Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
32 illum Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 SPORTSillum Kollox lest għall-konfront bejn Birkirkara FC vs West Ham United FC ILMALTA Football Association, f 'isem Birkirkara FC, avżat li l-partita tat-tieni leg valida mit-tieni rawnd tal-UEFA Europa League bejn Birkirkara FC u West Ham United FC, se tintlagħab fl- Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali l-Ħamis 23 ta' Lulju 2015 u tibda fid-8.45pm. Birkirkara FC javżaw li l-bejgħ tal-biljetti jibda minn għada f 'dawn l-allokazzjonijiet u b'dawn il-prezzijiet: West B VIP Area – 60euro West A – 30euro West C – 30euro North / South Stand – 10euro North / South Stand (Anzjani) – 5euro North / South Stand (Tfal taħt it-12-il sena) – 5euro Birkirkara FC javżaw li l-Millennium Stand se jkun miftuħ għall-partitarji ta' West Ham United u kull min interessat li jixtri biljett hemmhekk għandu jagħmel kuntatt dirett mal-klabb Ingliż. Il-prezzijiet tal-biljetti f 'dik iż-żon qed jinbiegħu għal prezz ta' €45 Birkirkara FC javżaw lill- pubbliku li għall-West C u għan-North Stand, il-biljetti jinbiegħu minn Eurosport, Psaila Str, Birkirkara, mill- Mc Donalds, Valley Road, Birkirkara, u mill-ħwienet kollha tal-8 Till Late u l-Agenda Book Shop. Birkirkara FC javżaw li l-ebda season card tal- istaġun 2014/15 mhi se tkun valida jekk mhux press card jew pitch card tal-media lokali. L-MFA, f 'isem Birkirkara FC, terġa' tibgħat stqarrija oħra fil-jiem li ġejjin biex tinforma lill-pubbliku bl- andament tal-biljetti u bil- parkeġġi ħdejn l-Istadium Nazzjonali, f 'Ta' Qali u bir-rotot tat-traffiku wara li tiddiskuti dan kollu mal- Pulizija ta' Malta. Imnedija s-St Andrews Summer Friendship Cup IMNEDIJA s-St Andrews Summer Friendship Cup. Waqt konferenza stampa li saret nhar l-Erbgħa wara nofsinhar, fis-sala biswit il- Luxol Stadium f 'St Andrews ġiet imnedija s-St Andrews Summer Friendship Cup. It-team neo-promoss għall-Kampjonat BOV Premier, St Andrews, se jkun qed jorganizza dan it-tournament bejn id-29 ta' Lulju u t-13 t'Awwissu fil- Luxol Stadium, fejn se jkunu qed jieħdu sehem erba' timijiet mill-Kampjonat Premier u erba' timijiet mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. It-timijiet li se jkunu qed jieħdu sehem huma Valletta, Tarxien Rainbows, Melita u Gżira United f 'Section A u Sliema Wanderers, St Andrews, Fgura United u Senglea Athletic f 'Section B. It-timijet involuti se jkunu qed jilagħbu logħba waħda fl-ewwel round biex imbagħad l-ewwel erba' timijiet ikklasifikati jiksbu post fis-semi-finali, waqt li t-timijiet li jtemmu fit-tielet u r-raba' post rispettivamment fiż-żewġ gruppi jiltaqgħu kontra xulxin għall-pjazzament finali. B'hekk it-timijiet kollha li se jkunu qed jieħdu sehem f 'dan it-tournament se jkunu qed jilagħbu minimu ta' erba' logħbiet. Waqt li kien qed jindirizza lill-ġurnalisti preżenti, l-organizzatur ta' dan it-- tournament , Lino Bartolo, persuna midħla sew tal- football Malti, saħaq li kien hemm tliet objettivi prinċipali wara dan it- tournament. L-ewwelnett, tenna Lino Bartolo, dan it-tournament għandu jservi bħala vetrina biex juri l-kwalitajiet kemm tat-timijiet stabbilti kif ukoll ta' dawk il-players emerġenti , fosthom dawk ta' St Andrews, li issa jinsabu mmexxiija mid-ditta