Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Bla dubju ta' xejn ikolli nistaqsik dwar il-Eurovision - kif taħseb li għenitek esperjenza hekk? Din l-esperjenza għenitni nimmatura ħafna u ġegħlitni nħares lejn il-karriera minn perspettiva oħra. Dan għaliex issir tħobb iktar il-mużika, kif ukoll tagħti prezz lix-xogħol li jagħmel ħaddieħor sabiex jien dejjem nidher tajba u dawk it-tliet minuti jkunu eċċellenti. Kienet esperjenza li ma jien ħa ninsa qatt. Ħadt ħafna pjaċir u kont onorata li rrappreżentajt lil pajjiżi f 'festival hekk kbir. Kienet il-ħolma ta' ħajti. X'għoġbok l-aktar dwar l-esperjenza? Li għal ftit tiġi trattat ta' artist u tiġi rispettat għal xogħlok. Issir taf kantanti oħrajn, kif ukoll kultura oħra. Imma naħseb l-iktar ħaġa li ħa nibqa' niftakar u inżomm għal ħajti kollha huma dawk it-tliet minuti fuq il-palk. X'taħseb li jmiss issa wara din l-esperjenza? Il-Eurovision huwa pass 'il quddiem għall-karriera tiegħi. Minn hawn issa rrid inħares 'il quddiem u naspira għal affarijiet oħra fil-karriera tiegħi billi naħdem fuq xi materjal ġdid. Daqshekk Eurovision! Il- kant - kif beda kollox? Jien kont dejjem nieħu sehem f 'attività tal-iskola li jinvolvu kant. U dejjem kienu jgħiduli biex immur nitgħallem. Però l-prijorità tiegħi dejjem kienet l-isport. Infatti għamilt ħdax-il sena nitħarreġ il-judo b'mod professjonali. Dan sakemm kelli 16-il sena, u kelli nieqaf minħabba aċċident waqt logħba judo, minħabba li ma kiltx għal jumejn sħaħ. Għalhekk bqajt xorta nagħmel il-judo, imma mhux kompetittiv. Però ridt xi ħaġa li hi differenti għaliex meta tneħħi l-kompetizzjoni minn ċertu affarijiet ma jibqax sodisfazzjon. Allura ta' 17- il sena ddeċidejt li mmur nieħu lezzjoni tal-vuċi. Hemmhekk qatt ma ħarist lura u nħossni sibt manna ġdida. X'tagħmel aktar fil-ħajja? Għadni studenta l-università fejn qed nistudja biex insir għalliema tal- primarja, u wasalt fit-tielet sena. Il-kuntentizza x'inhi għalik? Li jkolli l-paċi f 'qalbi u nkun imdawra b'nies li jħobbuni, jirrispettawk għal dak li int u jridulek il-ġid. Liem taħseb kienet l-isbaħ esperjenza għalik? Naħseb bla dubju huwa l-Eurovision ta' din is-sena. Forsi l-aktar mument tad-daħk li tagħtek din il- karriera? Iktar milli mumenti tad- daħk, mument li jniżluli tbissima. Bħal pereżempju praspar u ċajt li jien flimkien mat-tim tiegħi għamilna u għadna nagħmlu lil xulxin. Hemm ukoll esperjenzi li dakinhar jidher tal-mistħija imma meta tħares lura tidħaq. Tixtieq tmur tipprova xi opportunitajiet barra? Fejn? Iva nixtieq ħafna. Naħseb l-iktar viċin hija l-Ewropa. Ix-xewqa hi li nimraħ hemm. L-akbar ħolma tiegħek? L-akbar ħolma tiegħi hi li nkun kantanta rikonoxxuta mhux f 'Malta biss. Naħseb hija x-xewqa ta' kull kantant u mużiċist. Is-safar għalik xi jfisser? Id-destinazzjoni li l-aktar tixtieq iżżur? Huwa passatemp tiegħi li nsiefer. Inħobbu ħafna għaliex inkun nista' nesplora kulturi oħra. L-iktar post li nixtieq inżur huwa bla dubju l-Amerika, speċjalment New York. Il-familja u l-ħbieb - x'ifissru? Huma kollox għalija. Li kieku ma jkunx għall-appoġġ tagħhom, ħafna mill- affarijiet ma nkunx nista' nagħmilhom. Ħames Minuti ma' Amber Bla dubju ta' xejn ikolli Ħames Minuti Xi jmiss għal Warrior wara l-Eurovision… 24 illum | Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015