Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 35 SPORTSillum għadni ma nafx ir-rwol"– Beppe Baresi forzi tiegħu." Baresi qal li hu dejjem kellu rapporti tajbin ma' kull coach li ħadem miegħu "iżda r-rebħ dejjem jagħmlek aktar magħqud u għalhekk ma' Mourinho dejjem kien hemm xi ftit aktar affidibilita. Dwar jekk kellux xi ħbiberiji speċjali ma' players li kien jilgħab magħhom, qalli li fil-bidu tal-karriera tiegħu kien qrib ħafna Oriali u Bergomi. "Iżda fit- taħriġ u fil-club. Barra l-club qatt ma kelli ħbieb players." Kien obbligu li nsemmilu lil ħuh Franco, li kellu suċċess aktar minnu sew mal-Milan kif ukoll mat-team Nazzjonali. X'kien li t-tnejn li huma għażlu toroq differenti? "Mhux aħna għażilna t-toroq differenti, hi s-soċjeta li għażlitna. It-tnejn morna ma' Inter bħala żgħar iżda żammew lili u Franco mar ma' Milan. Iċ-ċirkostanzi għażlulna l-karriera tagħna. "Pero jkolli ngħid li għalkemm id- dar konna niddiskutu d-derbies ta' bejnietna u nitkellmu dwar min kien il-favorit li se jirbaħ, dejjem kont kburi li t-tnejn li aħna mmexxu u nilagħbu mal-clubs ta' Milan f 'derby mill-isbaħ. U dejjm kont kburi b'ħija Franco għas-suċċessi li għamel sew ma' Milan kif ukoll mal-Italja. Franco hu wieħed mill-aqwa players tad- dinja." Ħasra biss li l-ġenituri tagħhom qatt ma rnexxielhom jaraw lill- uliedhom lebsin bil-flokkijiet ta' Inter u Milan għax mietu żgħar qabel huma saru players professjonali, qalli Beppe. Staqsejtu wkoll liema kien jagħtih l-aktar sodisfazzjon li jgħeleb lil Juve jew lil Milan. Hawnhekk mingħajr tlaqlieq qalli, "Bla dubju lil Juve. Nieħdu gost nirbħu d-derby iżda l-Interisti kollha jieħdu gost l-iżjed meta nirbħu lil Juve anke aħna l-players." Il-fatt li wara t-tripletta it-team tal- Inter sfaxxa dejjem kienet mistoqsija li xtaqt nistaqsiha lil xi ħadd li kien parti minnha u issa sibt iċ-ċans li nistaqsiha lill-assistant coach ta' dak it-team rebbieħ. "Ifhimni wara Mourinho komplejna nirbħu fejn ħadna s-super Cup u t-tazza tad- dinja tal-clubs ma' Benitez. Iżda wara s-soċjeta bidlet ħafna coaches u nkiser il-ġugarell. Tlifna l-ekwilibriju kollu u t-team ma baqax jirbaħ." Mistoqsi jgħidli d-differenza bejn moratti u Thohir dritt weġibni, "Moratti kien bniedem kbir li rebaħ tant unuri. Thohir għadu jibda iżda nemmen li qed jibni team fejn l-Inter huma lesti biex jibdew jirbħu." Staqsejtu min jaħseb li kien l-aqwa player ta' kull żmien tal-Inter, "Kien hemm wisq bravi biex nagħżel wieħed, f 'kull era dejjem kien hemm xi ħadd partikolari, nista nsemmilek ftit bħal Mattheus, Ibrahimovic, Zanetti, Altobelli, Beccalossi u ħafna u ħafna oħrajn." Pele..Maradona…jew Messi l-aqwa player ta' kull żmien? "Pele ma nafux, niftakru ftit wisq, Maradona u Messi għandhom kwalitajiet differenti. NMaħseb li t-tlieta huma l-aqwa għax kellhom teknika differenti minn xulxin li jagħmilhom fost l-aqwa fid-dinja." Fl-aħħar tlabtu x'inhu l-futur ta' Beppe Baresi u pront weġibni, "Inter. Kif mmur lura mill-vaganzi hemm kuntratt jistennieni biex niffirmah. Li ma nafx hu eżatt x'se jkun ix- xogħol offrut lili. Iżda żgur li l-futur tiegħi se jkun ma' Inter." Lanqas ilħaqt ħadt ritratt tal- okkażżjoni miegħu li l-partitarji Interisti ma daruhx u tlaq kwiet kwiet lura d-dar, kuntent li ltqajt ma' leġġenda ta' Inter, u staqsejtu dak li xtaqt naf dwaru u dwar l-Inter. Ritratt: Charles Vassallo