Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 23 Bijografi ji Ikompli mill-ġimgħa l-oħra… I LGRAN Mastru kellu s-setgħa li jmur kontra d-deċiżjoni tal- Qorti. Kien hemm xi eżempji ta' interferenza awtokratika fil-proċess tal-liġi kien fl- 1775 waqt it-tmexxija ta' Ximenes. Fit-8 ta' Settembru ta' dik is-sena seħħet ir-Ribelljoni tal-Qassisin – li ssemmiet hekk proprju għaliex bosta minn dawk involuti kienu qassisin, u kienu mmexxija wkoll mill-qassis Gaetano Mannarino. Huma bdew jitolbu t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-ħobż. Din ir-ribelljoni falliet, u l-imħuħ warajha, fosthom Pasquale Balzan, Michele Tonna u Claudio Satariano li ġew arrestati, ittorturati, u mingħajr ma dehru quddiem il-qorti, ingħataw il-piena kapitali. Wara li ġew mgħallqa, inqatgħetilhom rashom, li twaħħlu ma' lasta twila u ġew impoġġija fil-Kavallier ta' San Ġakbu fil-Belt Valletta sabiex iservu ta' deterrent għal ħaddieħor. It-tgħalliq, kif ukoll il-qtugħ tal-irjus saru fil-Castellano, b'ordni tal-Gran Mastru, fejn is- sentenza tal-mewt kellha l-firma tal-Castellano biss hekk kif l-imħallfa kienu rrifjutaw li jiffirmaw. Barra mill-qrati, Castellania kien ukoll il-post fejn kienet iżżomm is-suspettati, kif ukoll dawk misjuba ħatja, kienu jinżammu arrestati. Kienu jinżammu wkoll nies li kienu jafu xi flus lil ħaddieħor. Eżempji ta' dawn tal-aħħar kienu każijiet bħal dak li ġara f 'Lulju tal-1722, fejn raġel li nżamm fil-ħabs ta' Castellania minħabba li kien jaf 75 skud lill-Gvern, ma setax iħallashom lura, minħabba li kien magħruf "għall-faqar tiegħu u għall-piż li kien iġorr minħabba li kellu tnax- il tifel u tifla." Hu talab biex jinħeles sabiex ikun jista' jibda jaħdem għal dawn il-flus li kien jaf. It-talba tiegħu ġiet milqugħa. Il-piena tal-mewt ma kinitx issir kif ġieb u leħaq – il-priġunier kien jgħaddi tlitt ijiem ta' tħejjija reliġjuża fil- kappella li tinstab fil-palazz stess. Fl- aħħar ta' dan il-perjodu kien imbagħad jittieħed bi speċi ta' purċissjoni 'l barra mill-Belt, għall-ħoss tal-qniepen tal- ħabs. Il-purċissjoni kienet titmexxa mill-Gran Visconte, segwit mill- Fratellanza dei Rozarianti. Warajhom kien ikun hemm il-priġunier li kien ikun akkumpanjat mill-isbirri – l-ekwivalent tal-pulizija, u warajh il-bojja. Din l-ispeċi ta' defile kienet imbagħad tispiċċa f 'Bieb il-Belt, magħrufa dak iż-żmien bħala Porta Reale, f 'post imsejjaħ is-Sur tat-Tre Punte – minn fejn illum wieħed jista' jara Triq l-Assedju l-Kbir. Hawn il- priġunier kien jitgħallaq, imbagħad jindifen. Sas-Seklu 19 il-piena kapitali kienet tiġi kkunsidrata biss f 'każ ta' qtil – iżda hemm xi każijiet fejn din ingħatat għal offiżi anqas serji. Pereżempju, fl-1832 din ingħatat għal każ ta' serq minn ħanut fil-Belt Valletta – fejn il-ħalliel kien seraq 17-il maktur u 170 skud mill-istess ħanut. Iżda dan il-każ partikolari kien ingħata l-maħfra mill- Gvernatur Brittaniku wara petizzjoni li saret għall-klemenza minn sid il-ħanut u mill-ġuri. Sal-aħħar tas-seklu 18, l-Ordni ta' San Ġwann bdiet tiddgħajjef, u fl-istess waqt, il-Mediterran kien sar donnu logħba bejn il-Franċiżi u l-Gran Brittanja sabiex jaraw min jista' jaħkem l-iżjed artijiet. Malta reġgħet spiċċat f 'punt kruċjali bejn iż-żewġ saħħiet navali. Fl-1798 Napuljun ħa l-ħakma tal-Gżejjer Maltin, u keċċa lill-Ordni ta' San Ġwann. L-okkupazzjoni Franċiża f 'Malta, minkejja li kienet waħda qasira, kienet waħda li biddlet xi ftit l-affarijiet ukoll. L-influwenza tas-sistema legali Franċiża fisser li l-Castellano ma baqax jeżisti, u li l-imħallfa kienu issa nnominati mill-Kummissjoni tal-Gvern, li