Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 15 B ħala ekonomista zgur ma nistax ma nkunx kburi b'dan il-Gvern li f 'sentejn irnexxielu jbiddel id- direzzjoni ekonomika ta' dan il-pajjiz minn waħda ta' qtigħ il-qalb għal waħda vivaċi, ħajja u li tħalli r-riżultati. L-akbar mertu ċertament għandu jmur lejn il-Prim Ministru Joseph Muscat għaliex kien kapaċi jiżra entużjazmu ġdid fil-politika Maltija. Meta wieħed jifli sew dak li qiegħed jiġri madwarna wieħed jinnota li l-politika ta' Muscat hija waħda li tabilħaqq taħseb fil-batut. Forsi għal xi wħud, li tkun Partit tal- ħaddiema tfisser li trid tkun l-għadu tan-negozjant, pero Muscat qiegħed juri bil-fatti kif dawn iż-żewġ kunċetti jistgħu jaħdmu flimkien. Fuq naħa għadna n-negozji li qegħdin jikbru u li għalhekk qegħdin jħallu dħul ikbar għal Gvern, imbgħad għandek Gvern li b'dan id-dħul mhux qiegħed jibni teatri u pontijiet iżda naqqas it-taxxa tad-dħul, introduċa c-child care b'xejn, raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, żied l-istipendji, introduċa għotjiet ġodda, neħħa l-mediċini out of stokk, żied l-operazzjonijiet b'xejn u ħafna aktar. X'differenza minn sitwazzjonijiet f 'pajjizi oħrajn, fejn ħaddiehor qiegħed jitkellem fuq 'bail out' u fuq miżuri ta' awsterita' hawn Malta l-S&P jgħollu r-rating ta' Malta, l-qagħad jinsab l-inqas fl-istorja ta' pajjizna u għadna fost l-akbar tkabbir ekonomiku fl- ewropa. Il-Prim Ministru ta' wieħed mil-akbar potenzi ekonomiċi fl- Ewropa, r-Renju Unit, din il-gimgħa ħareġ jiftaħar li l-pajjiż tiegħu sejjer tajjeb u għalhekk fil-baġit li jmiss se jkunu qegħdin jagħtu sa massimu ta' tletin siegħa 'childcare' b'xejn lil min jaħdem full time. Muscat ta' lil Malta childcare b'xejn, bla limitu għal ħaddiema u l-istudenti. Il-ħsieb nħallih f 'idejkom. Pensjonijiet, Housing u Saħħa Nemmen li issa li l-pajjiż qabad it-triq it-tajba hemm bżonn, iktar minn qatt qabel, li ngħinu lil dawk l-aktar li huma fil-bzonn. Filwaqt li huwa fundamentali li nżommu dan ir-ritmu ekonomiku hemm bżonn li b'mod tanġibli nkomplu nindirizzaw problemi li writna mingħand Gvernijiet Nazzjonalisti li tefgħu ħafna nies fil-faqar. Ewlenin fost dawn hemm il-pensjonijiet, housing u s-saħħa. Fir- rigward tas-saħħa dan il- Gvern diġa wera li qiegħed jieħu din il-kwistjoni b'serjeta' kbira u filfatt diġa ġew indirizzati ħafna problemi. Il-wirt ta' Gvern Nazzjonalista fil-qasam tal- Housing huwa ta' madwar 3,000 persuna jistennew li jingħataw post, xejn postijiet u awtorita' mifnija bid-dejn. Anke hawnhekk dan il-gvern mhux se jaqta' qalbu u diġa identifika programm ta' kif nistgħu nsolvu parti minn din il-problema mingħajr ma nżidu piż ġdid fuq il-pajjiż. Filfatt, kif diġa semma il-Prim Ministru, l-Gvern qiegħed f 'diskussjonijiet ma kuntratturi li għandhom jagħtu flus lil Gvern u li ilhom pendenti sabiex dawn jitpaċew bi propjeta jew b'art. Ta' spiss niltaqa' ma pensjonanti li jaqsmu miegħi l-inkwiet tagħhom dwar kif mhux qegħdin jlaħħqu mal-ħajja, u għandhom raġun. Minkejja d-diversi miżuri li għamel dan il-Gvern sabiex jindirizza l-għoli tal- ħajja xorta jibqa l-fatt li certu pensjonijiet baxxi ma jistawx jigarantixxu għejxien diċenti. Nemmen li din hija waħda mil-ikbar sfidi li għandu quddiemu dan il-Gvern. Gvernijiet Nazzjonalisti qatgħu qalbom li jindirizzaw din il-kwistjoni, aħna differenti, aħna ħa naslu! San Bastjan Ħal Qormi Reġa wasal ix-xahar ta' Lulju u miegħu jaslu għadd ġmielu ta' festi. Din is-sena diġa kelli l-opportunita li nżur diversi festi fosthom ta' San Filep ġewwa Ħaż- Żebbug, San Nikola ġewwa s-Siġġiewi, San Ġorg ġewwa Ħal Qormi, Sant Andrija ġewwa Ħal Luqa u San Pawl tar-Rabat. Ilkoll festi kbar li fihom wieħed jista jammira il-kapaċita u d-dedikazzjoni ta' ħafna Maltin sabiex jzommu din il-kultura ħajja. Il-festi tista' tgħid huma parti mill- kultura tagħna l-Maltin u għalhekk hemm bżonn li nibqgħu nappoġġjaw lil dawn l-għaqdiet fil-ħidma tagħhom. Jien nemmen u naprezza ħafna il-ħidma ta' dawn l-għaqdiet għalhekk fil-ħidma tiegħi ta' membru Parlamentari dejjem rajt kif stajt nkun ta' għajnuna għal dawn l-għaqdiet. Kien għalhekk ta' unur għalija li din il-ġimgħa stess ftaħt uffiċjalment sala ġdida ġewwa s-sede tas-Soċjeta Filarmonika Pinto San Sebastjan Ħal Qormi. U la qegħdin nsemmu lil San Sebastjan ma nistax llum, f 'jum il-festa ta' San Bastja,n ma nawgurax il-festa t-tajba lil Bastjaniżi. Silvio Schembri huwa MP f 'isem il-Partit Laburista KIF NAĦSIBHA SILVIO SCHEMBRI Il-fattur "Muscatomija" "Filwaqt li huwa fundamentali li nżommu dan ir-ritmu ekonomiku hemm bżonn li b'mod tanġibli nkomplu nindirizzaw problemi li writna mingħand Gvernijiet Nazzjonalisti li tefgħu ħafna nies fil- faqar"