Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 23 Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Din il-ġimgħa trid tagħraf ftit aktar lilek, trid tipjana għalik b'mod aktar kif ħa tibda tqassam il-ħin għalik, xogħol, imħabba, familja, ħbieb u b'hekk tkun tħossok aktar sodisfatt. Jekk għandek partner hemm bżonn turi aktar realtà mill-ħolm biss! Dawn il-jiem li ġejjin ħa tkun aktar impenjat għalhekk ħu ħsieb sew l-iskeda tiegħek! L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Ħamis. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. Bilanċ ta' Pisces hu li jagħraf l-abbiltà u jemmen fih innifisu. Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 2, 14, 34 u 44. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Peress li għandek qamar ġdid taf tkun xi ftit ak- tar nervuża. Dan m'għandux għalfejn jinkwetak, hi fażi li tgħaddi. Din hi ġimgħa fejn trid tasal għal konklużjonijiet li ilek taħseb dwarhom, però agħraf sew il-bżonnijiet tal-madwar ħalli wara ma jiddispjaċikx. L-għan prinċipali li ħajtek tibqa' miexja lejn is-suċċess akkost ta' kollox, il-passat ħallieh warajk. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Ġimgħa. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tnejn. Bilanċ ta' Aries hu: Attenzjoni. Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 8, 19, 27 u 34. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Għandek lista twila' ta' affarijiet li kieku tista' tagħmilhom kollha imma ara li tagħmel l- importanti ħalli int tħossok aktar motivat, għalkemm tixtieq issib ħin biex tgawdi ftit ak- tar bħalissa mhux possibli però dan jasal. Ħbiebek qegħdin jappoġjawk għalhekk kompli għaddej, għalkemm it-temprament ħa jogħla. Żomm flessibli. Ir-relazzjoni tiegħek tajba, dan hu mument ta' prova għal ġejjieni tiegħek. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. Bilanċ ta' Taurus hu: Stabbiltà. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 29 u 44. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Opportunità qiegħda fil-qrib għalik, u int tkun konvint li lest għaliha. Xi ħadd madwarek jaf itik parir differenti għal din l-opportunità u se tirrabja b'dak li tisma'! parir hu li tagħraf eżatt il-kliem ta' din il-persuna li tkun tagħtek il-parir għax għad tinduna li dak il-kliem iebes li ħriġt minn fommok tkun trid tara kif tirranġah madwarek jaf itik parir differenti għal din l-oppurtunità u se tirrabja b'dak li tisma'! Parir hu li tagħraf eżatt il-kliem ta' din il-persuna li tkun tagħtek il-parir għax għad tinduna li dak il-kliem iebes li ħriġt minn fommok tkun trid tara kif tirranġah għax taf trid titgħallem aktar fil-ħajja tiegħek. Ir- riserva l-ġudizzju tiegħek sakemm titgħallem aktar! L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Ħamis. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tnejn. Bilanċ ta' Gemini hu l-flessibiltà Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 9, 13 u 33. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Nies madwarek se jsaqsuk ħafna mistoqsijiet li int mhux ħa tħossok komda twieġeb, dan mhux se juri li int persuna magħluqa, huma kurjużi biex jistabilixxu aktar dwarek, peress li bħalissa qed tidher xi ftit misterjuża, tagħtix kas ir-risposti. Jeħduhom fil- waqt ġust. Bħalissa għaddejja minn taqlib, żomm fit-twemmin tal-karattru tiegħek. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Ħadd. Bilanċ ta' Cancer hu: Burdata Stabbli Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 2, 17, 36 u 40. