Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 13 magħhom jimmeraviljawni għas- saħħa tagħhom bħala persuni. Nista' u ma nistax nerġa' mmur fid-dinja tal-moda normali... dak il-futur biss jista' jurini t-triq." Ġieli ġejt Malta? "Iva. Tliet darbiet. Darbtejn meta kont żgħira ħafna u l-aħħar darba li ġejt kien fl-1997" Tħossok Maltija jew Kanadiża? "Inħossni Kanadiża, għax hawn twelidt u hawn naf l-iżjed." Qatt iddisinjajt xi ħaġa għal xi personalità Maltija? "Le qatt." Barra x-xogħol u l-familja jibqagħlha biss ħin biex torqod Tixtieq li tiddisinja xi libsa għal xi personalità partikolari? "Iċ-ċelebritajiet ma tantx jaffetwawni bħalma jaffettwaw lil ċerti nies. Għalija huma nies bħal kulħadd, għalhekk sfortunatament m'għandix risposta għal din il- mistoqsija." In-nisa huma aktar diffiċli mill-irġiel meta tiġi biex tlibbishom? "Jiddependi mill-personalità tal- persuna milli jekk ikunx mara jew raġel. Hemm nies li huma aktar diffiċli minn oħrajn biex taħdem magħhom." Liema tqis li hi l-aktar ġurnata speċjali fil-karriera tiegħek? "Jekk ikolli nipponta subgħajja lejn karriera ta' 31 sena jkolli nsemmi l-wirja tal-Fashion Follows Form f 'mużew daqshekk prestiġġjuż li kienet ġurnata mill-aktar sodisfaċenti." X'inhi l-ħolma li jmiss? "Hemm aktar miri x'nilħaq f 'dan in-negozju li joħduna fil-livell li jmiss, u li jħallina biex nagħmlu iżjed. M'għandix xi ħolma speċifika iżda għandi xi proġetti li qed naħdem fuqhom iżda għadhom fl-infanzja tagħhom. Għalissa n-negozju u l-familja qed joħduli kważi l-ħin kollu tiegħi u ma tantx jibqa' ħin iżjed ħlief biex norqod." għamlet suċċess fid-dinja tal-moda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015