Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 31 SPORTSillum Dominanza fil-Kampjonati Nazzjonali minn TopSpin Table Tennis Academy GĦAT63 darba, l-Assoċjazzjoni tat-Table Tennis f 'Malta (l-MTTA) ħejjiet il-Kampjonati Nazzjonali ta' Malta tas- Seniors li ġew organizzati fi tmiem ix-xahar ta' Mejju u baqgħu sejrin sat-12 ta' Ġunju. B'ħafna impenn u dedikazzjoni, għat-tielet sena konsekuttiva, 'Topspin Table Tennis Academy' reġgħet ippruvat is-suċċess tagħha hekk kif kienet l-iktar akkademja li kisbet titli: tlieta deheb u waħda bronż. Rebħa kbira għall- Akkademja kienet dik ta' Daniel Bajada li rnexxielu jikseb lura t-titlu ta' 'Seniors National Champion 2014/15' mill-ekskampjun Andrew Gambina, hekk kif is-sena l-oħra Bajada kien ikklassifika fit-tieni post. Għal darb'oħra, il-'Men's Doubles' intrebħet mill-Kowċ Edward Baldacchino flimkien ma' Bajada, fejn ingħatalhom it- titlu ta' kampjonati għat-tielet darba konsekuttiva. Rebħa konvinċenti oħra kienet dik għal Baldacchino u Dorianne Magri (il-Kowċ Assistenti tal-Akkademja) fil-'Mixed Doubles'. Kemm is-semi-finali kif ukoll il-finali wrew b'persważjoni l-ħila u t-teknika sublimi li kisbu Baldacchino u Magri matul snin twal ta' esperjenza u prattika. Fil- fatt din kienet ukoll it-tieni rebħa konsekuttiva għalihom. Apparti minn hekk, Magri żammet ukoll it-tielet post fil- 'Ladies' Single'. 'Topspin Table Tennis Academy' tixtieq tfakkar li fl-4 ta' Lulju se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall- iskola sajf u tinsab ħerqana sabiex tilqa' membri ġodda ta' kull età, subien u bniet. Għal iktar tagħrif wieħed jista' jaċċessa l-paġna tal- 'Facebook' jew inkella jżur is-sit elettroniku, www. topspintabletennisacademy. com. Barra minn hekk wieħed jista' jagħmel kuntatt dirett mal-kowċ, Edward Baldacchino, fuq 99470278. L-Akkademja dejjem tħabrek biex tinċentiva lill-istudenti tagħha jistinkaw għall-kisba tat-titli però fl-istess waqt ma tinsa qatt tfakkar fis-sbuħija tal-parteċipazzjoni, anki jekk fuq livell ta' ħbiberija. Edward Baldacchino flimkien ma' Dorianne Magri Edward Baldacchino flimkien ma' Daniel Bajada Imtella' b'suċċess l-AGM tal-MFA "HEMM bżonn li l-istatut tal-MFA jiġi rivedut." Dan kien il-messaġġ prinċipali li għadda l-president tal- MFA, Norman Darmanin Demajo fid-diskors mistenni tal-għeluq għal-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA, li saret nhar il-Ġimgħa filgħaxija, f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan. Dan hekk kif tenna l-president tal-MFA, ma jistax ikun li deċiżjonijiet relati ma' regoalmenti tal-football lokali li ttieħdu madwar 100 sena ilu jibqgħu japplikaw għall-ġurnata tal-lum. Huwa semma' wkoll kif l-amateur football m'għadux relevanti. Huwa semma' kif f 'pajjiżi oħra l-akbar firxa tal-football tkun fl-amateur football. Norman Darmanin Demajo kompal li jħoss li hemm ftit taħwid fid-distingwizzjoni bejn dawk li huma msejħin bħala League u Non-League Competitions ġewwa Malta. Il-president tal-MFA saħaq li l-assoċjazzjoni li tiggverna l-football lokali trid tghin lil dawk li huma meqjusa bħala amateurs biex huma jkomplu jagħtu kontribut li għandu jitqies bħala importanti ħafna għall-football Malti. Norman Darmanin Demajo semma' l-importanza ta' Sustainable Business Model għall-Kampjonat BOV Premier. Dan hekk kif huwa jħoss li dan il-Kampjonat qed jinqata' minn Kampjonati oħrajn u hemm distakk kbir bejn il-kampjonati rispettivi. Huwa semma' wkoll li jħoss li t-timijiet lokali tal-football jiffukaw wisq fuq il-fatt li jiksbu riżultati pożittivi mil-lum għal għada u jonqsu milli jikkonċentraw fuq dak li huwa ddeskriba bħala long term goals. Noramn Darmanin Demajo afferma li hemm bżonn li jinbidlu l-flood lights tat- training grounds f 'Ta' Qali sa Ottubru li ġej, waqt li fl-istadium nazzjonali se tkun introdotta sistema