Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 33 SPORTSillum Parteċipazzjoni rekord għal Summer on the Move NHAR it-Tnejn li għadda beda l-programm tas-Sajf tal-Kunsill Malti għall- iSport Summer on the Move. Il-programm ta` tmien gimgħat kontinwi ta` Sport jiġi fi tmiemu fit-tieni ġimgħa ta` Settembru meta għall-ewwel darba f 'Malta u madwar l-Ewropa se ssir il-gimgħa tal-Isport. Iktar minn 200 kowċ ikkwalifikat qed jilqgħu madwar 4000 parteċipant f '10 ċentri differenti madwar Malta u Għawdex. Il-fiduċja li qed jikseb bil-programmi tiegħu huwa evidenti hekk kif il- Kunsill Malti għall-iSport għall-ewwel darba għandu l-programmi kollha fully booked u kulma fadal huwa biss ftit spazju fil-programmi tal-Mellieħa u anke Ta` Qali F'din l-edizzjoni ta' Summer on the Move, għad-differenza tas-snin li għaddew, il-programm ser ikun mifrux fuq aktar kumplessi. Minbarra l-Kumplessi tas-soltu, issa s-sessjonijiet ser isiru wkoll fil-Basketball Sport Complex Ta' Qali, Selmun Activity Park fil-Mellieħa u l-Kumpless Sportiv tal-Marsa fejn ser ikun utilizzat wkoll fis-sajf. Għal din is-sena ma żdiedux biss il-kumplessi, pero' żdiedu wkoll id- dixxiplini sportivi fosthom l-Archery, il-Golf, il-Cricket, Non-contact Boxing, Rhytmic Gymnastics, il-Futsal, il-Hockey, Mini- Waterpolo u Line Dancing. Dan qed isir biex aktar assoċjazzjonijiet ikunu parteċipi f 'dan il-programm biex jintlaħaq skop ieħor dak li l-Kunsill Malti għall-Isport ma jibqax jorganizza waħdu iżda jagħmel dan flimkien magħhom. Dan jassigura li iktar tfal u żgħażagħ wara dawn il-programmi jkomplu ma' klabbs u għalhekk ikun hemm kontinwazzjoni. Mill-applikazzjonijiet wieħed baqa' sorpriż bl- ammonti kbar ta` tfal (fuq 60), li applikaw għall- archery kif ukoll ser tiġi varata l-ewwel akkademja tal-boxing li ser ikollha l-ewwel għaxar applikanti. Interess ukoll kbir fil- Mini Waterpolo , Rythmic Gymanstics u Hockey. L-għawm bla dubju ta` xejn jibqa' l-aktar sport favorit f 'dan il-programm. Barra l-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq li se jkollha programm kuljum ta` lezzjonijiet, iċ-ċentri ta` Kirkop u anke tas-Siġġiewi se joffru programmi tal- Għawm kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. L-istudenti li jidħlu għal dan il-programm jingħataw ċertifikat skont il-livell ta` għawm tagħhom wara tmien gimgħat. Il-livelli jvarjaw skond l-abilta' tat- tfal li jpoġġu fil-prattika dak kollu li jkunu tagħlmu. Anki ż-żfin huwa sport ieħor li jġib miegħu parteċipazzjoni kbira f 'dan il-programm. L-għalliema u l-istudenti tagħhom issa għandhom sfida ikbar għaliex matul dawn it- tmien gimgħat se jkunu qed jippreparaw għal show tas-Sajf organizzat waqt il- gimgħa Ewropeja tal-Isport. Il-programm joffri ballet, hip hop, jazz u anki lyrical dance. Dettalji dwar din l-attivita' ser ikunu qed jiġu imħabbra fil-ġranet li gejjien. F'Summer on the Move 2015 tnaqqset ukoll l-eta' u min din id-darba tfal sa' mill-eta' ta' sentejn, jistgħu jibdew jattendu għall- sessjonijiet tal-għawm