kien responsabbli għall- amministrazzjoni tal-gżira. Fost l-oħrajn, l-isem tal-Castellania nbidel għal Palais de Justice. Bidliet oħrajn, ma jistax jonqos min-naħa tal- Franċiżi, kien li nbidlu wkoll il-ħwejjeġ li kienu jilbsu l-imħallfin u l-uffiċjali l-oħrajn tal-Palais. Iżda sa Settembru tal-1798 il-Maltin ma kienu sodisfatti xejn bil-ħakkiema tagħhom, u rribellaw kontriehom. Wara assedju ta' sentejn, kienet il-Gran Brittanja li ħadet lil Malta taħt idejha, u b'hekk beda kapitlu ieħor fl-istorja ta' Malta. Wieħed mill-ewwel priġunieri li nżamm taħt arrest fil-ħabs ta' Castellania fi żmien l-Ingliżi f 'Malta kien Mikiel Anton Vassalli – minħabba raġunijiet politiċi. Vassalli kien magħruf għall-ideat liberali li kellu, ħaġa li kiseb meta kien qed jistudja Ruma. Barra minn hekk, kienet l-affinità li kellu mal-Franċiżi li kienet ġabitu fl-inkwiet taħt il-Kavallieri f 'Malta. Ftit tal-inkwiet u snin wara, hu ġie lura Malta. Meta l-Franċiżi telqu minn Malta, hu reġa' ġie fl- inkwiet minħabba din l-affinità li kellu magħhom, u ġie ssentenzjat għall-eżilju mill-gżira minħabba li kien parti minn partit Franċiż. Minħabba li ma kienx hemm bastiment lest biex jiġi eżiljat fuqu, hu ntbagħat il-ħabs tal-Castellania sakemm seta' jitla' fuq bastiment li jieħdu fl-istati Barbariċi. Dan il-bini kellu sehem ukoll fil- pjaga tal-pesta li ħakmet lill-Gżejjer Maltin fl-1813. Il-morda kienu jiġu iżolati, filwaqt li l-binjiet li fihom kien ikun hemm il-mases tan-nies bħat-teatru u l-knejjes kienu ngħalqu. Il-Castellania kienet ingħalqet ukoll u ma nfetħitx sal-1814, hekk kif il-pesta bdiet tbatti ftit. Iżda jidher li fil-ħin li l-qorti għamel wieqaf, kellu jagħmel sessjonijiet ta' emerġenza b'każijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pesta stess. Fost l-oħrajn, il-gvern kien ordna bosta regolamenti tas-sanità sabiex jipprova jżomm din il-marda milli tinfirex. F'Awwissu tal-1813 il-gvern iddikjara li se tingħata s-sentenza tal-mewt lil min jaħbi li huwa infettat bil-pesta, jew inkella jekk ikun seraq xi affarijiet li jaf ikunu infettati, jew li biddel ir-residenza mingħajr il-liċenzja tal-Kunsill tas-Saħħa. Kien Antonio Borg li daq il-mirra ta' din il-miżura, hekk kif kien ġie skopert li dan l-individwu kellu l-pesta u ma qalx lill-awtoritajiet b'dan kollu. Huwa ngħata s-sentenza tal-mewt, sabiex, għal darb'oħra, jservi ta' eżempju għal min jitħajjar jagħmel bħalu. Iżda l-karriera tal-Castellania jidher li kienet ħa tiġi fi tmiemha fl-1840 meta l-bini beda jitqies mhux kbir biżżejjed għall-funzjoni tiegħu. Barra minn hekk, sabiex ikun hemm il-qrati kollha kkonċentrati f 'post wieħed, dawn tressqu eventwalment, sal- Auberge d'Auvergne. Dan aktar tard sar magħruf bħala l-Palazz tal-Qorti tal-Ġustizzja. Wara dan kollu ma tantx instab użu għal dan il-bini – b'hekk għamel xi ftit taż-żmien iservi użu differenti. Kien fl-1885 li l-post ħa s-sede tal-Kap tal-Gvern għall-Mediċina u l-Ispettur tal-Isptarijiet, li fost l-irwoli li kellu kien hemm li jwassal pariri lill-Kap tal-Gvern dwar dak li qed jiġri fis- settur tas-saħħa, kif ukoll li jagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa. Ftit tas-snin u tat-tibdiliet wara, u l-Castellania sar l-Uffiċċju Prinċipali tad-Dipartiment tas-Settur tas- Saħħa fl-1896. Eventwalment, meta Malta ħadet rajha b'idejha fl-1921, Castellania sar ukoll il-Ministeru tas-Saħħa – funzjoni li għad għandu sal-lum il-ġurnata. Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Minn Qorti tal-Kavallieri, sal-Ministeru tas-Saħħa – Palazz Castellania II

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015