Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
14 illum | Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 L -ekonomija Maltija sejra tajjeb u l-Gvern qiegħed jaħdem u jġib ir-riżultati. Dan jixduh l-aġenziji ta` kreditu internazzjonali Moody`s u Standard and Poor`s fost oħrajn, kif ukoll is-sidien tal-intrapriżi, kemm lokali u anke dawk barranin, li għandhom l-investiment tagħhom f`Malta. Jeżisti kunsens ġenerali fost il-Maltin li hawn dak li jissejjah feel good factor. L-ispiża pubblika ġiet imrazzna u bdejna naraw tnaqqis fid-defiċit, tant li l-Kummissjoni Ewropea ħarget lill-Malta mill-proċeduri dwar defiċit eċċessiv. Madankollu, f`diskussjoni li kelli ftit tal- jiem ilu, ġejt mistoqsi għalfejn hawn numru ta` persuni, u anke familji li jemmnu li l-ġid li hawn f`pajjizna u t-tkabbir ekonomiku għadu mhux jissarraf minn dawk li qegħdin fl-iktar saffi baxxi tas-soċjeta'. Huwa dwar dan li se nkun qiegħed nikteb f`dan l-artiklu. Ekonomiji tat-'trickle down' Ftit tal-ġimghat ilu kien hemm editorjal li tkellem dwar trickle down economics, fejn fi ftit kliem qal li l-fenomenu ta` din it-teorija mhuwiex jaħdem f`pajjiżna. It-teorija ta` trickle down economics tgħid li jekk Gvern jgħin lil dawk li huma fis-saff ta` fuq tas-soċjeta', dawk l-iktar sinjuri u dawk li għandhom in-negozju, billi joffri inċentivi fiskali u jżid il-flessibilita' fir- reklutaġġ ta` ħaddiema ġodda, allura l-konsum jikber b`rata li permezz tagħha d-dħul tal-gvern mhux biss jagħmel tajjeb għad dħul inqas li jkun qed idaħħal, minħabba li jkun naqqas it-taxxi, iżda talli l-ġid li jinħoloq għandu jilħaq lis-saffi baxxi tas-socjeta. Biex nispjega, lillhin mit-teoriji ekonomici, dawk li jippriedkaw il-benefiċċji tagħha jgħidu li mewġa tgħolli 'l fuq id-dgħajjes kollha, kbar u żgħar. Personalment ma` nemminx f`din l-istrategija li dejjem ġiet użata minn Gvernijiet konservattivi, fuq quddiem nett, mill-President Ronald Reagan fl-Istati Uniti. Lanqas m`hi strateġija popolari użata minn dan il-Gvern, tant li l-qafas tal- pjan ekonomiku tiegħu dejjem kien li joħloq 'middle class' ġdida. 'Middle class' ġdida Il-verita' pero hi li mhumiex kompletament żbaljati dawk li qed jassoċjaw it-teorija ta` 'trickle down economics' ma` dan il-Gvern u nispjega. Wieħed irid jiftakar li fil- kampanja elettorali tal-2013, il-Gvern Nazzjonalista dak iż- żmien kien qiegħed jgħid li jekk jirbaħ l-elezzjoni generali, kien se jnaqqas it-taxxa tad-dħul għas-saffi ta` fuq tas-socjeta'. Il-Partit Laburista minn naħa l-oħra poġġa r-roħs fit-tariffi tal-enerġija fuq quddiem nett tal-proposti tiegħu. Madankollu kien f`pożizzjoni li jgħid illi permezz tal-pjan ekonomiku tiegħu, seta' hu wkoll inaqqas it-taxxa tad- dħul bl-istess mod li kien qiegħed jipproponi il-Partit Nazzjonalista. Għaldaqstant dan kien wassal lill-Partit Nazzjonalista biex jitlef il- monopolju li ħaseb li se jkollu fuq ir-roħs tat-taxxa tad-dħul f`dik il-kampanja elettorali. Iktar tard, il-Partit Laburista fil-Gvern żamm mal-proposti elettorali tiegħu, tant li raħħas it-tariffi tal-energija u naqqas ukoll it-taxxa tad-dħul lil dawk li kienu jinsabu fis-saffi ta` fuq, f 'medda ta` sentejn, kif pjanat. Il-Gvern mar oltre minn hekk u kien neħħa taxxa inġusta