Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 Ikompli minn paġna 1 Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru Cardona ħabbar kif kuntrarjament għall- wegħda elettorali tal-partit Laburista, il-monti mhux se jiġi rilokat bejn il-parlament u t-Teatru Rjal, iżda għat-tieni parti biss ta' Triq l-Ordinanza. L-aħbar xejn ma niżlet tajjeb mal-bejjiegħa tal-monti li, f 'kummenti lil dan il-ġurnal, esprimew ir-rabja tagħhom u saħansitra qalu li l-gvern "ngannahom u użahom biss għal vot." "Kulħadd maħruq, kulħadd daħaq bina. Aħna se mmorru għall-agħar u mhux għall- aħjar. Minflok ma għinna, il-gvern tefagħna minn ġot-taġen għal-ġon-nar," sostniet bejjiegħa tal-monti f 'kummenti mal-ILLUM. Madankollu, lil hinn mill- kritika miġjuba kontrieh, il-Ministru Cardona qal li m'hemmx għażla oħra ħlief li tal-monti jimxu fit-tieni parti ta' Triq Ordinanza sal-ġnien ta' Hastings. Mistoqsi jekk il- gvern huwiex lest li jħalli lill- bejjiegħa tal-monti fil-post preżenti, jiġifieri fi Strada Merkanti, il-ministru sostna li din mhijiex possibli. "Il-monti mhux se jibqa' fi Strada Merkanti bla ebda dubju, ma nħossx li din hija t-triq ideali għall- monti. Kuntrarjament, ma nemminx li l-monti jaqbel mal-kumplament tad-dehra u storja ta' dik it-triq," Cardona qal lill-ILLUM. 'M'iniex se nittollera arroganza u theddid' Cardona sostna kif minkejja li l-gvern Laburista kien wiegħed li l-monti se jiġi rilokat ħdejn il-parlament, huwa ma ngannax lill- bejjiegħa tal-monti. "Assolutament le, il-gvern mhux vera nganna bil- bejjiegħa tal-monti. Anzi, għal kuntrarju, l-gvern qed jassigura li x-xogħol tal- monti jibqa' għaddej u li jkun hemm riforma u titjib fis-servizz," Cardona tenna f 'kummenti ma' dan il- ġurnal. Il-ministru għamilha ċara wkoll li l-gvern mhuwiex se jiġi rrikattat bil-voti tal-bejjiegħa tal-monti u qal li "m'iniex se jittollera arroganza u theddid." Sostna wkoll li għal kuntrarju ta' dak allegat mill-bejjiegħa tal-monti, l-gvern iltaqa' magħhom u li saħansitra ddiskuta l-proposti qabel. Min-naħa tagħhom, membri fi ħdan il-kumitat tal-monti qalu li kienu mgħarrfa bir- rilokazzjoni ftit sigħat biss qabel mal-aħbar ħarġet fuq il-mezzi tax-xandir. Fl-2007 tal-monti ġew imressqin mill-ewwel parti ta' Strada Merkanti għal parti t'isfel, jiġifieri dik kantuniera ma' Triq l-Arċisqof. Iżda fl- isfond ta' inqas bejgħ, fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni tal-2013, il-bejjiegħa tal-monti kienu talbu biex ma jibqgħux fi Strada Merkanti. Wara dan, il- Partit Laburista kien wiegħed li l-monti se jiġi rilokat ħdejn il-parlament u li dan kien se jagħmlu "minkejja l-kritika." Wieħed għandu jiftakar ukoll li fid-9 ta' Marzu 2013, jiġifieri dakinhar tal-elezzjoni, l-eks-ministru Nazzjonalista Jason Azzopardi kien wiegħed eżattament l-istess ħaġa f 'ittra kkomunikata lil dawn il- bejjiegħa. Madankollu, sentejn wara li suppost ġew rilokati, fl-isfond ta' kritika mill-pubbliku inġenerali, mill-kunsill lokali tal-Belt, mill-Fondazzjoni Valletta 2018 u anke mill- perit ta' Renzo Piano, issa jidher li din il-wegħda mhux se timmaterjalizza. Minflok, il-bejjiegħa tal-monti se jiġu rilokati fit-tieni parti ta' Triq l-Ordinanza u jibqgħu għaddejjin għat-triq li tagħti għal ġnien ta' Hastings. F'kummenti mal-ILLUM, il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona żvela wkoll kif madwar 10 u 15-il bejjiegħ se jiġu offruti kumpens ta' bejn €23,000 u €25,000 biex iċedu l-liċenzja tagħhom, hekk kif m'hemmx spazju biżżejjed biex joqogħdu l-74 bejjiegħ. Huwa għamilha ċara li l-gvern mhux se jħallas kumpens eżorbitanti u li l-bejjiegħa mhux se jiġu offruti aktar. Mistoqsi jekk il-gvern huwiex se jipproponi li jkun hemm tnaqqis fid-daqs tal-posti (stalls), l-ministru qal li f 'dan l-istadju din il-proposta ma tagħmilx sens. Cardona kompla jispjega kif id-disinn ġdid tal-posti tal-monti se jkun żvelat fil- ġimgħat li ġejjin u aċċenna wkoll li dan tal-aħħar se jkun konformi mal-bqija taż-żona u mhux wieħed li jistona. 