Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 11 qadim b'żewġ festi titulari Lulju, u b'hekk fisser li Ta' Kerċem sar l-unika lokalità li tiċċelebra żewġ festi titulari, San Girgor f 'Marzu u l-Madonna tas-Sokkors f 'Lulju, kif għadu jsir sal- ġurnata tal-lum. Fl-10 ta' Jannar 1891 waslet l-ewwel statwa titulari tal-Madonna tas-Sokkors, minquxa fl-injam mill- istatwarju Sqalli Lo Turco. Ftit snin wara, fl-1897, il-Kerċmin ordnaw statwa oħra, din id-darba mid-ditta "Gallard et Fils" ta' Marsilja. Din għadha titgawda sal-ġurnata tal-lum u hija l-għaxqa tal-Kerċmin kollha. Fl-1904 saret l-istatwa artistika ta' San Girgor il-Kbir, ukoll mill-istess ditta Franċiża. Fl-1906 beda l-proġett tat-tkabbir tal- Knisja fi żmien il-Kappillan Franġisk Portelli. Inbnew il-kappelluni, il-kor kif ukoll il-koppla u l-kampnari fil-faċċata, peress li oriġinarjament il-knisja kellha kampnar wieħed li kien fuq wara tagħha. Fir-raħal ta' Kerċem insibu diversi għaqdiet, fosthom il- Kerċem Ajax F.C. imwaqqaf fl-1953, il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Karmelitani u l-iskola St. Therese (1957), il-Kor San Girgor (1973), l-Għaqda tal-Armar Madonna tas-Sokkors (1991), it-Terz Ordni Karmelitan (1992), l-Għaqda Mużikali San Girgor (1997), l-Għaqda tan-Nar Kerċem u l-Għaqda Festa Għajn Tuta. Il-Parroċċa għandha wkoll żewġ fratellanzi, dik tas-Santissimu Sagrament u tal-Madonna tar-Rużarju mwaqqfa fl-1885, l-Azzjoni Kattolika (1933), ix- Xirka tal-Isem Imqaddes t'Alla (1947) il-Leġjun ta' Marija (1953), u s-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija l-MUSEUM (1963). F'Ta' Kerċem insibu wkoll l-iskola primarja parti mill-Kulleġġ t'Għawdex, u l-iskola tal- lingwa Ingliża BELS, kif ukoll iċ-Ċentru Parrokkjali 8 ta' Lulju. Insibu wkoll Ċentru Ċiviku modern, grawnds tal-futbol b'terf artifiċjali, kumpless sportiv modern, u bħalissa jinsab fl- aħħar fażi tal-bini ta' każin kbir għall-Għaqda Mużikali San Girgor. Kif tistgħu taraw dan ir-raħal ċkejken fih storja mill-isbaħ u għal din is-sena min se jmur jgawdi l-festa tal-Kerċmin jista' jara wkoll l-armar ġdid li ġie mżanżan għal festa din is-sena u biex niggwidakom tgawduh aħjar, grazzi għal Joseph Grima se nagħtikom ftit informazzjoni dwar l-armar. Għax ħafna drabi wieħed imur għal festa mdawwar minn ħafna armar u ftit wieħed jagħti kas xi jfissru l-bandalori u kemm xogħol ikun sar bil-għaqal minn dawn l-artisti. • Tliet bandalori għall- Pjazza San Girgor fuq disinn ta' Joseph Cauchi, pittura ta' Manuel Farrugia u sfumar ta' Josef Camilleri. • Induratura u dekorazzjoni tal-istatwi San Bert u San Ġuda Taddew minn Ġorġ u Josef Mizzi. • Tlestija tal-labardi tal-white metal għall- antarjoli ta' Pjazza Orvieto fuq disinn ta' Joseph Cauchi, u xogħol ta' Twanny Zammit. • Żewġ brazzi tal-white metal għall-anġli taz- zuntier fuq disinn ta' Josef Camilleri u xogħol ta' Twanny Zammit. • Liedna ġdida għat-toroq Ġużeppi Briffa u San Pietru u San Pawl. Nawguraw il-festa t-tajba lil Kerċmin u anke lil dawk li forsi b'dan it-tagħrif jistgħu jgawdu aktar lil dan ir-raħal Għawdxi ċkejken b'żewġ festi titulari. "Din is-sena min se jmur igawdi l-festa tal- Kerċmin jista' jara wkoll l-armar ġdid li ġie mżanżan għal festa" Il-Knisja Parrokjali ta' Kerċem Pavaljuni ġodda għall-festa tas-Sokkors

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015