li kienet daħlet l-amministrazzjoni preċedenti fuq dawk li jaqilgħu l-inqas. Dan, flimkien ma` ħidma ma taqta xejn fuq investiment barrani dirett u pjan ħolistiku biex titnaqqas il-burokrazija f`pajjiżna flimkien ma` inċentivi oħrajn li wasslu biex ikun hemm influss ta` ħaddiema ġodda fis-suq tax- xogħol u kabbru l-prodott gross domestiku li rriżulta fit-tkabbir fl-ekonomija. Kien dan li wassal biex uħud jassoċjaw dan ir- rizultat mal-istrategija ta` trickle down economics. Inċentivi tanġibbli Ħarsa lejn l-inċentivi li offra l-Gvern f`dawn is-sentejn kollha jippuntaw lejn il-pjan ta` din l-amministrazzjoni li taħdem biex tinħoloq middle class ġdida. L-istess roħs fit- tariffi tal-enerġija iddaħħlu għal ħafna u mhux għal ftit, l-inċentivi fiskali għan-nisa, biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol biex huma wkoll jagħtu kontribut fl-ekonomija, is-servizz ta` child care centres b`xejn, il-garanzija għaż-żgħażagħ, it-trażżin tan- nefqa pubblika u t-tnaqqis fid- defiċit, kollha għenu biex ikollna familji b`iktar flus fil-but, f`soċjeta li timxi mill-benefiċċji socjali għad-dinja tax-xogħol. Bagit 2015/6 Għandu jkun il-bagit li jmiss li jgħin biex il-familji li jinsabu fis-saffi l-iktar baxxi jibdew iħossu, b`mod tanġibbli, il-ġid li qiegħed jinħoloq. Nifhem li l-Gvern se jkun qieghed ipoggi fuq quddiem nett ir-riforma fil-pensjonijiet u kif ukoll jagħti ħarsa lejn it-taxxa tad-dħul ta` dawk li ma bbenefikawx sal- llum mir-roħs li kien hemm fil- baġits preċedenti. L-investiment barrani dirett ukoll se jibda juri r-riżultati u l-proġetti kbar li bdew se narawhom jissarfu f`iktar impjiegi, issa li qed toqrob it-tielet sena tal-Gvern ta` Muscat. Dan huwa importanti biex persuna jkollha l-faċilita` li timxi minn impjieg għal ieħor. Huwa hawn li persuna tkun tista timxi minn saff għal ieħor, jiġifieri tesperjenza il-mobilita` soċjali, billi timxi f 'impjieg fejn kemm il-kundizzjonijiet u kemm is- salarju jkunu aħjar. Pajjiżna jinsab viċin ħafna ta` 'full employment' u l-ħidma issa għandha tkun li ntejbu l-kundizzjonijiet preżenti bil-għan li kull familja jkollha id-dħul li jkun biżżejjed biex ikollha livell ta` għixien diċenti. Iżda mhux biss. Il-Gvern għandu jibda programm wiesa, idealment permezz ta` fondi Ewropej, fejn kull persuna tingħata l-għajnuna biex ittejjeb l-abbiltajiet tagħha u idealment issir 'multiskilled' biex tkun tista sservi fis-setturi l-ġodda bit-teknoloġija tal- llum. Minn naħa l-oħra, biex ikun jista jimplimenta dawn il-miżuri u jżomm ir-ritmu ta` dan it-tkabbir ekonomiku, il- Gvern irid ikompli bil-politika monetarja u fiskali tiegħu, ikompli jeqred l-ekonomija s-sewda u jżomm lura milli jintroduċi taxxi ġodda. L-aspettattivi għal dan il-Gvern kienu u għadhom, għoljin. Mhux għax hemm barra m`hemmx maltemp jew biss għax il-poplu illum jinsab rasu mistrieħa li l-finanzi jinsabu fis-sod. Iżda għax dan huwa Gvern li jaħdem, iwettaq u jġib ir-riżultati. Aaron Farrugia huwa kandidat tal-Partit Labursita għall- Elezzjoni Ġenerali li jmiss. ILPUNT AARON FARRUGIA Biex ħadd ma jibqa lura "Għandu jkun il-baġit li jmiss li jgħin biex il- familji li jinsabu fis-saffi l-iktar baxxi jibdew iħossu, b`mod tanġibbli, il- ġid li qiegħed jinħoloq"