Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Tkompli tikkonferma li hija waħda mill- aqwa triatleti Maltin ta' kull żmien F'DAWN l-aħħar ġimgħat it-triatleta Danica Bonello Spiteri reġgħet telgħet fil- quċċata tal-isport tagħna, biex tagħmel unuri għal pajjiżna. L-ikbar impenn għal Bonello Spiteri din is-sena kien fl- ewwel edizzjoni tal-Logħob Ewropej li saru xahar ilu f 'Baku, l-Azerbaijan. Din it-tellieqa offriet post wieħed għar-rebbieħa tat-tellieqa, għall-Olimpjadi ta' Rio, il-Brażil, li se jsiru fl-2016, allura l-aħjar triatleti tal- Ewropa kienu f 'din it-tellieqa li kienet ferm interessanti. It-tellieqa tat-triathlon kienet fuq distanza Olimpika, fejn l-atleti għandhom 1.5km għawm, 40km ċikliżmu u 10km ġiri. Bonello Spiteri kienet taf li din kienet se tkun tellieqa iebsa ħafna peressli kien hemm atleti ta' kwalità, bħal Nicola Spirig (Svizzera) u Lisa Norden (Svezja) li rebħu l-midalji tad-deheb u tal-fidda fl-aħħar Olimpjadi li saru f 'Londra (2012), kif ukoll Rachel Klamar (Olanda) li kienet rebħet il-Kampjonati Ewropej tal-2014. Bonello Spiteri qalet lil dan il-ġurnal li: "Kont onorata ħafna li kemm il-Kumitat Olimpiku Malti, kif ukoll il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon kellhom fiduċja fija biex għażluni biex nirrapreżenta lil Malta f 'tellieqa ta dan il-livell, nistgħu ngħidu mondjali. Naf li hemm ħafna min xtaq li jkollu l-opportunità li jgħid li ħa sehem f 'tellieqa ma' dawn l-atleti ta' prestiġju, u jien kont l-ambaxxatriċi għal Malta u ħadt din ir-responsabbiltà serjament'. Il-ġurnata tat-tellieqa kienet waħda b'ħafna riħ, b'baħar imqalleb, u l-atleti kollha kellhom għawma ferm iktar iebsa mis-soltu minħabba l-kurrenti u l-mewġ. Bonello Spiteri ħarġet mill-baħar f 'pożizzjoni tajba fejn hi setgħet tidħol ma' grupp fuq ir-rota. Il-grupp ħadem flimkien, peressli kien permess id-'drafting' f 'din it-tellieqa, iżda kien hemm pass mgħaġġel kif ukoll bosta attakki fuq ir-rota fejn Bonello Spiteri kellha toqgħod attenta l-ħin kollu. "Ir-rota ħadet ħafna minni, iżda qdift sew. Kif inżilt minn fuq ir-rota, saqajja ħassejthom għajjenin ħafna, iżda xorta ppruvajt nagħmel l-aħjar ġirja li stajt. Kien hemm sħana qawwija, b'temperatura tilħaq is-27°C, fil-qilla tax-xemx, bla dell. Kulħadd beda jitfa' kwantità ta' ilma fuq rasu biex jiffriska waqt il-ġirja". Bonello Spiteri rnexxielha tispiċċa t-tellieqa fis-37 post minn 53 atleta li bdew din it-tellieqa. It-tellieqa ntrebħet minn Nicola Spirig (Svizzera). L-appuntament li kien imiss għal Bonello Spiteri kienu l-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon li saru f 'Geneva ftit tal-ġranet ilu. Dawn il-Kampjonati Ewropej qed isiru iktar popolari u ta' livell iktar ogħla, li juri kemm it-triathlon madwar id-dinja qed isir iktar kompetittiv. Bonello Spiteri ħadet sehem fit-tellieqa 'sprint' b'għawma ta' 750m, 20km ċikliżmu u 5km ġiri, fil-kategorija tagħha ta' brjn it-30 u l-34 sena. L-għawma kellha l-kurrenti tax-xmara ta' Geneva, u Bonello Spiteri ħarġet fit-tielet post, iżda fit-transizzjoni bejn l-għawma u r-rota, Bonello Spiteri kienet ferm effiċjenti u ħarġet fl-ewwel post. Ir-rotta taċ-ċikliżmu kellha 3 dawriet li nkludiet telgħa ta' 1km bi gradient ta 7%. L-esperjenza ta' Bonello Spiteri dehret li kienet ta' vantaġġ f 'din is- sezzjoni u rnexxielha żżomm l-pożizzjoni tagħha biex sal-aħħar tat-tellieqa tidħol fl- ewwel post u tikseb il-midalja tad-deheb fit-tellieqa tagħha. Dan fisser li Bonello Spiteri għaqdet is-sett ta' midalji kollha, peressli sentejn ilu rebħet midalja tal-bronż fl- Iżrael, sena ilu rebħet midalja tal-fidda fl-Awstrija, u din is- sena rebħet midalja tad-deheb. "Ninsab ferm sodisfatta b'dan ir-riżultat għax ifisser li l-atleti Maltin huma kapaċi jaslu fil-quċċata meta nikkompetu ma' atleti tal-livell tagħna fil-Kampjonati Ewropej. Bonello Spiteri tgħid 'Parti minn dan is-suċċess tiegħi għal Malta hu bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malta, Kunsill Malti għall-iSport (flexischeme), Federazzjoni Maltija tat-Triathlon, kif ukoll sponsors personali li jemmnu fija u għażlu lili bħala rappreżentanta tagħhom fil- qasam sportiv. Dawn huma BBB Bike Parts, Buff Malta, Ecco Shoes (King Shoe shops) u Quest Vitamins'. Impenji oħra ta' Bonello Spiteri jinkludu tlielaq tal-livell 'elite' fi Spanja, fil-Kampjonati Nazzjonali, fejn hija membru importanti tat-tim CTOA, ta' Spanja. Din is-sena diġà għenet lil dan it-tim jasal fis-7 post (minn 53 timijiet ta' livell Elite) fit- triathlon relays fil-kategorija Elite (Kampjonat Nazzjonali), li hija l-aħjar pożizzjoni li qatt irnexxielhom jaslu fiha t-tim CTOA. Danica Bonello Spiteri tkompli tibbrilla bil-kbir waqt li kienet -azzjoni f 'Geneva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015