ġdida ta' turf imsejħa hybrid. Ix-xogħol fuq din is-sistema ġdida se jkun qed jibda immedjatament wara li jintemm l-istaġun li ġej, jiġifieri dak 2015/16. Il-president tal-MFA ta informazzjoni rigward proġett imsejjaħ Photo Voltaic li għandu jiġi fis-seħħ fil- ġimgħat li ġejjin. Norman Darmanin Demajo ta informazzjoni fuq kif matul din l-aħħar sena l-MFA tkompli tikber fir- rispett tagħha mal-UEFA, immexxija mill-president, Michel Platini. Xheida ta' dan huwa li malta geiut agzjual bie tsopta l-UEFA Top Executive Programme li se jsir fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa semma' wkoll lill-president tal-FIFA Sepp Blatter, fejn qal li kontra dak li jaħsbu ħafna, huwa m'għandu xejn kontra Sepp Blatter, iżda jemmen li ż-żmien tiegħu fit-tmun tal- MFA wasal fi tmiemu. Huwa semma' li jinsab ferm kuntent u onorat li l-MFA nnominat lill-Prinċep tal-Ġordan Ali Ben Husain biex huwa jkun il-presdent tal-FIFA. U tant kemm nibtet relazzjoni tajba bejn Norman Darmanin Demajo u dan il-Prinċep, li huwa stieden lit-team nazzjonali Malti biex jieħu sehem f 'logħba ta' ħbiberija kontra dan il-pajjiż f 'Novembru li ġej, liema logħba se tkun qed tintlagħab fil-Ġordan. Fl-aħħar tad-diskors tal-għeluq tiegħu, Norman Darmanin Demajo saħaq li għadu ma ddeċidiex hux se jerġa' jikkontesta l-presidenza tal-MFA, matul l-elezzjoni li se ssir waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA tas-sena d-dieħla, iżda semma' li għandu nies tal- fiduċja madwaru u li lest li jisma' minnhom fqq x'għandu jkun il-futur tiegħu fit-tmun tal-MFA, dejjem għall-akbar ġid tal-football lokali. Huwa għalaq din il-Laqgħa Ġenerali Annwali b'mod leġġer billi awgura lil dawk preżenti s-sajf it-tajjeb u biex igawdu dan l-istaġun sħun mill-aħjar li jistgħu. Intant, Norman Darmanin Demajo, fetaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2015, billi sellem lill-clubs u lill-persuni kollha preżenti fis-sala Ballroom tal-Westin Dragonara Resort, fejn ilbieraħ tlaqqgħet din il- Laqgha ferm importanti fil- kalendarju annwali tal-MFA. Il-President tal-MFA sellem b'mod speċjali lil Joe Cassar, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti u lil Giancarlo Abete, Viċi President tal-UEFA u ex president tal-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), li ntbagħat mill- UEFA bħala osservatur għal din il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA. Norman Darmanin Demajo kompla d-diskors qasir tiegħu billi feraħ lill-clubs Maltin kollha li pparteċipaw fil-partiti Ewropej tal-UEFA, Birkirkara FC, Balzan FC u Valletta FC fl-Europa League u Hibernians FC fiċ-Champions League. Il-President tal-MFA qal li jħossu kburi li jara clubs Maltin jagħmlu tant unur lil pajjiżna u kellu kliem ta' tifħir speċjali għall-wirja li kellhom Hibernians FC nhar it-Tlieta li għadda fil-Hibernians Stadium li fiha għelbu liċ- champions Iżraeliti Maccabi Tel-Aviv, bl-iscore ta' 2-1. Huwa faħħar ukoll il-wirja ta' nhar il-Ħamis ta' Birkirkara FC li kellhom f 'Upton Park f 'Londra kontra West Ham United, u li fiha sfaw megħluba bl-iscore minimu ta' 1-0, bil-goal għall-Ingliżi jasal propju fid-90 minuta. Forsi ftit huma dawk li jafu li propju Norman Darmanin Demajo huwa partitarju ta' West Ham United, iżda fost iċ-ċapċip ta' dawk kollha preżenti fil-Kamra, huwa assigura lil kulħadd li x-xewqa prinċipali tiegħu hija dik li Birkirkara jeliminaw lil West Ham United biex jagħmluha għar-round li jmiss tal-UEFA Europa League. Dan hekk kif il-president ferm ħabrieki tal-MFA stqarr li huwa favur dak kollu li hu ta' ġid għall-football Malti u għalhekk reġa' tenna l-kliem ta' tifħir għall-wirja mill-aqwa li kellhom Birkirkara nhar il-Ħamis li għadda. Norman Darmanin Demajo jindirizza lil dawk preżenti waqt il- Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA. Ritratt - Joe Borg / MFA