Illum previous editions

illum 12 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/540319

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Lulju 2015 | illum 35 SPORTSillum tal-partitarji ta' Juventus barra mill-Italja ukoll sentejn xogħol bla waqfien apparti mijiet ta' Ewro, li jinvolvu dawn il-plejers sabiex iġġibhom Malta. Ninsab infurmat li fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se tkunu qed tħabbru aħbar esklussiva oħra rigward xi plejer jew plejers leġġendarji ta' Juventus li se jkunu qed iżuru Malta fl-okkażjoni tal-40 sena anniversarju mit-twaqqif tal- klabb tagħkom? Tikkonferma dan? U jekk iva min huma l-plejer jew plejers Juvetini li se jkunu qed iżuru Malta? Issa ngawdu s-sajf, imbagħad inkomplu naħdmu. Lill-membri tagħna qatt mhu se nħalluhom b'xejn, u se ntuhom dejjem l-aħjar, kif jixraqilhom. Bosta persuni ma jistgħux jifhmu kif pajjiż żgħir bħal tagħna, għandu żewġ klabbs tal-partitarji ta' Juventus. X'tikkummenta? Il-kompetizzjoni ġġiegħlek taħdem aktar u ma tiħux for granted lill-membri tiegħek. Għalhekk, ma ddejjaqni xejn li hawn żewġ klabbs. Int ukoll għandek mużew maestuż b'numru kbir ta' flokkijiet (kits) li libsu plejers Juventini fil-passat riċenti. Kif bdiet din il-kollezzjoni u tina iktar informazzjoni dwarha. Bdiet meta f 'Diċembru li għadda ġie Stefano Tacconi, u xtrajt flokk tiegħu biex inżommu tifkira mingħand ħabib tiegħi, William Micallef. Minn hemm, f 'temp ta' 5 xhur, għaqqadt kollezzjoni ta' flokkijiet milbusa jew ippreparati home u away ta' Juventus ta' dawn l-aħħar 27 sena! Bosta jsostnu li s-sigriet tas-suċċess ta' Juventus hija d-diriġenza mmexxija minn Agnelli u Marotta. Int x'taħseb? Taqbel ma' dan? M'hemmx dubju li Andrea Agnelli huwa persuna li verament iħobb lil Juventus. Flimkien miegħu hemm Marotta, Paratici u Nedved, li verament qegħdin jagħmlu xogħolhom sew. Jekk jilagħbu l-Juventus kontra tim Malti, ma' min iżżomm? Jien onest u se nwieġeb mhux biex nintgħoġob, imma verament b'qalbi - jekk Juventus jilagħbu kontra tim Malti, inżomm ma' Juventus! Għaliex teżisti rivalità kbira bejn Juventus u Inter, u din minn fejn bdiet? Din bdiet minn Calciopoli. Teżisti rivalità għaliex Inter ħadu sehem f 'komplott sabiex jitkisser it-tim b'saħħtu li kellna l-Juventus. Nagħtu issa ħarsa lejn il-futur. Xi pjanijiet għandu l-kumitat għas-sena ħidma li fadallu? Il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore, dejjem għaddej jaħdem sabiex itejjeb u joffri l-aħjar servizz għall- membri tiegħu. Li kieku kellek l-opportunità li xewqa ssir realtà, int personalment x'tagħżel għall-Club? Li kieku kelli l-opportunità li xewqa ssir realtà, nagħżel dik, li jiġi Malta, Pavel Nedved, u miegħu jġib iż-żewġ tazzi li Juventus rebħu matul l-aħħar staġun, jiġifieri tal- Kampjonat tas-Serie A u l-Coppa Italia. Kif timmaġina l-Club minn hawn u għaxar snin oħra meta nkunu qed nagħlqu l-50 anniversarju tal- Club? Nispera li jkun għadu għaddej bl-istess tmexxija serja u onesta li miexi biha dan il-kumitat. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala President tal-istess klabb? Ġaladarba, il-Bambin itini s-saħħa, u l-membri jagħtuni l-fiduċja, jiena lest li nibqa' naħdem għall-membri u għall-klabb. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lill-partitarji kollha ta' Juventus f 'Malta, fosthom dawk numerużi tal-Juventus Club Vero Amore. Fl-istaġun li għadda, rajna lil Juventus jirbħu l-Kampjonat tas-Serie A, u l-Coppa Italia, kif ukoll imorru qrib li jirbħu l-UEFA Champions League. Tpaxxejna naraw lil dan it-tim jilgħab u nemmen li se nkomplu nieħdu gost anki fis-snin li ġejjin. F'dan l-ewwel staġun tal-presidenza tiegħi, jien u sħabi tal-Kumitat ħdimna bla waqfien biex nibnu fuq it-tajjeb tal-passat u noħolqu attivitajiet ġodda. Mexxejna l-klabb b'mod trasparenti, tajna l-aqwa servizz possibbli lilkom il-membri u wittejna t-triq biex ikollna ġejjieni mill-isbaħ. Ninsabu onorati li emmintu fina u mxejtu warajna. Kulma jmur il-familja tagħna qed tikber u dejjem iżjed membri qed jinkitbu fil-klabb. Kien unur kbir għalina li din is-sena ġejna rikonoxxuti miċ-Centro Coordinamento bħala l-akbar klabb barrani ta' Juventus. Saħħaħna wkoll ir-relazzjonijiet ma' Turin fejn illum, iktar minn qatt qabel, il-klabb igawdi minn fama tajba. Ir- relazzjonijiet tajba għamluha possibbli li jkollna fostna lil Birindelli, Davids u Ferrara fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-klabb. Kull anniversarju jagħtina l-oppportunità li nħarsu lura lejn x'sar fil-passat biex nieħdu spunti għall- futur. Għandna x-xorti li għandna storja rikka. Iċċelebrajna u se nkomplu niċċelebraw dan l-anniversarju bl-iktar mod xieraq. Ħsibna wkoll li jkollna ktieb li jiġbor fih l-istorja tal-klabb. Iswed u Abjad hu dokument prezzjuż li se jħalli tifkira dejjiema tal-kisbiet fl-ewwel erbgħin sena tal-klabb tagħna. Jien u sħabi tal-Kumitat inwegħdukom li se nkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li sar fil-passat biex hekk inżidu paġni memorabbli oħra f 'din l-istorja daqstant rikka. Nagħlaq billi nirringrazzja lilkom tal-appoġġ li dejjem tajtuna. Ringrazzjament speċjali jmur lejn sħabi tal-Kumitat li kienu indispensabbli fil-qadi ta' dmiri. Fl-aħħar u mhux l-inqas, grazzi kbir tmur lill-isponsors li mingħajr l-għajnuna tagħhom ma jkunx faċli li mmexxu l-klabb. Twieled -20 ta' Marzu 1965 f'Tal-Pietà Huwa l-President tal-Juventus Club Vero Amore li matul din is-sena, iċċelebra l-40 sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Għalkemm ilu jokkupa din il-kariga għal biss ftit xhur, nistgħu ngħidu li diġà rnexxielu jagħmel il-meravilji, hekk kif fost l-oħrajn irnexxielu jġib f'Malta lil-leġġendi ta' Juventus - Stefano Tacconi, Alessandro Birindelli, Ciro Ferrara u Edgar Davids, għall-akbar ġid tal-partitarji ta' Juventus f'Malta Joseph Fenech Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 July 2015