flimkien mal-ġenituri tagħhom. Minbarra dan kollu ttawwal il-ħin u wħud mis-sessjonijiet ser jibdew fit-8.00am u jibqgħu sejrin sas-2.00pm. Minbarra ċ-ċentri tradizzjonali li qabel kienu jospitaw Summer on the Move jigifieri dawk tal-Kottonera, Tal-Qroqq, Kirkop , Siġġiewi u Mosta għal din is-sena żdiedu wkoll il-Kumpless Sportiv tal-Marsa, il-Family Park ta` Selmun ( Mellieha ) u ovvjament il-Kumpless tal-Baskitbol f 'Ta Qali. Dan kollu qed ssir sabiex kullħadd ikollu ċentru qrib id-dar tiegħu fejn wieħed jieġu sehem. Il-programm għandu wkoll attivitajiet fil-B'bugia Sailing Club u Badger Karting ta` Qali. It-tfal ser ikunu wkoll jistgħu jgawdu mhux biss minn ċentri ta` livell għoli u kowċis kwalifkati izda anki wkoll minn ammont sostanzjali ta` apparat ġdid li nxtara apposta sabiex jintuża għal dawn il-programmi. Id- dipartiment tal-programmi barra li ta` attenzjoni li tikber il-parteċipazzjoni ra` wkoll li tiżdied il-kwalita' tat-tagħlim. Fil-fatt ġimġħa eżatt qabel beda l-programm sar seminar għall-kowċis kollha fejn ġie spjegat lilhom x'inhu mistenni minnhom f 'dawn it-tmien ġimgħat. Minn irrid iktar dettalji jista' jidħol fis-sit elettroniku www.sportmalta.org.mt jew inkella icempel lid- Dipartiment tal-Programmi fuq 22036228/ 22036233 Dehra tal-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq waqt attività ta' Summer on the Move, fejn matul din is-sena ġiet reġistrata attendenza rekord Bormla għal sena oħra tirbaħ ir-Regatta Youths+ 2015 IDDISTRETT ta' Bormla rebaħ ir-Regatta Youths+ 2015 li saret fil-Bajja tar-Rinella, il-Kalkara. Ir- regatta Youths+ ta' din is- sena kellha għan doppju; dak li tagħti opportunità liż-żgħażagħ sabiex jikkompetu u jibqgħu jitrawmu f 'dan l-isport u dak li tgħin lill-Malta Community Chest Fund permezz tal-inizjattiva, Solidarjetà bl-Isport. Ix-shield intrebħet minn Bormla bi 72 punt u fit-tieni post spiċċaw il- Kalkara u Birżebbuġa b'40 punt. L-Isla spiċċat b'20 punt. Intant, saru wkoll żewġ tlielaq bejn il-membri tal- kumitati bl-għan li jinġabru fondi għall-inizzjattiva Solidarjetà bl-Isport. L-ewwel tellieqa kienet dik tal-Pass b'Qaddief Wieħed li ntrebħet mill- Birgu, segwit mill-Marsa u Marsamxett. It-tellieqa l-oħra kienet dik tal-Pass b'Erba' Qaddiefa li ntrebħet minn Marsamxett, segwit mill-Birgu u Bormla fit- tielet post. Il-palji, li din is-sena ngħataw lil kull qaddief rebbieħ, it-trofej u x-shield kienu preżentati mill- President ta' Malta, Marie- Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius. Ir-riżultati tal-ħames tlielaq kienu hekk: It-tim rebbieħ ta' Bormla fl-azzjoni waqr ir-Regatta Youths+ 2015 Tellieqa L-ewwel post It-tieni post It-tielet post Tal-Pass b'Erba' Qaddiefa Bormla (20) Kalkara (12) Birżebbuġa (6) Frejgatini Birżebbuġa (12) Isla (8) Kalkara (4) Tal-Pass b'Żewġ Qaddiefa Bormla (20) Kalkara (12) Birżebbuga (6) Kajjikki Isla (12) Bormla (8) Kalkara (4) Tal-Pass b'Erba' Qaddiefa Bormla (24) Birżebbuġa (16) Kalkara (8)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015