Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 H i ironija kbira li l-pajjiż li għallem id- demokrazija lill-Ewropa, issa sab ruħu f 'sitwazzjoni patetika fejn l-imsieħba Ewropej taż- żona Ewro qed jiddikjaraw li jew il-Greċja tħallas id-djun kbar li għandha jew toħroġ miż-żona tal-munita waħda, talinqas b'mod temporanju. Umiljanti għall-pajjiz bi storja ta' eroj (mitiċi u reali) tant kburin u tant qalbiena. Fl-aħħar żviluppi fin- negozjati twal mal-imsieħba tal-UE, il-Greċja spiċċat titkarrab għal €58 biljun oħra sakemm forsi tiġi f 'tagħha. L-UE qed titlob anki assi tal-istat, rikjesta li tkompli tumilja lill-Griegi. It-traġedja tal-Greċja kienet ilha ġejja: kien hemm korruzzjoni rampanti, kappriċċi kbar mill-klassi tas- sinjuri, evażjoni spettakolari tat-taxxa, tbagħbis u frodi fl-istatistika u taħwid mal- banek. Kienu jingħataw anki pensjonijiet finta lill-mejtin! Xorta waħda ħafna għadhom jistaqsu: Tajjeb li l-Greċja titkeċċa miż-żona Ewro? INDIFFERENZA DWAR L-EWROPA "Lanqas naf x'inhu għaddej f 'Malta, ahseb u ara fil- Greċja!" Din kienet waħda mir-risposti li ngħataw f 'vox pop imniedi mill-istazzjon ONE. Oħrajn qalu li l-politika ma tinteressahom xejn, jew li ma jifhmux fiha. Dawn it-tweġibiet lil ONE News jixhdu kemm il-poplu Malti (jew talinqas il-maġġoranza tiegħu) hu indifferenti fejn tidħol il- kuxjenza kritika taċ-ċittadini u fuq kollox, il-kunċett tas- solidarjetà bejn it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Dan l-atteġġjament ta' indifferenza jintwera anki fejn jidħlu problemi aktar gravi, bħal dawk tal-immigrazzjoni fejn diversi pajjiżi ma jridux jaqsmu r-responsabbilità li l-immigranti u r-refuġjati jkunu integrati fil-kontinent Ewropew. FUQ IT-TARAĠ TAZ- ZUNTIER Dan hu programm, imtella' b'ħeġġa minn Joe Vella għall- istazzjon F Living, li jesplora t-tradizzjonijiet varji tal-festi Maltin: storja, purċissjonijiet, marċijiet, artiġġjanat, xogħlijiet artistiċi, il-logħob tan-nar u l-ħafna ħidma li ssir fuq bażi volontarja, mhux biss għall-jiem tal-festa titulari, iżda matul is-sena sħiħa. Vella jidħol fid-dettall tal-festa bis-saħħa ta' intervisti ma' protagonisti wara l-organizzazzjoni tal-festa. F Living qed joffri "enċiklopedija" organika li għandha sservi bħala dokument għall-kulti f 'Malta u n-natura komunitarja tal-festi. Dan il-programm jixraqlu jkun miġbur f 'DVD biex l-aspett antropoloġiku ma jintilifx. Ir-rekordjar jgħodd mhux biss għall- arkivji lokali, iżda anki għall- bosta komunitajiet Maltin f 'inħawi bħall-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit. Joe Vella daħal għal sensiela ta' valur kbir. ĦOFOR FL-EXPO TA' MILAN Min ivvinta "il-logħba" Avoid Potholes għall-padiljun ta' Malta fl-Expo ta' Milan 2015 ħaqqu midalja tal-landa: fuq naħa tonora l-istupidità u fuq in-naħa l-oħra l-bassezza ta' ideat għal avveniment daqstant prestigjuz magħruf internazzjonalment. Forsi kien jonqos anki "logħba" ancillari: Avoid Dogs' Poop minn fuq il-bankini. Minn tant monumenti li stajna nippromwovu għas-settur turistiku, Malta ħarget turi l-isfregju fit-triqat tagħha. Tassew awgurju tajjeb għall- V18. Aktar medjokrità. Fil-midja wkoll kien hemm rapport dwar il-faqar tal- wirjiet li ttellgħu s'issa wara l-ħġieġ, fil-pjan terran tal- Parlament il-ġdid. Skont ir- rapport, intramaw imwejjed bl-addoċċ miksijin bi drapp oranġjo jgħajjat, li jimbarazza lil min għandu ftit diċenza u dekor estetiku. Sistematikament Malta qed toqtol it-tigiega li tbid il-bajda tad-deheb. Domt inhares lejn dak id-drapp vulgari fid- dahla tal-parlament il-gdid, imma mbagħad ikkonkludejt li s-siggijiet tad-deputati fis- sala ewlenija hodor pistaċċa jgħajjat, huma daqstant iehor vulgari. Il-gvern ta' Dott. Gonzi għabba lil Malta bi spiza ta' madwar 90 miljun Ewro (Id- disinji biss swew 6.6 miljun Ewro) biex Renzo Piano jibni l-blokki tiegħu bil-gebel tal- Qala fil-fetha tal-Belt Kapitali u biex jibgħat sett siggijiet hamalli u mingħajr dinjità. IL-VERITÀ MANIPULATA Hemm verità politika li tezisti f 'dan in-nitfa ta' pajjiz? Kemm hu rispettat moħħ il-poplu? Għaliex dan il-poplu għad għandu bzonn l-idoli politici biex jinkina quddiemhom? Għaliex jaccetta li jkun manipulat? Għaliex jaccetta li juruh id- debba u jqabbzulu l-hmara? Mnejn gejja l-manipulazzjoni tal- verità? Għaliex trid tagħmel interventi partiggjani l-Knisja (sottili jew mhux daqshekk sottili)? Jezistu llum l-alleanzi tal-Knisja lokali? Il-poplu jifhem li l-kuncett "demokratiku" f 'Malta hu asseddjat kontinwament minn atteggjamenti tribali? Għaliex il-poplu jaccetta li jkun marjunett? Għaliex il-media tkompli ggebbed, bhal-lastiku, il-manipulazzjoni tal-verità? MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "Minn tant monumenti li stajna nippromwovu għas-settur turistiku, Malta ħarġet turi l-isfreġju fit- triqat tagħha. Tassew awgurju tajjeb għall- V18. Aktar medjokrità" OXI (LE): Il-protesta ta' dawk mingħajr vantaggi fil-Grecja. L-IRONIJA TA' GREĊJA FALLUTA Kjarifikazzjoni u apoloġija Bi żvista fil-ħarġa tal- Ħadd li għadda l-artiklu fuq din il-paġna 'Ftit Filmati' deher taħt l-isem Mario Azzopardi. L-awtur tal-artiklu kien Immanuel Mifsud li flimkien ma' Azzopardi jikkontribwixxi f 'dan il-ġurnal kull ġimagħtejn. Filwaqt li niskużaw ruħna nħeġġu lill-qarrejja tagħna biex jaqraw dan l-artiklu fuq is-sit illum. com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015