'Is-sens komun prevala' – Jason Micallef Intant, f 'kummenti mal- ILLUM, iċ-Ċermen tal- Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef laqa' l-aħbar u qal li mill-bidu l-Fondazzjoni tal-V18 kienet oġġezzjonat kontra r-rilokazzjoni ħdejn il-parlament. "Nilqa' din l-aħbar b'sodisfazzjon kbir għax is-sena komun prevala. Il- maġġoranza assoluta tal-pajjiż kienet kontra r-rilokazzjoni tal-monti ħdejn il-parlament u għalhekk din kienet deċizjoni tajba," qal Micallef. Huwa qal ukoll li kif kien prevedut minn Renzo Piano nnifsu, iż-żona ħdejn il- parlament għandha titħalla miftuħa għal pubbliku u mhux ristretta b'bejjiegħa tal-monti. 'Il-monti huma parti mill- identità tal-Malti' F'kummenti ma' dan il- ġurnal, is-sindku tal-Belt Valletta Alexiei Dingli qal li l-bejjiegħa tal-monti huma parti mill-identità tal-belt u li għaldaqstant hemm bżonn iktar diskussjoni bejn l-entitajiet involuti, inkluż il- gvern, il-kunsill, u l-bejjiegħa tal-monti. Filwaqt li laqa' d-deċiżjoni tal-gvern, is-sindku Nazzjonalista tenna li huwa kontra li l-monti jkun ħdejn il- Parlament "anke jekk xi ħaġa bħal din tiġi mwettqa taħt Gvern Nazzjonalista." SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 75 76 59 80 89 60 26 58 VILHENA Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana ST. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappil- lan Mifsud, Ħamrun ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il- Kbira San Guzepp, Santa Venera HOLY Cross Pharmacy, 37, Triq il- Kbira, Birkirkara O'HEA Pharmacy, 115, Triq Manoel De Vilhena, Gżira SAN Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann MRABAT Pharmacy, 5, Triq l-Imra- bat, Sliema ILMEĦRIEŻ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin ST. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta REMEDIES Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier (previously "Mellieħa Pharmacy"), Mellieħa STA. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija WHITE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla SAN Tumas Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka, Marsascala ST. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq KRISTIANNE Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq DE Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat CASTLE Pharmacy, 2, Misraħ l-In- dipendenza, Victoria ST. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Qala L-OGĦLA: 36˚Ċ L-INQAS: 24˚ Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 għal xi ħin BAĦAR: Ħafif IMBATT: Ftit li xejn TEMPERATURA TALBAĦAR: 26 °C L-OGĦLA: 37˚Ċ L-INQAS: 24 Ċ TEMP: Sabiħ li VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent għall-Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir mill- Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4. BAĦAR: Ħafif li jsir ħafif għal moderat lokalment moderat IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx mill-Punent għall-Majjistral billejl €23,000 għal min iċedi l-liċenzja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015