Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

LAJRUPORT Internazzjonali ta' Malta ser jibda joffri Graduate Management Programme għall-istudenti li reċentament lestew l-istudji tagħhom u li huma interesati f 'karriera f 'ajruport internazzjonali. Din hi opportunita` unika li tipprovdi lil gradwati ġodda ċ-ċans li jaħdmu f 'wiehed mill-ajruporti l-aktar konessi fl-Ewropa. Il-programm ser jinfirex fuq sena sħiħa, li matulha l-gradwati ser jimxu bejn dipartimenti ħalli jkunu jistgħu jesperjenzaw diversi oqsma. Kull rotazzjoni ddum sitt xhur u hemm rwoli offruti fid-dipartimenti segwenti: Airport Operations, Human Resources, ICT and Innovation, Customer Service, Facilities, u Route Development. Dawn l-oqsma diversi ser joffru lill-kandidati l-opportunita` li jippratikkaw rwoli differenti ġo l-istess kumpanija. B'hekk ikollhom esperjenzi varjati li jkunu jistgħu jgħinuhom meta jkun wasal iż-żmien li jagħżlu ix-xogħol l-aktar addattat għalihom. Tutur ser jiggwida u joffri sapport lill-kanditati magħżula matul iż-żmien tagħhom fl-ajruport. Ser ikollhom taħriġ tax-xogħol u kkowċjar kontinwu li ser ikunu aspett fokali tal-programm. Fuq kollox, il-kandidati ser ikollhom esperjenza diretta fuq ix-xogħol. Malli l-kandidati jlestu t-taħriġ tagħhom b'suċċess, huma jiġu offruti l-opportunita` li jsegwu karriera fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. "L-ajruport tagħna huwa l-ewwel u l-aħħar impressoni tal-gżejjer Maltin, u aħna qegħdin infittxu talenti ġodda biex jingħaqdu mal- kumpanija dinamika tagħna," stqarr il-Kap Eżekuttiv tal-arjuport, Alan Borg. "B'ħerqa aħna nistennew biex nilqgħu lill-gradwati u nrawmu rekluti tal-avjazzjoni ħalli nkomplu ntejbu l-prodott turistiku Malti." Il-programm għadu kif fetaħ u l-ajruport ser ikun qiegħed jaċċetta applikazzjonjijiet sal-31 ta' Lulju 2015. Dawk interessati għandhom jibagħtu is-CV tagħhom flimkien ma' ittra bir-raġunijiet għala huma interessati f 'din l-opportunita` fuq: vacancies@maltairport.com Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 25 L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta bi programm għall-gradwati 1S\b`S>]W\bB`W_2c\9O`[ 0W`YW`YO`O0g^Oaa0W`YW`YO`O 09@'!%;OZbO >V]\S(!#$ ! "!!" ESP(eeeRW[SQVS\bQ][ 3[OWZ(OZO\.RW[SQVS\bQ][ Mapfre Middlesea tintroduċi l-benefiċċju "Wise Protect" mal-Polza tal-Assigurazzjoni tal-Karozzi MAPFRE Middlesea bi pjaċir tħabbar benefiċċju ġdid li ġie miżjud mal-Polza tal- assigurazzjoni fuq karozzi privati. Dan il-benefiċċju huwa disponibbli awtomatikament għall-klijenti li jixtru polza fuq bażi "Third Party Fire & Theft" jew "Third Party Only". B'effett mill-ewwel ta' Awwissu, 2015, il-Polza tal-Assigurazzjoni fuq karozzi privati ta' Mapfre Middlesea se tinkludi il- benefiċċju "Wise Protect". Permezz ta' dan il-benefiċċju, jekk karozza tiġi dikjarata "total loss", Mapfre Middlesea tikkompensa lill-klijent is- somma ta' €500 sabiex tipprovdi assistenza finanzjarja għax-xiri ta' karozza oħra li tiġi assigurata ma' Mapfre Middlesea. Iktar dettalji dwar dan il-benefiċċju huma mniżżla f 'Sezzjoni 7 tal-Polza tal- Assigurazzjoni fuq karozzi li tinsab fuq is-sit tal-kumpanija, www.middlesea.com. Keith Mallia-Milanes, Assistant General Manager ta' Mapfre Middlesea sostna, "Mapfre Middlesea tipprovdi iktar minn sempliċiment assigurazzjoni billi kontinwament nintroduċu prodotti tal-assigurazzjoni innovattivi. Wise Protect se tikkontribwixxi lejn l-ispiża ta' xiri ta' karozza oħra wara li karozza assigurata tiġi dikjarata 'total loss' u jekk din ma' tkunx protetta minn assigurazzjoni komprensiva." Mapfre Middlesea p.l.c. (C-5553) hi awtorizzata mill-Awtorita ta' Malta għal Servizzi Finanzjarji biex tmexxi Negozju kemm għat-Tul u kemm Ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar Negozju ta' Assigurazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015