Taljana, Talent 11. Barra minn hekk Luxol, riedu jagħtu xi ħaġa lura lill-partitarji tagħhom wara assenza ta' xejn inqas minn 25 sena mill-ogħla diviżjoni tal-football lokali, permezz ta' organizzazjoni ta' tournament li se jkun qed jinkludi uħud mill-aqwa clubs ta' Malta. U l-aħħar iżda mhux l-inqas għan ta' dan it- tournament se jkun wieħed sempliċi - mhux se jkun hemm betting, jew il- fenomenu tal-match-fixing involuti. Il-biljett ta' dħul biex wieħed isegwi l-logħbiet rispettivi ta' ġurnata partikolari se jkun dak ta' €3, u permezz ta' dawn il-biljetti, wieħed se jkollu l-possibiltá li jirbaħ vjaġġ għall-Kroazja. Preżenti għal din il- konferenza stampa, kien hemm il-coach ta' St Andrews, Wayne Attard u l-coach ta' Valletta, Paul Zammit. Mistoqsi minn dan il- ġurnal, x'jaħseb li huma realistikament iċ-ċansijiet ta' St Andrews li jżommu posthom mal-elite tal- football Malti, il-coach il-ġdid ta' St Andrews, u li ħa post il-player coach, Brian Said, tenna li jinsab konxju bil-potenzjal tat- team tiegħu, u jemmen li permezz ta' rtokki żgħar oħra speċjalment bl- amalgamazzjoni ma' Talent 11, jemmen li t-team tiegħu, jista' tabilħaqq iżomm postu fl-ogħla diviżjoni tal- football lokali. Wayne Attard tenna li din mhux se tkun xi ħaġa faċli, iżda huwa jemmen fil-potenzjal tal-iskwadra ta' St Andrews, u dan it-tournament se jservi ta' pjattaforma biex jara l-players tiegħu x'isarrfu u x'hemm bżonn li jirranġa fit-team tiegħu. Tkellem ukoll Paul Zammit, li bħal dejjem bl-aktar mod matur u tant intelliġenti, esprima l-ħsibijiet sinċiera tiegħu, fuq x'qed jinkwetah fit-team ta' Valletta. Huwa afferma li meta ħa f 'idejh l-iskwadra ta' Valletta, madwar sitt ġimgħat ilu, huwa kellu jibda mill-ġdid, hekk kif sab skwadra ġdida minn kull lat. Huwa ammetta li għalkemm iħoss li Valletta huma iktar b'saħħithom mit- team minn Wales, Newtown FC, li fl-aħħar mill-aħħar elimina lil Valletta mill- UEFA Europa League, iħoss li t-team minn Wales ma seraq xejn, għax fil-ġurnata kienu aħjar mill-Beltin. Huwa ddeskriva lill-Beltin bħala skwadra nieqsa minn elementi b'saħħithom u li għad għandha bżonn ta' numru ta' pedini importanti, biex tissaħħaħ. Bħal m'għamel fil- konferenza stampa ta' lejlet il-logħba home kontra Newtown FC, huwa tenna li għandu s-sapport u s-sostenn kollu mill- amministrazzjoni kolha ta' Valletta, immexxija mill- president, Victor Sciriha, fejn ukoll kellu kliem ta' tifħir għat-team manager ħabrieki, Gerard Ellul. Paul Zammit ikkonkluda li jekk Valletta jirnexxielhom jingaġġaw il-players li għandhom bżonn fid- dipartimenti rispettivi, jemmen li t-team immexxi minnu se jkun forza li jiġġieled għall-unuri fi tmiem l-istaġun. Il-kelliema rispettivi waqt it-tnedija tas-St Andrews Summer Friendship Cup Tibdiliet fi l-format tal-Kampjonat li jmiss tal-futsal lokali WARA laqgħa li saret fil- ġranet li għaddew mar- rappreżentanti tal-klabbs tal-futsal lokali u wara li ġew avviċinati dawn l-istess rappreżentanti, ġie deċiż li t-timijiet kollha reġistrati jilagħbu flimkien f 'Rawnd Preliminari. L-ewwel sitt timijiet se jilagħbu mbagħad f 'Rawnd Elite li jwassal għall-Playoffs sabiex jiġi ddikjarat it-tim rebbieħ tal-kampjonat. It-timijiet l-oħra kklasifikati mis-seba' post lura fir- Rawnd Preliminari, jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni.