Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 11 il-probabbiltà li jinzerta temp sabiħ kienet akbar milli f 'April. It-trasferiment tal- festa għal żmien is-sajf ġie fis-snin ħamsin. Fuq talba tal-Kumitat lil Mons. Isqof, kien propost li l-Festa tibda ssir flok dik ta' Santa Margerita fit-tielet Ħadd ta' Lulju. L-Arċipriet u l-poplu ta' Ta' Sannat minn qalbhom qablu li San Ġorġ jibda jsir flok Santa Margerita u l-festa tagħhom issir il-Ħadd ta' wara. Dan kien il-mument li l-Festa ta' San Ġorġ daħlet fix- xahar ta' Lulju. Dan il-ġest mir-raħal ta' Ta Sannat u mill-poplu tiegħu, li minn dejjem kienu jħobbu lil San Ġorġ, kien apprezzat ħafna mill-Ġorġjani kollha. Ma kinitx deċiżjoni faċli għan- nies ta' Ta' Sannat, u ta' dan il-parruċċani Ġorġjani kienu, għadhom u jibqgħu grati lejhom. Mhux ta' b'xejn li bejn iż-żewġ parroċċi minn dejjem kien hemm affinità qawwija ( Minn artiklu ta' George Borg fil-ktieb Festi San Ġorġ 2012) Għawdex - Festa ta' Poplu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015