Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 15 K ultant hu diffiċli tapprezza l-bidliet li jkunu qed iseħħu madwarek. Dan ikun iktar u iktar diffiċli jekk kemm-il darba int stess tkun parti minn dik ir-realtà. Madankollu, meta jgħaddu ftit tas-snin tinduna li ħdejk, miegħek, u madwarek ikunu seħħew bidliet kbar. Illum se nikteb fuq San Pawl il-Baħar, u fuq il-bidliet kbar li seħħew fih. Għal min, bħali, twieled u trabba f 'dan il-post il-bidliet huma kbar wisq. Niftakarni fi tfuliti, f 'xi kitba għall-iskola konna l-ħin kollu niktbu li f 'San Pawl il-Baħar hawn bosta bdiewa u sajjieda. U kważi konna nieqfu hemm, ftit li xejn kien hemm attività ekonomika oħra. Fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar fejn kont nattendi l-iskola, konna nkunu nafu lit-tfal kollha, bla distinzjoni. Illum l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar għandha 'l fuq minn 900 tifel u tifla, u kull sena qed ikun hemm żieda fin-numru ta' tfal li jattendu. It-tfal li jattendu l-iskola ma jistgħux jiktbu li hemm bosta bdiewa u sajjieda li jaqilgħu l-għixien tagħhom minn dan ix-xogħol. Lanqas ma jistgħu jiktbu li t-tfal infushom huma ġejjin mill-kampanja. Illum għandna realtà għalkollox mibdula. L-ewwel nett għandna tfal li l-ġenituri tagħhom ġejjin minn kull belt u raħal li għandna f 'Malta. Għandna wkoll tfal li għalkemm qed joqogħdu San Pawl il-Baħar, għandhom ġenituri li ġejjin minn numru ta' pajjiżi barranin. Fl-iskola primarja għandna 'l fuq minn tletin nazzjonalità ta' tfal jattendu fiha. Minbarra hekk f 'San Pawl il-Baħar għandna residenti li ġejjin minn iktar minn mitt pajjiż madwar id-dinja. Meta kont iżgħar kellna ftit barranin, ħafna minnhom Ingliżi li kienu joqogħdu hawn. Illum iċ-ċirkostanzi nbidlu, u nbidlu radikalment. Jista' jagħti l-każ li jkun hemm min jaħseb li dan ma jfisser xejn. Nistqarr li hu diffiċli tkun iktar bogħod mill-verità minn daqshekk. Raħal li m'għandux sens ta' komunità jkun ferm iktar suxxettibbli biex ibati milli jkun raħal fejn is-sens ta' komunità hu kbir. Meta ħadd ma jaf lil ħadd, jew meta dawk li jafu lil xulxin huma ftit, il-komunità għandha ħafna x'titlef. Ikun hemm ħafna li lesti jippuntaw subgħajhom lejn l-oħrajn biex iwaħħlu fihom għal dawk li huma jqisu bħala nuqqasijiet, iżda jkunu ftit, forsi ftit ħafna dawk li jkunu lesti li jagħmlu xi ħaġa biex dawk in-nuqqasijiet jiġu indirizzati. B'konsegwenza ta' hekk, minflok komunità fejn kulħadd jipprova jagħti s-sehem tiegħu biex itejjeb insibu ruħna f 'ċirkostanzi fejn, bosta drabi, iktar ikun hemm nies li lesti jippretendu, milli lesti biex jagħtu. Bosta jgħixu Buġibba biex jaħarbu minn realtà. Jekk nagħmel analiżi qasira tar-realtà soċjali li qed jaffaċċja San Pawl il-Baħar, insib li huma bosta dawk li mill-bidu nett li jiġu joqogħdu f 'San Pawl il-Baħar, ikunu jafu li huma qegħdin hemm għall-perjodu qasir minn ħajjithom, u li kieku kien għalihom forsi lanqas biss ikunu ġew joqogħdu hemm, ikunu ċ-ċirkostanzi li jġiegħlu lil xi wħud li jitbiegħdu mill- post fejn kibru, u jmorru kemm jista' jkun bogħod min- nies li jkunu jafuhom. Uħud jagħmlu hekk biex jippruvaw jibdew ħajja ġdida. Oħrajn jagħmlu hekk, bl-isperanza li l-ħajja ġdida li jibdew jgħixu ttihom libertà ferm ikbar minn dik li kienu mdorrijin biha fir-residenza oriġinali tagħhom. B'hekk ikunu jistgħu jgħixu ħajjithom mingħajr ma jkun hemm min