Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 SPORTSillum ILMALTA Football Association (MFA) avżat li waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret ilbieraħ fit- training ground ta' Marsaxlokk Football Club, inħatar b'akklamazzjoni Kumitat ġdid ta' 11-il persuna għall-klabb Xlukkajr. Il-Laqgħa Ġenerali, quddiem folla sabiħa ta' madwar 50 persuna, tmexxiet mill-Viċi- President tal-MFA, l-avukat Chris Bonett, fejn dan spjega lill-membri ta' Marsaxlokk FC li l-Member Status Committee tal- MFA, li ħa f 'idejħ il-klabb Xlukkajr wara li ma ġiex ippreżentat lill-MFA Kumitat skont ir-regoli tal-MFA sal-aħħar Laqgħa tal-Kunsill tal-MFA, se jagħti parir lill-Kunsill tal-MFA biex jirrikonoxxi uffiċjalment lill-Kumitat il-ġdid bħala l-Kumitat tal- klabb. Issa se jibda' perjodu ta' xahrejn li fih il-Kumitat ta' Marsaxlokk FC irid jippreżenta Statut ġdid u accounts approvati mill- membri lill-MFA, bil-għan li s-sitwazzjoni li sab fiha l-klabb Xlukkajr fl-aħħar xhur ma terġax tirrepeti ruħha. Il-Malta Football Association sodisfatta ħafna bl-eżitu tal-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-bieraħ u temmen li dan jista' jkun bidu ġdid għal klabb li sa ftit aktar minn 10 snin ilu kien qiegħed jiċċelebra r-rebħ tal- kampjonat Premier. Madankollu, l-MFA, permezz tal-Member Status Committee, immexxi minn Dr. Bonett, se tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni f 'Marsaxlokk bil-għan li l-Kumitat il-ġdid ikun jista' jirnexxi fil-ħidma tiegħu biex b'hekk in-nies ta' Marsaxlokk ikollhom klabb tal-futbol mibni fuq sisien sodi kif jixirqilhom. Il-Kumitat il-ġdid elett hu ffurmat kif ġej: President – Frank Cachia Viċi-President (1) - Royin Grech Viċi-President (2) / Chairman tan-Nursery - Vincent Grech Segretarju - Joseph Mifsud Teżorier - Nikos Karamitsios Membru tal-Kunsill MFA - Cedric Baldacchino PRO - Daniel Zerafa Membru - Frank Buhagiar Membru - Adrian Baldacchino Membru - Saviour Bonnici Membru - Laurence Camilleri ILMALTA Football Association ħabbret li laħqet ftehim ma' żewġ kowċis ġodda li se jagħmlu parti miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA. Dawn huma David de Sousa Nascimento, Portugiż li għex fl-Olanda u li għandu 49 sena u Peter Pullicino, eks-plejer tat-tim nazzjonali Malti. De Sousa Nascimento hu eks-plejer ta' Amora FC, Barreirense FC, Vitoria de Setubal FC u Victoria Guimares FC fil-Portugall u Waalwijk FC, Roda FC, Utrecht FC, Roosendal FC u Sparta Rotherdam FC fl-Olanda. Hu għandu esperjenza vasta fil-kowċing fejn ħadem fl-akkademji ta' Utrecht FC u ma' Sparta Nijkerk FC filwaqt li kien ukoll assistant coach tal- ewwel tim ta' Utrecht FC. De Sousa Nascimento hu l-fundatur tal-akkademja tal- futbol f 'The Hague u ħadem fil-Messiku ma' Chivas Guadalajara u ma' Mamelodi Sundowns fl-Afrika t'Isfel. Hu għandu wkoll esperjenza ta' Direttur Tekniku ma' Apoel FC f 'Ċipru. De Sousa Nascimento nħatar bħala Youth Development Officer u kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt id-19 il sena. Peter Pullicino lagħab 22 darba għat-tim nazzjonali Malti, filwaqt li fil- karriera tiegħu lagħab ma' Hibernians FC, Msida St. Joseph FC u Marsaxlokk FC. Peter Pullicino nħatar Physical Trainer mas- selezzjonijiet nazzjonali. Iċ-Ċentru Tekniku tal- MFA ikkonferma wkoll lil Sergio Soldano bħala kowċ fl-akkademja tal-MFA. Jinħatar kumitat ġdid ta' 11 -il persuna għal Marsaxlokk FC Żewġ kowċis ġodda fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA Reġistrat tnaqqis ta' 1% -attendenzi tal-futbol Malti WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew, f 'lukanda ewlenija fil-Furjana tħabbar kif ġie rreġistrat tnaqqis ta' 1% fl- attendenzi fl-istadia li fihom jintlagħab il- football lokali. Kienet reġistrata żieda biss fil-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni hekk kif f 'dan il-Kampjonat, matul l-istaġun li għadda kien hemm ġlieda kbira ġejja bejn min kellu jikseb il-promozzjoni. Madankollu fl-aħħar kampjonati rispettivi organizzati mill-MFA, fosthom f 'dak Premier, kien hemm tnaqqis f 'dak li għandu x'jaqsam ma' attendenzi. Meta mistoqsi minn dan il-ġurnal dwar x'jaħseb li wassal għal dan it-tnaqqis fil-Kampjonat BOV Premier, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo, saħaq li l-fatt li Hibernians fl-aħħar staġun ddominaw il- Kampjonat mill-bidu sal-aħħar, fejn assiguraw ruħhom mir-rebħ tal- Kampjonat, saħansitra tliet ġimgħat qabel intemm il-Kampjonat, kien fattur determinanti għal dan. Madankollu, afferma, Bjorn Vassallo, meta wieħed jikkumpara dawn iċ-ċifri ma' pajjiżi oħra barranin, anki dawk ħafna ikbar minn Malta, fosthom il-Portugall, għandu jħoss ċertu sodisfazzjon. U dan meta wieħed iqis li żdiedu ferm l-attivitajiet sportivi u kulturali fost oħrajn f 'pajjiżna, u għalhekk il-pubbliku Malti illum -il ġurnata, għandu iktar fejn jimraħ. Barra minn hekk, wieħed jaf isibha iktar faċli li joqgħod komdu ġewwa daru, isegwi l-logħbiet minn fuq it-televixin. Intant, meta mistoqsi minn dan il-ġurnal, x'inhu l-futur tal-kowċ tat-tim nazzjonali Pietro Ghedin, huwa tenna li dan għandu kuntratt li jintemmlu fi tmiem din is-sena kalendarja, u għalhekk għadu mhux il-waqt opportun li jgħaddi xi kummenti rigward dan. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Bjorn Vassallo rringrazzja lil kull min jifforma parti mill-familja tal-football, għall-ġid kollu li dawn jagħmlu għat- tkabbir ta' din il-logħba tant sabiħa fi gżiritna. Ikomplu jonqsu l-attendenzi fl-istadia rispettivi fil-futbol lokali Peter Pullicino David de Sousa Nascimento

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015