Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt K ull fejn tmur, kemm jekk huwa f 'karozza, fuq xarabank, tistenna fuq stejġ jew inkella jekk tirkeb taxi, d-diskors qiegħed dejjem jaqa' fuq problema partikolari, jiġieri t-traku. Prattikament dan il-pajjiż, maqsum fuq kollox, bħalissa jaqbel li s-sitwazzjoni t-toroq tagħna qed issir waħda insapportabbli. "Kemm żdied it-traffiku", "kemm hawn karozzi fit-toroq", "kemm iddum biex tasal" u litanija sħiħa ta' ilmenti saru l-ordni tal-ġurnata għal min qiegħed imwaħħal fi kju ta' karozzi jipprova jasal ix-xogħol fil-ħin jew għal min qiegħed maqbud fuq xi xarabank mimlija passiġġieri fi vjaġġ li qisu ma jrid jispiċċa qatt. Imma dik hija l-problema, u għalkemm ġustifikati fl-ilmenti tagħna bħala poplu, wieħed ta' min jistaqsi wkoll jekk aħniex lesti li niskomodaw ruħna, jew inħallsu aktar biex inkunu parti mis-soluzzjoni. Ejja nibdew mit-trasport pubbliku u l-ilmenti infiniti dwar dan. Xarabank hija magħmula biex issuq mal-art, jiġifieri lanqas jekk inġibu l-aqwa kumpanija u l-akbar imħuħ fit-trasport, jekk hemm skoss traffiku xarabank tieqaf u tistenna trid. Din l-idea ta' xi wħud li qishom jippretendu li xarabank kapaċi jtir biex jasal fil-ħin, hija stupida daqs kemm mhix realistika. Jiġifieri l-ebda riforma, jgħidulna kemm jgħidulna li hija "mill-qiegħ", ma tista verament twassal għal bidliet kbar fil-modi ta' kif nivjaġġaw minn naħa għall-oħra. Dan sakemm il-Gvern tal-llum u ta' għada, aħmar jew blu, ma jiddeċiedux fuq trasport taħt l-art, li jekk wieħed jiġġudika mill-veloċita' ta' kif isiru l-proġetti f 'pajjiżna, probabilment jasal meta l-ħnieżer jibdew itiru. Hemm ukoll is-soluzzjoni ta' tramm jew vjaġġar bil-baħar. Rigward tal-aħħar jidher li dan il-Gvern għandu pjani biex ikun hemm trasport iktar frekwenti bejn it-tliett'ibliet, il-Belt Valletta u Tas-Sliema. Inizjattiva ferm pożittiva li dan il-ġurnal jappoġġja, għalkemm jispera wkoll li ma tispiċċax vittma ta' patafjun burokrazija u diskussjonijiet li ma jispiċċaw qatt. Iżda anke jekk ikollna l-aqwa trasport fuq l-art, taħt l-art, bil-baħar u fl-ajru jibqa' fatt li f 'dan il-pajjiż hawn mentalita' li mingħajr karozza m'int xejn. Kulħadd irid karozza u jekk jogħġbok, ikbar ma tkun il- karozza, iktar aħjar. Mhux xi ħaġa aljena li tisma b'familja ta' ħamsa minn nies li kollha kemm huma għandhom karozza, jekk mhux ukoll uħud minnhom ikollhom karozza għal matul il-ġimgħa u oħra speċjalment għall-Ħadd. Hija kważi xi ħaġa barra minn din id-dinja li persuna, speċjalment raġel, ma jkollux karozza fl-eta' ta' 18-il sena. Donnu sar iċ-ċertifikat aħħari tal-maturita' li jkollok karozza, preferibilment kbira u li tkun taf issuqha daqs l-aqwa sewwieq li jtellaq. Lest dan il-poplu li jħobb il- karozzi daqs il-mimmi t'għajnejh jħallas aktar? Lest li jħallas reġistrazzjoni ogħla tal-karozzi? Lest li, kif ġara f 'pajjiżi oħrajn, jaċetta li joħroġ il-karozza tiegħu fi ġranet speċifiċi biss skont in- numru tal-pjanċa? Lanqas biss għandkhom taħsbuha darbtejn, għax tafu r-risposta. U l-politiċi kienu parti minn dan kollu, mhux biss għax għal snin sħaħ ftit għamlu, iżda wkoll għax baxxew rashom għal voti u wegħdu fuq li wegħdu tnaqqis fit-taxxa tar-reġistrazzjoni u ħlasijiet lura fuq VAT. Sa ftit żmien ilu reġistrazzjoni fuq karozza ta għamla kbira u marka prestiġjuża mill-Ġermanja ridt tħallas għaliha iktar minn €5,000 f 'taxxa ta' reġistrazzjoni. Illum, grazzi għall-politiċi ġelużi għaċ- ċapċip, din niżlet b'aktar minn €1,000 u t-tnaqqis fl-istess taxxa għal karozzi 'second hand' kien saħansitra b'perċentwal ikbar. Kif jgħidu bl-Ingliż aħna għamilna s-sodda allura aħna jkollna norqdu fiha. L-iġġamjar tal-lum huwa r-riżultat tal- ferneżija tal-bieraħ. Pajjiż iġġamjat bil-karozzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015