jindaħlilhom. L-aħħar reġistru elettorali tal-kunsilli lokali jagħti stampa, ukoll jekk mhux sħiħa ta' dawk li huma r-realtajiet li għandna f 'San Pawl. Minn ftit iktar minn 22,000 votant li kienu reġistrati, iktar minn 9,000, huma ċittadini mhux Maltin. Burmarrad, San Pawl il- Baħar u x-Xemxija huma primarjament inħawi residenzjali, waqt li Buġibba u l-Qawra, għalkemm illum saru nħawi residenzjali li fihom joqogħdu eluf ta' persuni s-sena kollha, xorta waħda għandhom ukoll ir- realtà l-oħra ta' bosta ħwienet, bars, restaurants u lukandi, li kollha jżidu l-pressjoni fuq il-komunità. Dawn huma kollha fatturi li jagħmlu l-integrazzjoni waħda ferm iktar diffiċli. Tensjoni razzjali u kummerċjali f 'Buġibba Spiss ikun hemm tensjoni bejn ir-residenti u dawk li jmexxu l-istabbilimenti kummerċjali, b'mod partikulari fejn ikun hemm stabbilimenti kummerċjali li jħallu l-istorbju għaddej sas-sigħat bikrin ta' filgħodu, jew f 'dawk il-każi fejn ma jintweriex rispett lejn dawk li joqogħdu fil-binjiet li jkunu qrib. Għandna wkoll realtà ġdida li qiegħda twassal għal tensjoni żejda, u għal diskors mhux xieraq fil-konfront ta' dawk li mhumiex Maltin. Inħoss li bosta huma lesti li jwaħħlu fir-residenti mhux Maltin għal ħażin kollu li jiġri madwarna. Sa ftit ilu, kienu l-barranin li ġejjin minn pajjiżi Afrikani li kienu qed jitqiesu, jien ngħid b'mod żbaljat bħala r-raġuni li għaliha kienu qed isiru ċertu affarijiet illegali. Iktar riċenti, f 'ċirkostanzi fejn żdiedu mhux ftit il- persuni barranin li qed jiġu Malta akkumpanjati mill- vetturi tagħhom, qed ikunu dawl il-persuni li l-aktar jiġu attakkati. Dan qed jiġri prinċiparjament minħabba l-fatt li meta wieħed jirritorna d-dar qed isibha diffiċli biex ikun jista' jipparkja, u allura jinħoloq tgergir dwar dan. Imbagħad, għaliex Transport Malta m'għandhiex sistema ta' informazzjoni dwar il-vetturi barranin li qed jiġu f 'pajjiżna qed jingħad ħafna diskors dwar il-fatt li l-barranin jistgħu jagħmlu li jridu. Sfidi ġodda li jeħtieġu soluzzjoni Hemm ukoll sfida oħra li rridu naffaċċjaw, bħala residenti ta' San Pawl il-Baħar. Huma bosta dawk il-persuni li għaliex jaħsbu li ma jafhom ħadd, jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu. Hemm bżonn ta' sorveljanza ikbar. Hemm bżonn ta' preżenza iktar qawwija ta' pulizija. Hemm bżonn ta' aktar ċertezza dwar min ikun qed jabbuża mil-liġijiet ta' pajjiżna. Biex dan iseħħ, hemm bżonn li kulħadd jagħti sehmu. Dawk minna li l-uniku raġuni għall-eżistenza tagħhom hi li jippuntaw subgħajhom lejn l-oħrajn mhux qed jgħinu biex San Pawl il-Baħar ikun wieħed aħjar. L-isfidi huma bosta. Dawk li sal-lum qed jagħtu sehemhom biex jiġu affaċċjati l-isfidi, huma ftit. Ejja nirrealizzaw li l-forzi li biddlu lil San Pawl il-Baħar, ser ikomplu jbiddluh, irridu jew ma rridux aħna. Dmirna hu li ngħinu biex dawk kollha li joqogħdu fil-lokalità jagħtu l-aħjar li jistgħu fl-interess tal-lokalità, u iktar importanti, fl-interess tas-soċjetà. L-uniku mod li naslu hu flimkien. Irridu, iżda nagħrfu li jrid ikollna l-volontà li nimxu biex ikollna ċans naslu. Billi nippruvaw inwaqqfu l-bidla żgur mhux se naslu. Ċensu Galea - Membru Parlamentari PN u Resident ta' San Pawl il-Baħar KIF NAĦSIBHA ĊENSU GALEA Sfidi Soċjali Kbar... Realtà mibdula Kultant hu diffiċli tapprezza l-bidliet li jkunu qed iseħħu madwarek...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015