Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 Ħ afna drabi meta nisimgħu fuq vjolenza domestika f 'moħħna nimmaġinaw problemi koroh bejn koppja li jgħixu jew ikollhom relazzjoni flimkien. U verament li huma ħafna, fil-maġġoranza assoluta nisa, li jsofru dan il-forma ta' abbuż sesswali, finanzjarju, soċjali u emozzjonali u jgħixu ħajjithom, ġurnata wara l-oħra f 'biża' fi ħdan l-erba' ħitan ta' djarhom. Biżżejjed ngħidu li mir-riċerka nafu li f 'Malta, bħal pajjiżi oħrajn, mara minn kull erbgħa jsofru minn xi tip ta' vjolenza. Imma lil hinn mill-ħitan tad-dar, kemm jaffetwa wkoll il-post tax-xogħol, speċjalment issa li n-numru tan-nisa li qed jidħlu fid- dinja tax-xogħol qed dejjem jogħla? Bla dubju ta' xejn, meta mara tkun għaddejja minn vjolenza domestika, din se taffettwa mhux biss il-kundizzjonijiet personali tagħha ta' saħħa u l-flus imma hemm ukoll effett ekonomiku serju soċjali. Skont studju tal- Kunsill tal-Ewropa fl-Unjoni Ewropea jintefqu €34 biljun fuq vjolenza kontra n-nisa u fuq vjolenza domestika biss jintefqu €16-il biljun, jiġifieri miljun Ewro kull nofs siegħa. Allura nistgħu nintebhu illi l-orrur tal-vjolenza domestika ma jibqax biss ġod-dar u ma jibqax 'affari privata' meta mara vittma tal-vjolenza domestika tmur għax-xogħol. Skont studju mill-Family Prevention Fund ġo l-Amerika, 74% tan-nisa abbużati ġew iffastidjati mis-sieħeb tagħhom sakemm kienu x-xogħol, nisa kellhom jaslu għax-xogħol tard jew jitilqu kmieni mill-inqas ħames darbiet fix-xahar, u jfallu mill-inqas ħamest ijiem xogħol fix-xahar. Ħafna drabi l-post tax-xogħol hu post ta' refuġju għal mara vittma imma fl-istess ħin, huwa l-post fejn is-sieħeb abbużiv jista' jsibha u għalhekk iżjed u iżjed naraw il-vjolenza domestika taffetwa l-post tax- xogħol u hemmhekk hemm dak li jgħidulu business case. Nistgħu mill-ewwel nifhmu li mara għaddejja minn din il-problema ma tkunx tista' taħdem tajjeb bħal qabel u taffettwa l-produttività u l-kwalità tax-xogħol tagħha kif ukoll il-motivazzjoni u l-impenn għax-xogħol. Ħafna drabi s-sieħeb jibqa' jagħmel kuntatt mal-mara f 'forma ta' SMSs u emails u dan iwassal għal stress kbir. Ħafna drabi nisa kellhom jitilqu x-xogħol tagħhom minħabba li jħossuhom intimidati u għax ħassewhom li ma setgħux jagħtu l-massimu tagħhom fix-xogħol bħal qabel u anke sabu problema biex jerġgħu jsibu xogħol ieħor. Minn naħa l-oħra, hemm ukoll prezz pjuttost għoli li jħallas min iħaddem fuq: - Ħlas tal-assenteiżmu minħabba mard, korriment, biża', ansjetà, u anke mewt tal-vittma - Ħlas tal-assenteiżmu meta l-vittma jkollha bżonn tfittex għajnuna ta' tobba, avukati u qrati - Ħlas biex issib u timpjega ħaddiema ġodda - Ħsarat fuq il-propjetà tal-post tax-xogħol mis- sieħeb vjolenti - Ħlas ta' żieda ta' premium fuq insurance - Impatt fuq il-ħaddiema l-oħra Meta mara tieqaf mix- xogħol minħabba din ir- raġuni, l-ekonomija wkoll tiġi affettwata għax meta l-mara ma tibqax taħdem ma tibqax tħallas taxxa fuq id-dħul kif ukoll kontribuzzjonijiet tal-bolol. Dan meta x-xogħol għandu jkun iżjed importanti għal mara speċjalment bil- familja għax hemm riskju għoli li l-mara se jkollha iżjed piżijiet ekonomiċi biex tgħix hi u t-tfal tagħha. Għalhekk tajjeb li nifhmu r-rwol importanti li għandhom dawk li jħaddmu biex ikunu f 'pożizzjoni tajba biex jidentifikaw nisa impjegati tagħhom li jistgħu jkunu għaddejjin minn din il-problema u jagħtu parir u appoġġ f 'waqtu. Dan jista' jsir billi jkollhom workplace policy u ħaddiema mħarrġa fuq hekk. Jista' wkoll jingħata taħriġ ta' sensitizzazzjoni u edukazzjoni fuq vjolenza domestika u kif wieħed għandu jinduna permess ta' tbenġil stramb, tfalli mix- xogħol, tirċievi numru ta' telefonati jew SMS repetutivi, tibdil fl-imġieba. Jistgħu jitwaħħlu xi posters f 'postijiet prominenti li jagħtu appoġġ lil vittma u tagħrif fejn tista' tmur għall-għajnuna. Tajjeb wieħed ifakkar li l-Aġenzija Appoġġ għandha Helpline 179 għal vittmi ta' kull forma ta' vjolenza u ssib għajnuna bla ħlas matul il- ġurnata u l-lejl. Hemm ukoll xelters għal nisa abbużati bħal Merħba Bik, Għabex u Qalb ta' Ġesù. Id-Domestic Violence Unit, li wkoll hu parti mill-Appoġġ ukoll jagħti għajnuna f 'waqtha. Hemm ukoll organizzazzjonijiet importanti bħal Victim Support Malta u Women's Rights Foundation. Il-Konfederazzjoni tal- Għaqdiet tan-Nisa Maltin (MCWO) li hija l-unika NGO f 'Malta li hija membru sħiħ fil-European Women's Lobby ġo Brussell taħdem kontinwament għall- ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u biex twaqqaf kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa. Tisħaq li l-vjolenza kontra l-mara sseħħ minħabba n-natura patrijarkali tas-soċjetà fejn l-irwoli tan-nisa u l-irġiel u x'jistennew minn xulxin huma ffurmati minn traduzzjonijiet u kultura li taffettwa r-relazzjoni ta' poter bejn in-nisa u l-irġiel. Storikament hemm inugwaljanza f 'dan il-poter u kontroll u ħafna drabi jseħħ l-iżball li xi ħadd jemmen li għandu d-dritt li jeżerċita l-poter wieħed fuq l-ieħor. Il-vjolenza domestika hija problema soċjali u għalhekk ilkoll irridu naraw b'liema mod qed taffettwana b'mod soċjali u anke ekonomiku. Għall-vittmi u l-familji tagħhom din ħafna drabi hi meqjusa tabù li suppost tibqa' magħluqa biss ġod-dar. Imma llum il-ġurnata qed ngħarfu li hemm iżjed minn hekk u rridu naraw kif din hija responsabbiltà tagħna. Lorraine Spiteri Chairperson Malta Confederation of Women's Organisations (MCWO) ILPUNT LORRAINE SPITERI IL-VJOLENZA DOMESTIKA: AFFARI PRIVATA JEW TAFFETTWA X-XOGĦOL U L-KUMMERĊ? "Il-vjolenza domestika hija problema soċjali u għalhekk ilkoll irridu naraw b'liema mod qed taffetwana b'mod soċjali u anke ekonomiku"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015