Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 457 • 19 ta' Lulju 2015 NEWSPAPER POST www.illum.com.mt Il-KL tan-Nadur jilmenta mal-MEPA u jsejjaħ għal azzjoni wara sfreġju ambjentali f ' Wied Riħan Il-KL tan-Nadur jilmenta mal-MEPA u jsejjaħ għal azzjoni wara sfreġju ambjentali f ' Wied Riħan GĦAMEL LI RIED U QERED WIED "Jew hemm jew xejn" Tkompli f 'paġna 2 DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt WIED Riħan f ' Għawdex spiċċa vittma ta' sfreġju ambjentali hekk kif bidwi żviluppa trejqa mdaqqsa għall- għalqa tiegħu mingħajr ma l-Kunsill Lokali tan-Nadur kien informat dwar u dan. Dan l-isfreġju wasal biex l-istess kunsill jilmenta mal- Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u jsejjaħ għal azzjoni u rimedji. MALILLUM, is-Sindku tan-Nadur Edward Said ikkonferma dan u qal li dan l-ilment sar din il-ġimgħa stess. Huwa wera t-tama li l-Awtorità tieħu azzjoni mill-aktar fis possibli. Tkompli f 'paġna 6 F'KUMMENTI mal- ILLUM, il-Ministru tal- Ekonomija Chris Cardona għamilha ċara li l-gvern mhux se jiġi rrikattat bil- voti u li minkejja l-kritika voċifera tal-bejjiegħa tal-monti, dawn tal-aħħar m'għandhomx għażla għajr dik li l-monti tal- belt jiġi rilokat fit-tieni parti ta' Triq l-Ordinanza biss, u mhux quddiem il- parlament il-ġdid. Il-Ministru Cardona tenna wkoll kif huwa impossibbli li l-bejjiegħa tal-monti joqogħdu kollha f 'parti daqshekk żgħira u li għalhekk, sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm rassa, il-gvern se jkun qed jagħti kumpens ta' bejn €23,000 u €25,000 lil bejn 10 u 15 il-bejjiegħ sabiex iċedu l-liċenzja tagħhom. F'kummenti ma' dan il-ġurnal id-deċiżjoni tal-gvern ġiet milqugħa mis-sindku tal-Belt Valletta Alexei Dingli u miċ- Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, b'dan tal-aħħar jinsisti li "s-sens komun prevala." Skola tal-knisja żżid il-pagi tal- impjegati b' donazzjonijiet privati Daniel MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt DAN il-ġurnal jista jikkonferma kif ċerti impjegati tal-iskola tal- knisja magħrufa bħala San Alwiġi qed jingħataw ħlasijiet esaġerati 'l fuq mill kontribuzzjoni mħallsa mill-gvern. Ċerti imjpegati saħansitra jaqilgħu madwar €40,000 fis- sena u oħrajn, fi skala meqjusa bħala baxxa fiċ-ċivil, jaqilgħu aktar minn paga normali ta' kap ta' skola. Id-differenza fil-paga bejn dik li toriġina mill-gvern u dik maħruġa mill-iskola toħroġ mid- donazzjonijiet lill-iskola. Ir-Rettur ta' San Alwiġi jiċħad bil-qawwa li l-kulleġġ qatt ħareġ eluf ta' ewro "bla raġuni" Tkompli f 'paġna 4

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015