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Bħalissa għaddejja minn fażi tal-biża' li għandek bħala persuna qisha qiegħda warajk imma dan huwa biss uġigħ tal-passat li int għadek tkarkar miegħek u li għandek bżonn tieħu parir ta' gwida ħalli tkun tista' toħroġ mill-passat, ovvjament trid tagħraf li ma tagħmilx l-istess żball, għalkemm int magħrufa għal karattru sod tiegħek, fil-ħajja żbalji huma iminenti agħraf sew kemm tista' mill-passat li għaddejt. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa. Bilanċ ta' Leo hu: Kun Umli Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 34 u 39. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Evita xi argument li jaf jista' jkollok matul din il-ġimgħa fejn jekk ma tagħrafx tikkontrolla dan jista' joħloq ak- tar żmien iebes għalik. Ipprova uża il-loġika kemm tista' ħalli int tibqa' għaddejja bir-ritmu tas-soltu. Jekk jirnexxielek tagħmel dan, il- persuna li tkun ikkawżat dan l-argument tara hi kemm kienet żbaljata. Kompli uri kemm int ta' għajnuna għal ta' madwarek! L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. Bilanċ ta' Virgo hu li tkun ta' pont bejn oħrajn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 12, 26 u 30. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Kieku kellek magna li tagħtik iċ-ċans biex tmur lura tagħmel ċert li ċertu punt mill-passat tħassru dan minħabba li d-deċiżjoni li ħadt ħa tibqa' tbati ċertu aspetti fil-ħajja tiegħek. Ovvjament il-ħsieb tiegħek kulħadd jixtiequ imma int għandek titgħallem minn din l-esperjenza, tagħraf toħroġ il-pożittiv minna ħalli timxi aħjar lejn il-futur li ġej. Din għandha tkun it-tagħlima ħalli l-futur ikun ta' aktar suċċess li int qiegħed taspira. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa. Bilanċ ta' Libra hu attività Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 15, 25 u 51. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Bħalissa forsi int qed tiġġudika lilek ftit ħażin. Hemm xi ħaġa li int tant tixtieq imma bħal moħħok mhux qiegħed iħallik tasal għaliha, jew inkella forsi taħseb li mhux il-mument ġust, li hu żgur li int taf meta hu l-waqt tħallix affari- jiet oħra jfixkluk għax jaf issa hu l-waqt li tagħmel il-pass ma tagħmlux u jintilef kollox. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Ħamis. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi Tnejn. Bilanċ ta' Scorpio hu kun independent. Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 2, 14, 22 u 43. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Problema li qed iddur miegħek qed tħallik xi ftit frustrata, tinħass kumplikata u ma tistax is- sib tarf tagħha. Għaddejjin ħafna ħsibijiet. X'se taqbad tagħmel? Ma' min tista' tiftaħ qalbek jew għandekx tmur għal parir għand xi ħadd professjonali li jista' jifhmek u jiggwidak, għalkemm int persuna li tħobb tagħti linji gwidi lil ta' madwarek. Min-naħa tiegħek int ma taċċettax li tirċievi xi forma ta' parir, bħalissa huwa żball li int tgħaddas rasek u tismax il-parir ta' min verament jista' jigwidak. Agħraf l-għajnuna li hemm lesta biex tgħinek. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi s-Sibt. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi t-Tlieta. Bilanċ ta' Sagittarius hu organizzazzjoni. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 25 u 39. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Għandek xi aħbar tajba ġejja lejk, din tista' tkun aħbar tiegħek personali jew xi membru tal-familja tiegħek. Għalkemm int persuna xi ftit pessismista forsi din l-aħbar tagħmlek aktar tħares lejn il-pożittiv. L-aħbar trid tiġi apprezzata minnek ħalli l-affarijiet madwarek jibdew jinħassu aħjar, xi forma ta' gwida għall-aħjar tiegħek tkun tajjeb. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa. Bilanċ ta' Capricorn hi: kun spontanja. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 21, 32 u 44. Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Laqgħa li għandek pjanata fil-qrib taf ma tmurx skont il-pjanijiet tiegħek u se tħossok skomda speċjalment ma' persuna li int ma tantx għandek ġibda. Għalkemm int se tagħmel dak kollu possibli sa- biex ma jinħoloqx xi kunflitt mhux bilfors ħa jirnexxielek. L-aħjar li timxi bil-mod u jekk int tieħu xi parir qabel ma tmur għal din il-laqgħa jkun ferm tajjeb għalik. L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi t-Tlieta. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Ġimgħa. Bilanċ ta' Aquarius hi kun emozzjonali. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 28 u 35. L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa 4, 19, 24 u 33. L-Oroskopju L-ispirti fl-Isptar Mater Dei Kien għal ħabta tad-9:30pm f 'April 2012 meta irċevejt telefonata mingħand persuna li xtaqet appuntament urġenti. Meta ġiet għandi qaltli li kienet ilha biex tiġi għandi, imma beżgħet wara tliet attentati oħrajn ma' spiritwalisti li ma waslu mkien. Mela Karen ( isem fittizju) kienet taħdem bħala infermiera ġewwa Mater Dei, fin-'night duty' u kienet qed tesperjenza sitwazzjoni fejn bejn 1:00a.m. u 3:00a.m., fuq perjodu ta żmien, kienet tisma' vuċi tgħajtilha , meta tmur ħdejn il-pazjenta kienet tieħu qata' meta kienet tara spirtu ħdejn il-pazjenta rieqda. Hija tidher qed twassalilha messaġġ. Dan il-messaġġ kien ikun id-data tad-dħul jew ħruġ ta' pazjent mill- isptar. U fil-fatt hekk kien jiġri, eżatt skont id-data li l-ispirtu kien jħabbar lill- pazjenta. Hija spjegat kif din l-istorja kienet ilha tiġri għal żmien twil. Wara li, bil-kalma kollha, smajt l-istorja u dak kollu li hi kellha xi tgħid, bdejt nipprova nifimha aħjar. Hi talbitni nigwidaha u ftit, ftit bdejna niltaqgħu aktar, bdejt nidħol aktar fl- istorja sakemm ma kellix triq oħra ħlief li mmur għand il-maniġment tal-isptar, nispjega dak kollu li kien għaddej u nitlob permess biex inkun preżenti f 'ċertu ħin mal-klijienta. Wara bosta laqgħat tawni permess, għall-tliet darbiet biss, biex f 'ċertu ħin inkun nista nassisti lill- Karen. Għalija dan kien pass importanti għax irnexxieli nikkonvinċi lill-awtoritajiet tal-isptar li l-paranormal qiegħed magħna u madwarna. Kelli inħejji sew lili nnifsi, kemm mentalment u anke spiritwalment, u dan ridt nagħmlu f 'ħin qasir u fi żmien limitat sew. Xtaqt li f 'dawn it-tliet okkażjonijiet nifili sew dak li kien qed jiġri, bit-tama li Karen tħoss jew tara dak li kienet iddiskreviet. Wasal l-ewwel lejl, ħejjejna kollox , imma ħrigna diżappuntati. Jien żammejt il-kalma, għax dan hu importanti u għalhekk ħejjejt aktar għat-tieni sessjoni. U tieni sessjoni waslet. Ħallietna bla kliem u bla dubju ta' dak li kien qed jiġri f 'Mater Dei, tant li ma kienx hemm bżonn tat- tielet sessjoni. Għal ħabta tas-1:45a.m. rajt lill-klijenta taġġixi b'mod stramb. Dan kien il-mument tal- kuntatt mal-antenat u ġejna iggwidati lejn il-pazjenta . X'ġara minn hawn tkunu tistgħu taqraw aktar fil- ħarġa tal-ILLUM tal-ġimgħa d-dieħla.... Mal-Ispiritwalista Pauljon Kummenti tal-qarejja matul il-ġimgħa "Prosit tassew, paġna imqassma tajjeb u xi ħaġa li ma ssibiex f 'gazzetti oħrajn" Sharon Tanti mir-Rabat (Malta) "Qrajt l-rtiklu tiegħek u vera għoġobni. Mqassam perfett. Vera qed nistenna l-paġna tal- ġimgħa d-dieħla" Moira Albani Attard "Vera kuntenta bil-paġna l-ġdida tiegħek. Vera attiratni bħala paġna, anke l-kulur isfar u bqajt għaddejja naqra l-oroskopji l-oħrajn" Graziella Maruzzi Marsaskala "Jien PaulJon, twelidt fit-13 ta' Ġunju minn ġenituri li tawni trobbija tajba, b'edukazzjoni, imħabba u dixxiplina. Dan l-ambjent familjari lili għinni ħafna biex nitkattar, nisaħħaħ u nitqawwa fl-imħabba spiritwali li daħlet fija u kibret miegħi tul iż- żmien"