Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/537303
Il-Ħadd 05 ta' Lulju 2015 | illum 7 "Jien Laburist imweġġa'" Stħarriġ onlajn fuq illum.com.mt juri d-diżappunt ta' xi partitarji Laburisti għax "ma nqdewx" ALBERT GAUCI CUNNINGHAM LISTĦARRIĠ tal-ġimgħa l-oħra fuq is-sit illum. com.mt kellu riżultati xi ftit jew wisq interessanti minħabba li ħafna minn dawk li ħallew kumment marbut mal-mistoqsija dwar il-popolarità ta' Joseph Muscat semmew lil-"Laburisti mweġġa'" jew "Laburisti li ma nqdewx." L-ILLUM staqsa lill-qarrejja tiegħu jekk jaħsbux li kienet l-ekonomija, jew il-kwistjoni taż-Żonqor jew ta' Gaffarena l-aktar li qed jaffetwaw il-popolarità ta' Muscat b'mod ħażin. Minn dawk li wieġbu 33% qalu li l-ebda minn dawn il-kwistjonijiet mhi qed taffettwa lil Muscat ħażin b'uħud minnhom jidħlu fis-sezzjoni tal-kummenti u jesprimu ruħhom hemmhekk. Minn dawn, l-aktar kumment li ssemma' kien dwar Laburisti "mweġġa'" jew li jħossu li ntesew mill-Partit Laburista. Imma dawn il-Laburisti mweġġgħin, min huma? X'qed jippretendu li jieħdu li għadhom ma ħadux? U dan xi fenomenu ġdid jew anke l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kellu problemi b'nies li jħossuhom minsijin mill-partit "tagħhom"? L-ILLUM staqsa lill-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami u lid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela biex jispjegaw dan il-fenomenu fost numru ta' votanti f 'pajjiżna u jekk jaħsbux li dan kienx minn dejjem jew jekk forsi issa żdiedx. Fenech Adami qal li l-poplu issa huwa mxebba' jara nies li huma qrib Joseph Muscat isiru "multi-miljunarji mil-lejl għan-nhar" waqt li l-ħaddiema jibqgħu b'żieda ta' 58ċ. Semma' każijiet bħal dawk ta' Cyrus Engerer u Daniel Zammit. Dwar tal- ewwel huwa qal li dan kien instab ħati mill-Qorti biex imbagħad ingħata impjieg ta' €100,000 fi Brussell filwaqt li dwar Zammit huwa fakkar kif dan kien ġie boarded out f 'erbat'ijiem u wara ngħata kuntratt ta' €60,000. Abela iżda kellu spjegazzjoni differenti minn ta' Fenech Adami. Huwa fakkar kif f '25 sena ta' Gvern Nazzjonalista "saret trasfużjoni sħiħa fis-settur pubbliku." Huwa għamilha ċara li ma jkunx sinċier min jgħid li l-kulur politiku ma jaffetwax xi ftit fi gżira żgħira bħal Malta u li fl-aħħar mill-aħħar kull politiku jkun xi ftit jew wisq affettwat mill-preferenzi politiċi ta' persuna. Abela saħaq li wara 25 sena tal-istess Gvern il-Laburisti li kienu ddiskriminati huma ħafna u dan apparti votanti Nazzjonalisti stess li ngħataw il-ġenb "għax ma kinux tal- qalba." Il-Viċi Kap tal-PN ammetta mal-ILLUM li fi żmien Gvern Nazzjonalista kien hemm ukoll numru ta' nies li ħassewhom "imweġġa'" għax ma nqdewx minn xi awtorità jew dipartiment tal-Gvern, għalkemm sostna wkoll li llum bosta jinsabu mweġġgħin għax qed jaraw dik li skontu hija "diskriminazzjoni ċara" bejn Joseph Muscat u ta' madwaru u l-bqija tal-poplu Malti u Għawdxi. Abela ma jdurx mal- lewża u jammetti li għad hemm sezzjoni ta' votanti li jħossu li għadha ma saritx ġustizzja magħhom, għalkemm ifakkar ukoll kif hemm fost dawn li qed "igergru u m'għandhomx għalfejn." Filwaqt illi fakkar kif huma bosta dawk li raw l-inġustizzja li sofrew tiġi rimedjata staqsa wkoll kif hemm min qed jippretendi li f 'sentejn biss ikun drittat dak kollu li kien mgħawweġ jew li tgħawweġ f '25 sena. Beppe Fenech Adami temm l-argument tiegħu billi qal li l-PN qed jaħdem biex jitgħallem mill-iżbalji li wettaq għalkemm dwar dawn is-sentejn huwa sostna li "bla dubju, f 'din il-leġiżlatura, il-kelma weġgħa trasformat ruħha minn "għax jien ma nqdejtx" għal "dak jieħu €100,000 u jien nieħu 58ċ." Abela kien aktar ottimist u qal lil dan il-ġurnal li jinsab konvint illi "kull min sofra xi preġudizzju, jekk mhux kollha l-parti l-kbira minnhom se jieħdu dak li hu tagħhom. Mhux biss dawk li sofrew minħabba l-kulur politiku tagħhom iżda dawk li jissimpatizzaw mal-PN u xorta sofrew inġustament." It-tweġibiet tagħkom fuq l-illum.com.mt Intant minn dawk li wieġbu għall- mistoqsija 25.2% qalu illi hija l-kwistjoni relatata ma' bejgħ ta' proprjetà u kumpens lil Gaffarena l-aktar li qed jaffetwa lil Muscat, filwaqt li 19% semmew l-ekonomija. Dan juri li sal-ġimgħa l-oħra l-qarrejja tas-sit illum.com. mt kienu għadhom qed iħossu li l-kwistjoni marbuta mal-proprjetà fi Triq Zekka l-Belt tista' tkun waħda ta' imbarazzament għall- Gvern preżenti. Dwar din il-kwistjoni l-Gvern għadu qed jistenna l-eżitu ta' żewġ inkjesti. Min-naħa l-oħra kienu 16.9% li ħassew li l-kwistjoni tal-Università fuq l-art taż-Żonqor kienet qed taffetwa ħażin lill-Gvern preżenti. Din il-kwistjoni issa ilha ttul ftit żmien mhux ħażin, għalkemm il-Gvern ilu jindika li s-soluzzjoni preferuta tiegħu hija li l-proġett jinqasam fuq żewġ siti, wieħed f 'Marsaskala u ieħor f 'lokalità oħra. Appuntat editur ġdid ALBERT Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat editur tal-gazzetta Illum. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union print u kien magħruf għall- istejjer investigattivi tiegħu. Qabel ma sar ġurnalista kien għalliem tal-Ingliż u jikteb fuq il-ġurnali bħala opinjonista dwar temi soċjali u politiċi. L-editur maniġerjali Saviour Balzan qal li l-ħatra ta' Albert ser isservi biex jissaħħaħ il-kontenut editorjali tal- gazzetta Illum u dik online. Balzan qal "Albert jaqbel ħafna mal-istil irreverenti tal-kamra tal-aħbarijiet fil- MediaToday u għandu jġib qabża fl-istil ġurnalistiku." Hu rringrazzja lil Frederick Attard taż-żmien li għamel bħala editur. Il-ftehim ma' Sadeen għandu jkun ippublikat qabel il-Parlament jagħalaq għal vaganzi ta' sajf F'KONFERENŻA stampa quddiem il-Parlament il-Belt, Front Ħarsien ODZ reġa tenna t-talba tiegħu biex il-Gvern jippublika l-ftehim li sar ma' Sadeen dwar l-Universita' ''Amerikana'' ta' Malta. ''Dan il-ftehim għandu jiġi ippublikat minufiħ qabel il- Parlament jgħalaqminħabba l-vaganżi ta' sajf biex b'hekk ikun jista' jsir dibattitu wiesgħa u transparenti fl-ogħla institużżjoni tal- pajjiż. Jekk ma jsirx hekk, huwa ċar li l-Gvern għandu l-intenżjoni li jibqa' għaddej matul is-sajf bil-proċess tal-iżvilupp fuq iż-Żonqor li tinsab barra ż-żona tal- iżvilupp u għalhekk jevita l-iskrutinju mill-parlament.'' ''Fl-aħħar ġimgħat l-ikbar protesta ambjentali f 'Malta kienet organiżżata u hemmhekk tlabna lil Gvern biex jippublika il-ftehim li sar ma' Sadeen immedjatament. L-appell mill- Front reġa sar ukoll waqt f 'Xarabank, pero s'issa il-Gvern qallilna li beħsiebu jippublika l-ftehim meta jidhirlu hu. Dan iħalli lok biex wieħed jissuspetta li qegħdin issiru xi ftehim minn wara dahar il-pubbliku.'' Sadanitant f 'reażżjoni għal dak li ntqal dan l-aħħar minn Joseph Muscat rigward iż- żona fejn se tkun żviluppata l-Universita', il-Front , żied jgħid illi tkun "assolutist" u "żbilanċjat" jekk iż-Żonqor li hi żona barra mill-iżvilupp tiġi żviluppata. L-istqarrija ttemm tgħid li ż-Żonqor diġa hi immarkata bħala park naturali u għalhekk il-Prim Ministru għandu jiddiskuti b'mod transparentifil- Parlament u mhux "jippolitiċiżża s-sajf ". Albert Gauci Cunningham