dwar is-sess ma jfissirx li dawn qed ikollhom jew jaħsbu biex ikollhom is-sess. • Wieġeb għall-mistoqsijiet bi tweġibiet sempliċi u diretti. Importanti li dejjem tagħti risposti fattwali, onesti, qosra, u sempliċi. • Dejjem irrispetta l-fehmiet tat-tfal tiegħek. Aqsam il-ħsibijiet u l-valuri tiegħek u għin lit- tfal tiegħek biex jesprimu tagħhom. • Assigura liż-żgħażagħ li huma normali u l-mistoqsijiet u ħsibijiet tagħhom huma normali għal dawn l-etajiet. • Tajjeb li tgħallem lit- tfal modi kif għandhom jagħmlu deċiżjonijiet tajba dwar is-sess u kif għadhom jaffrontaw sitwazzjonijiet riskjużi u jkunu assertivi fid- deċiżjoni tagħhom. • Ammetti meta inti ma tafx ir-risposta għal mistoqsija tat-tfal. Ikun tajjeb li flimkien tfittxu t-tweġiba fuq l-internet. • Tkellem mat-tfal tiegħek dwar iż-żminijiet tat- teen tiegħek u kemm int xtaqt li stajt ikollok min jigwidak u li int qed hemm għall-għajnuna. Qiegħed isir taħriġ lill- edukaturi u nies li jaħdmu maż-żgħażagħ b'tali mod li dawn ukoll ikunu jistgħu jindirizzaw il-problemi u ħsibijiet li jista' jkollhom iż- żgħażagħ. Nikkonvinċu mhux nittimbraw Ħafna drabi aħna nittimbraw liż-żgħażagħ bħala promoskjużi fil-midja Maltija, madankollu għandna bżonn inkunu attenti għaliex aktar ma nittimbrawhom b'tali mod, aktar qed nikkonvinċuhom li sabiex tikklassifika bħala normali wieħed għandu fil-fatt ikun hekk. Informazzjoni minn studju ta' Health Behaviour Study in School Children juri li l-maġġoranza ta' żgħażagħ taħt is-16 qalu li ma jkunux involuti f 'attività sesswali, aħseb u ara kemm imorru ma' ħafna nies differenti. Studji internazzjonali wrew li żgħażagħ adulti jippreferu li jesploraw is-sesswalità fil-kuntest ta' relazzjoni li hija 'l bogħod ħafna mill- perċezzjoni li dawn iż- żgħażagħ huma biss involuti fl-attività sesswali ma' dak u mal-ieħor. Ovvjament wieħed ma jistax jinjora li porzjon ta' adolexxenti u adulti żgħar huma involuti fis-sess każwali regolari mingħajr l-inqas ħsieb għas- saħħa fiżika u emozzjonali tagħhom. Statistika mill- klinika ġenitourinarju turi b'mod ċar ħafna dan il-fatt ikrah. Iżda ma nistgħux niġġeneralizzaw fuq iż- żgħażagħ kollha. Is-sitwazzjoni rigward l-imġiba sesswali hija kumplessa ħafna. L-imġiba tiġi affetwata minn diversi fatturi skont l-ambjent soċjali u kulturali flimkien mal-influwenzi minn dik is-soċjetà u t-twemmin u l-attitudnijiet tal-persuna. Sfortunatament ħafna drabi n-nuqqas ta' assertività fir-relazzjonijiet huma neqsin. L-assertività hija importanti kemm meta niġu għall-involviment fl-attività sesswali kif ukoll meta niġu biex niddiskutu kontraċezzjoni u l-użu tal-kondoms mal-partner. Din qed tiġi indirizzata minn diversi inizjattivi li qed isiru. Waħda minnhom hija li nibnu fit-tfal tagħna l-assertività minn età bikrija u li nkomplu nibnu dan matul is-snin skolastiċi tagħhom. Kampanji varji jkunu għaddejjin matul is-sena f 'modi varji sabiex infornu lin-nies b'ħiliet ta' kif jagħmlu sess b'mod aktar għaqli. Matul dan is-sajf se nkomplu bil-kampanji tagħna biex nippromwovu saħħa sesswali aħjar u biex nipproteġu minn mard relatat mas-sess. Punti għal saħħa sesswali aħjar Formazzjoni ta' relazzjoni ma' partner wieħed/da li tkun ibbażata fuq lealtà, fiduċja, imħabba, bla preġudizzju u sinċiera. L-għażla għalhekk għandha tkun waħda għaqlija u magħmula kemm bil-moħħ u kemm bil-qalb. Kull att sesswali għandu jkun protett bl-użu tal- kondom. Il-kondom huwa l-iktar metodu effettiv li jilqa' kontra mard trażmess sesswalment fosthom klamidja, Gonorhea (Il- Pixxikalda) u Sifilide. Huwa suġġerit qabel ma' wieħed jipparteċipa f 'atti sesswali li jistgħu jkunu varji bħal dak orali, vaġinali u anali, wieħed għandu jħeġġeġ il-partner tiegħu jew tagħha biex flimkien isir check up sħiħ biex mard infettiv jiġi eskluż mill-bidu tar-relazzjoni. Wieħed għandu jfakkar li l-formazzjoni ta' relazzjoni għandha tieħu żmien tagħha fejn il-komunikazzjoni miftuħa għandha tkun il-bażi tagħha fejn wieħed ikun jista' jaqsam mal- partner esperjenzi, ħsibijiet, perċezzjoni u b'hekk ikun hemm negozjati kunsenswali qabel ma jsir l-att sesswali. Jekk wieħed qed iħossu sfurzat li jrid jagħmel azzjonijiet li mhuwiex jew mhiex komdu tagħmel dak huwa forma ta' abbuż anki f relazzjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel lid-Direttorat għall- Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fuq 23266000. Dr Charmaine Gauci - Direttur għad-Direttorat Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ILPUNT DR CHARMAINE GAUCI Għal saħħa sesswali aħjar