Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 ILTQAJT ma' Beppe Baresi fil- club tal-Inter Pupo Zanetti fl- Imsida fejn jistennewh kien hemm għexieren ta' partitarji Interisti lesti biex jgħidu kelma miegħu u ritratt kommemorattiv. Ħadna b'idejn xulxin u wera mill-ewwel li fejn tidħol kontroversja kien lest għal tweġibiet diplomatiċi. Poġġejna bil-qiegħda u kif lemaħ il-karta li kelli l-mistoqsijiet preparati quddiemi, bid-daħka qalli li jien ippreparajt teżi mhux intervista. Iżda kif tistgħu taraw f 'din l-intervista ippruvajt biss nlaqqa il-karattru magħluq u riservat ta' Baresi magħkom il- warrejja ta' danw il-paġni sportivi, speċjalment għal dawk kollha li huma dilettanti tal-Football barrani. Iddebutta ma' Inter fis-Serie A fli staġun 1977/78 iżda sena qabel iddebbutta bil-flok Neroazzurro fil-Copppa Italia fir-rebħa kontra Juventus ta' 1-0 fejn dam jilgħab magħhom 16-il sena. Lagħab 559 partita maħhom, 392 fis-Serie A, 73 partita fl-Ewropa u 94 fil-Coppa Italia u skorja 13-il goal. Bħala player rebaħ 2 titli Taljani, żewġ Coppa Italia, UEFA Cup u Super Cup. Fl-aħħar tal-karriera lagħab żewġ staġuni ma' Modena fejn irtira ta' 36 sena. Lagħab 18-il partita mat-team Nazzjonali Taljan. Dan juri li Beppe Baresi hu simbolu tal-bandiera Interista u għalhekk tlabtu jgħidli din l-imħabba lejn Inter minfejn nibtet, "Min meta kont ċkejken bdiet din l-imħabba lejn Inter speċjalment meta dħalt fis-soċjeta meta kelli biss 14-il sena. Tant snin f 'din is-soċjeta bilfors tagħmlek parti minnha." Staqsejtu kif ħassu meta libes l-ewwel darba l-flokk ta' Inter mal-kbar, "L-ewwel darba kienet f 'partita Ewropea kontra Dinamo Tbilisi, iżda fil-kampjonat lgħabt l-ewwel partita tiegħi kontra Vicenza. Kien għad kelli 19-il sena u kienet ta' sodisfazzjon kbir iżda ma bżajtx anzi kont konċentrat ħafna u attent il-ħin kollu." U l-emozzjoni meta libes l-aħħar darba l-flokk ta' Inter? "Kont ili l-aħħar sentejn ma nilgħabx regolarment u kont qed inħoss li kont wasalt biex nitlaq lil dan it-team bħala palyer. Dak in- nhar bdew għaddejjin minn moħħi, ir-rebħiet u t-telf matul il-karriera kollha. Bdew għaddejjin memorji sbieħ li daħħlu lil dan it-team f 'qalbi. Kont ċert li għalkemm se nispiċċa bħala player kien hemm iżjed x'nagħti lil din is-soċjeta." Baresi barra l-unuri li rebaħ bħala player kien fl-istaff tekniku u assistant coach ta' diversi coaches ta' Inter, Mourinho, Leonardo, Benitez, Ranieri, Stramaccioni u Mazzarri, fejn magħhom rebaħ mhux biss it-tripletta ta' Mourinho, iżda għaqqadhom f 'ċinkwina meta ma' Benitez rebaħ is-super Cup Taljana u t-tazza tad-dinja tal- clubs. Bħala unur individwali kien rebaħ il-Premio Scirea għal karriera eżemplari tiegħu. Iżda l-akbar sodisfazzjon ħadu bħala player jew fis-settur tal-coaching? "Kollox fih is-sodisfazzjon tiegħu. L-ebda sodisfazzjon ma jegħleb lill-ieħor. Anke meta kont coach tas-settur taż-żgħażagħ kien ta' sodisfazzjon kbir meta tara players li bdejthom int isibu posthom fis-serie A u jirbħu tournaments bħal dak ta' Viareggio." Kulmin hu interist bħali dejjem neqirdu għax ir-referes ma tantx jgħinuna, "Dik hi perċezzjoni ta' kull partitarju. Kull team li jirbaħ ma jirbaħx bir-referees iżda bix- xogħol kollu li jsir mis-soċjeta. Ir-referee jista jiżbalja u mhux dejjem jiżbalja kontrik. Anzi wisq naħseb li t-teams il-kbar jkunu ftit favoriti mir-referees meta jilagħbu kontra teams inqas kwotati u aħna club magħdud mal-kbar. Hu t-team li jirbaħ u mhux ir-referee. Meta nirbħu aħna wkoll jgġidulna li niġu megħjuna mir-referees." Allura ngħid jien kif Mourinho kien dejjem jattakka il-kontroll tar- referees Taljani meta kien coach ta' Inter? "Dak kien mod kif jsaħħan lil players biex iqumu għall-okkażżjoni u jilagħbu b'ċerta kattiverija biex jirbħu. Il-psikoloġija kif jimmotiva lil players kienet waħda mill-akbar SPORTSillum "Il-Futur tiegħi hu mal-Inter anke jekk għadni Giuseppe Baresi twieled s-7 ta' Frar 1958 (58 sena) f'Travgliato l-provinċja ta' Brescia. Iddebutta ma' Inter s-Serie A i staġun 1977/78 ta' 19-il sena. F'16-il sena lagħab 559 partita maħhom u skorja 13-il goal. Irtira bħala player ta' 36 sena bl-aħħar sentejn jilgħabhom ma' Modena. Kien coach tas-settur ġiovanili u i sta tekniku ma' diversi coaches tal-Inter. Ritratt: Charles Vassallo "Nieħdu gost nirbħu d-derby iżda l-akbar sodisfazzjon meta nirbħu lil Juve" John Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015