Illum previous editions

illum 5 july 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 Kwistjoni dwar it-tiġrijiet taż-żwiemel għall-festi tar-Rabat Proġett Pjazza Indipendenza, Għawdex LIMBIERKA pjazza Indipendenza fir- Rabat Għawdex spiċċat f 'kontroversja waħda wara l-oħra. Wara l-kwistjonijiet fuq ir-rilokazzjoni tas-siġar u l-pavimentar li ma wasalx issa qamet il-kwistjoni tat-tiġrijiet tradizzjonali taż-żwiemel li jsiru fit-Triq it-Tiġrija. Minħabba l-pavimentar li sar mat-triq ta' Pjazza Indipendenza, l-organizzaturi tat-tiġrijiet taż-żwiemel qalu li ż-żwiemel xħin jiġu biex jikkalmawhom jaslu fuq il- pavimentar u jogħtru. L-ILLUM sar jaf li l-Ministeru għal Għawdex ħa l-kwistjoni f 'idejh u permezz tal-Gozo Sports Board irranġaw biex iġibu tapit ta' 70 metru b'36 metru fuq il-pavimentar. Dan ġie deċiż f 'laqgħa li saret fil-Ministeru bejn iż-żewġ soċjetajiet tal-festi fir-Rabat flimkien mad-dilettanti taż- żwiemel. Neqsin mil-laqgħa kien hemm is-sindku tar- Rabat Samwel Azzopardi jew xi rappreżentant tal-Kunsill. Meta l-ILLUM tkellem mas-sindku tar-Rabat qalilna,"Qatt ma ġejna mistiedna uffiċjali għal din il-laqgħa. Iltqajt il-Ġimgħa mal-Ministru b'mod każwali waqt il-ftuħ tal-monument ta' Mons. Luigi Vella fi pjazza Savina u l-ministru qalli li l-għada kellu laqgħa ma' taż-żwiemel. Ma naħsibx li dik kienet xi stedina uffiċjali. "Dawn it-tiġrijiet li qalulna li xħin jiġu biex jikkalmawhom iż-żwiemel jistgħu jweġġgħu fuq il- pavimentar ġdid, żgur li ma nistgħu nagħmlu xejn. Għax il-pavimentar żgur li mhux se naqilgħuh. Is- soluzzjoni min-naħa tagħna nemmnu li tista' tkun li jibdew isiru kif kienu jsiru oriġinarjament, minn fejn Dominic's, allura ż-żwiemel jiġu kkalmati qabel jaqbdu l-pavimentar il-ġdid. Dan jista' jsir billi tinqala' t-traffic island li hemm bil-konkos li saret wara li aħna konna ppjanajna l-pavimentar tal- pjazza u l-madwar." Mitlub jikkummenta dwar it-tapit hu qal li bħala kunsill ma jafu xejn x'deċiżjoni ttieħdet għalkemm safejn jaf hu t-tapit ma setax isir. Se jsir tapit fuq il-pavimentar il-ġdid MINN JOHN BUSUTTIL ILPROĠETT tal-Pjazza Indipendenza f 'Għawdex bla dubju li ħoloq uġigħ ta' ras kbira lis-Sindku tar-Rabat, Samuel Azzopardi. Dak li kellu jkun tisbiħ taċ-ċentru tar-Rabat b'fondi Ewropej ta' €1.6 miljun spiċċa bħala inkonvenjent kbir għal komunità tan-negozju u residenti tar-Rabat. L-ewwel il-proġett kien waqa' lura minħabba l-problema li kellu fuq is-siġar li ma tħallewx jiġu rilokati u issa bil-kwistjoni li l-kuntrattur ma rċeviex il-kunsinna tal-pavimentar, bir-riżultat li l-pjazza baqgħet nofsha magħmula. Wara li tpoġġa nofsu, spiċċa l-materjal u kellu jerġa' jinqala' biex tkun tista' tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Ġorġ u ta' Santa Marija. Ħadd m'għandu tort! Is-sindku tefa' t-tort fuq il- kuntrattur li min-naħa tiegħu tefa' t-tort fuq il-bniedem li jissuplixxi l-materjal li min- naħa tiegħu qal li ma tħallasx. L-ILLUM tkellem mat-tliet protagonisti biex jifhem eżatt l-istorja wara dan il-proġett. "Il-proġett kien ippjanat li jitlesta sat-28 ta' Mejju iżda ġara li l-kuntrattur kellu problema mas-supplier tiegħu tal-pavimentar li ma ġablux ix-xogħol. Aħna nafu biss lill-kuntrattur u għalhekk applikajna l-multi talli x-xogħol ma tlestiex fil-ħin. Il-kuntrattur qed jiġi mmultat €300 kuljum" qalilna s-sindku Samuel Azzopardi li kompla jgħid li l-importanti hu li l-fondi Ewropej ma jintilfux. "Applikajna għal estensjoni mill-PPCD li ngħatatilna u issa għandna sal-aħħar ta' Settembru biex ix-xogħol jitlesta għal kollox." "Is-supplier ma ġablix biżżejjed materjal" L-ILLUM tkellem ukoll mal-kuntrattur, Mario Gatt ta' Gatt Tarmac Ltd li kkonferma l-multa li qed jitolbuh il- Kunsill tar-Rabat, iżda qalilna li hu qed jinnegozja din il-multa għax dak li ġralu kien intortament, "Ittradieni s-supplier, li kien qalli li x-xogħol kien għandu sa tliet xhur u nofs ilu. Issa meta morna għall-pavimentar sibna li dan ma kienx għandu kollu. L-ewwel tana żewġ pellets, imbagħad erba' pellets u wara qalilna li m'għandux iżjed." "Kont diġà waħħalt parti mill-pjazza u ma kellix iżjed materjal u issa kelli naqla' kollox biex isiru l-festi għax ma tistax tħalli nofs pjazza bil-madum u nofsha le u dan kollu bi spejjeż tiegħi. Il- pjazza kienet se tkun lesta fejn ħdimna bis-Sibt u l-Ħadd u filgħaxijiet biex anke nlaħħqu ma' diffikultà oħra li kellna ma' supplier dwar il-granit. Kieku ilu li lest ix-xogħol." Mistoqsi x'se jagħmel hu qal li qed ifittex supplier ieħor u mhux faċli li jsib ieħor biex iqabbel il-madum iżda x-sogħol jerġa' jibda wara l-festi ta' San Ġorġ u Santa Maria u jrid jitlesta għalkollox sal-aħħar ta' Settembru." L-ILLUM tkellem ukoll ma' Joe Ellis, tal-Gozo Concrete Products li qalilna li kulħadd qed iwaħħal fih iżda l-fatti huma differenti. "Mhux vera li qatt għidt lil kuntrattur li l-materjal kien għandna u għal dan għandi l-korrispondenza kollha li qatt ma ktibtlu hekk. Fis-16 ta' Mejju kont ktibt lil Mario Gatt fejn għidtlu biex iħallas il-granit li kont diġà tajtu ħalli bil-flus inġib il-materjal li baqa'. Weġibna fit-3 ta' Ġunju li ried iħallas il-granit li twaħħal biss, u l-granit li baqa' żejjed u li aħna ħallasna għalih ma riedx iħallsu. Aħna ġibna l-ammont ta' granit li kien hemm fuq it- tender u li l-kuntrattur tħallas 35% tiegħu minn qabel mill- Kunsill." Joe Ellis kompla jgħid li huma ma ħadux ċenteżmu wieħed għal madwar 700 metru kwadru ta' granit." Ellis qal li meta tkellem mas- Sindku Azzopardi dan qallu li hu jaf biss lil kuntrattur u mhux lilu, "Iżda nemmen li Samuel Azzopardi għandu wkoll iġorr responsabilità għax li kieku poġġiena fuq mejda flimkien forsi konna nilħqu xi ftehim għal ġid ta' kulħadd." Mistoqsi jekk hux fi ħsiebu jforni l-materjal li baqa' jekk għax xogħol s'issa, Ellis wieġeb fl-affermattiv, "jekk nitħallsu nagħtu l-materjal li baqa'." • Multa ta' €300 kuljum lill- kuntrattur • Jekk ma jitlestiex sa Settembru jintilfu €1.6 miljun fondi Ewropej "Il-materjal ma tajniehx għax ma tħallasniex" – Joe Ellis Ħadd ma jrid jerfa' responsabbiltà fuq ix-xogħlijiet tal-Pjazza Indipendenza r-Rabat, Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 july 2015