Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 29 SPORTSillum TAT-TRASFERIMENTI... CAVANI – Huwa fatt magħruf li l-istilla Urugwajana Edinson Cavani huwa ferm rikjest minn diversi clubs. Il-bomber ta' Paris St Germain qed jattira l-interess ta' diversi clubs Ewropej fosthom Juventus, Manchester United u anki Arsenal. Huwa rrapurtat li l-Gunners qed jo ru s-somma ta' 50 miljun Ewro biex jakkwistaw is-servizzi tal- Matador kif inhuwa iktar magħruf Edinson Cavani. MAXWELL – Is-sit eletrroniku ta' PSG ħabbar b'mod u ċjali li l-player Brażiljan Maxwell ġedded il-kuntratt tiegħu mal- Pariġini għal sena oħra, biex b'hekk il-kuntratt tiegħu mat-team immexxi mill-coach Franċiż, Laurent Blanc, se jkun qed jiskadi -2016. CARRICK – Is-sit elettroniku u ċjali ta' Manchester United ikkonferma li d-difensur internazzjonali Ingliż Michael Carrick ġedded il-kuntratt tiegħu mar-Red Devils b'sena oħra. Huwa ilu jilbes il- okk tar-Red Debils sa mill-2006. VIETTO – Napoli qed jinteressaw ruħhom l-plejer ta' Villareal, Luciano Vietto. Dan skont il-ġurnal Brittaniku Metro, fejn il-plejer Arġentin li twieled -1993 jista' jkun li jilbes il- okk tal-Partenopei sa mill-istaġun li ġej, fejn żgur li jkun qed isaħħaħ id-dipartiment o ensiv tagħhom. ELSEID HYSAY – Fl-aħħar sigħat kien hemm spekulazzjonijet li Inter kienu interessati l-player ta' Empoli, Elseid Hysay, iżda dawn ix-xnigħat jidhru li huma mingħajr bażi. Is-sit eletttroniku FcInterNews.it, l-fatt żvela li d-Direttur Sportiv tal-istess team minn Milan, Marco Ausilio, ma kien għamel l-ebda kuntatt mal-club mir-reġjun tat-Toscana biex jakkwista s-servizzi tal-player Albaniż li twieled lura -1994. Ħames midalji, fosthom tnejn tad-deheb, għall-MESA fl -ECSG Riccione 2015 ILMALTA Employees Sports Association (MESA) rebħet ħames midalji – fosthom tnejn tad-deheb – fl-20 edizzjoni tal-European Company Sports Games li saru bejn it-3 u s-6 ta' Ġunju f 'Riccione, l-Italja. Aktar minn 8,000 atleta minn madwar 40 pajjiż Ewropew ħadu sehem f '24 sport differenti flimkien ma' tliet events paralimpiċi. Il-Games ġew organizzati mhux biss f 'Riccione imma anke fi bliet viċin, fosthom Rimini, Misano u San Marino. Din kienet l-ewwel darba illi l-MESA kienet qed tieħu sehem f 'dan il-logħob għall- ħaddiema azjendali u kellha kontinġent ta' 43 persuna li pparteċipaw fil-Badminton, Bowling, Darts u Football. Bla dubju l-akbar suċċess ġie rreġistrat fid-Darts fejn Malta rebħet il-midalja tad-deheb fit-tournament tas-singles ta' l-irġiel permezz ta' Albert Scerri, waqt li Gordon Stanmore rebaħ il-midalja tal-bronż meta spiċċa fit-tielet post. Fit-tieni post, bejn iż-żewġ players Maltin, spiċċa l-Ġermaniż Thomas Seel. B'kollox ħadu sehem 46 player f 'dan it-tournament. Malta rebħet ukoll il-midalja tad-deheb fit- team tournament tad- Darts meta t-team Malti, iffurmat minn Albert Scerri, Gordon Stanmore, Joseph Mangion, Paul Sammut u Noel Ebejer, spiċċa fl-ewwel post quddiem Schweighofer Fiber GmbH (Awstrija) u Kelag Karnter BSK (Ġermanja) li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Fit- tournament tat-timijiet ħadu sehem 11-il team. Fil-Badminton, Malta ħadet sehem b'team ta' seba' players, jiġifieri Edmond Abela, Samuel Cali, Stephen Ferrante, Tiziana Mifsud, Fiorella Marie Sadowski, Stefan Salomone u Kenneth Vella. Dawn ħadu sehem f 'Mix Open Tournament li attira xejn anqas minn 50 team u rnexxielhom jaslu sas-semi-finali fejn lagħbu kontra t-team Franċiż ASAH Bad u ġew draw 2-2, imma naqsu li jgħaddu għall-final minħabba li l-avversarji tagħhom rebħu aktar sets. B'hekk it-team Malti kellu jikkuntenta bit-tielet post u midalja tal-bronż. Fil-Football, it-team Malti tal-5-a-side rebaħ il-midalja tal-fidda wara li wasal sal-final kontra t-team Taljan Vicenza Maja C5 u tilef bl-iskor ta' 5-3. F'dan it-tournament ħadu sehem 29 team u t-team Malti kien iffurmat minn Julian Azzopardi, Sammy Frank Bajada, Julian Briffa, Andrew Cassar, Ryan Grech, Frederick Tabone, Joseph George Vella, Andrew Xuereb, Ian Zammit, Jeffrey Zammit u Max Zammit. Fil-futbol, ukoll ħa sehem tim ieħor Malti tas-7-a-side fil-kategorija tal-Masters ('il fuq minn 40 sena). F'dan it-tournament ħadu sehem 20 team u t-team Malti tilef fil-kwarti- finali kontra Dsruljanik tal-Kroazja 7-6. Ta' min isemmi li fl-istess grupp preliminari tat-team Malti kien hemm it-team Taljan Rovigo Calcio, li spiċċaw rebħu t-tournament imma ma kisbux aktar minn draw ta' 3-3 fil-konfront kontra t-team Malti. L-iskwadra Maltija kienet iffurmata minn Pavlos Buhagiar, Alan Cauchi, George Edwards, Carmel Formosa, Oliver Mallia, Mark Marlow, Tonio Micallef, Kevin Mifsud, Jason Saliba, Mark Sultana, Stefan Sultana u Paul Zammit. Malta ħadet sehem ukoll fil-Bowling permezz tat-team tal-Malta International Airport, iffurmat minn Charles Galea, Charles Farrugia, Steve Cassar, Aaron Belli, Alfred Pulis u Mario Ellul. B'kollox ħadu sehem 99 team fit-tournament tal- bowling, bit-team Malti jispiċċa fis-sitt post. It-tim tal-futbol tal-5-a-side tal-MESA li rebaħ il-midalja tal-fidda wara li wasal sal-finali kontra t-tim Taljan Vicenza Maja C5 u tilef bl-iskor ta' 5-3 AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015