Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
illum | Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 "M'hemmx flus" għall-iskema tas-siġġijiet tar-roti Iċ-ċermen tal-KNPD jgħid li ma naqsux il-flus imma żdiedu ir-riċevituri Albert Gauci Cunningham Numru ta' qarejja tal- ILLUM ilmentaw magħna illi meta ċemplu lill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' dwar flus lura mingħand il-gvern fuq xiri ta' siġġu bir-roti għall-uliedhom dawn ġew informati li kienu se jingħataw madwar 25% tal-ispiża tal- istess siġġu. Sinjura li ċemplet lil dan il-ġurnal qalet kif meta hi u żewġha marru biex jixtru siġġu tar-roti kienu nfurmati li huma se jkunu qed jirċievu madwar 50% tal-ispiża bħala parti minn skema li l-flus tagħha joħorġu mill-Fond għas- Servizzi ta' għajnuna Speċjali. "Imma meta morna biex napplikaw għal dan il-benefiċċju qalulna li ma jistgħux jagħtuna nofs l-ispiza lura", qalet din is-sinjura. Hija kimpliet tisħaq illi "aħna ħallasna madwar €6,000 għal dan is-siġġu tar-roti, li mhux xi lussu. Dan għandna bżonnu għat-tifel tagħna li jsofri minn diżabilita' severa". L-ILLUM staqsa lil din is-sinjura x'kienet ir-risposta tar-rappreżentant tal-KNPD li hi kellmet meta staqsiet għalfejn m'għadhiex qed tingħata nofs l-ispiża lura, bir-risposta tkun, skont din l-omm, "m'hemmx flus". Hija temmet tilmenta li dan mhux sew "qed insibu flus għal tant affarijiet f 'dan il-pajjiż u qed ngħidu li sejrin tajjeb tant, jagħmel sens allura li ngħidu li m'għandniex flus għal xi ħaġa li hija tant bażika u bżonnjuża għal ġenituri bħalna?" L-ILLUM ċempel liċ-Ċermen tal-KNPD Oliver Scicluna li minn naħa tiegħu ċaħad illi tnaqqas il-baġit għal dan il-fond u sostna li fil-fatt, li ġara kien illi żdiedu ir- riċevituri u dawk li kienu qed ifittxu li jagħmlu użu minn dawn il-flus. Huwa stqarr illi minħabba li llum aktar nies jafu dwar dan is- servizz, huma aktar dawk li qed ifittxu li japplikaw għal dawn it-tip ta' benefiċċji. Minkejja dan Scicluna ġab fid-dubju kemm l-għotja għal siġġu bir-roti setgħet kienet 50%, għalkemm fakkar kif dawn il-flus jingħataw wara li jsir means testing tal-familja biex wara jkun determinat l-ammont li jkun se jingħata. Scicluna spjega wkoll kif bħalissa għaddej xogħol biex l-operat kollu jaqa' taħt l-aġenzija Sapport li se tkun qed isservi ta' one-stop-shop għal persuni b'diżabilita' bil- KNPD sempliċiment tkun regolatur fil-qasam. Dwar il-Fond li l-qarrejja tal- ILLUM kellmitna dwaru Scicluna qal illi diġa saru proposti għall-baġit li ġej fejn il-kummissjoni qed tipproponi li jkun hemm żieda fil-flus li jingħataw għal din l-inizjattiva. Temm ifakkar illi bħalissa qed isir ħafna xogħol f 'dan il-qasam u li hekk se jibqa' jsir biex problemi bħal dawk li waslu għand l-ILLUM ikunu mgħelba. Ir-Reġjun Nofsinhar joħloq fond għal persuni b'diżabilita' IRREĠJUN Nofsinhar fi spirtu sabiħ ta' kooperazzjoni, nieda inizjattiva li permezz tagħha għaqqad lill-14-il kunsill lokali li jiffurmawh sabiex jiffinanzja inizjattivi favur persuni b'diżabilità. Preżenti għat-tnedija ta' din l-iskema kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Dr Stefan Buontempo li faħħar lir- Reġjun Nofsinhar għal din l-inizjattiva. Il-President tar-Reġjun, is- Sur Jesmond Aquilina spjega kif ir-Reġjun iddeċieda li jivvota s-somma ta' €50,000 u li din tinqasam bejn 14-il kunsill lokali fir-reġjun skont in-numru ta' persuni b'diżabilità rreġistrati mal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità fil- lokalitajiet tagħhom. Peress li ċertu lokalitajiet huma wisq żgħar ikkumparat ma' lokalitajiet ikbar fir-reġjun, ġie deċiż li l-inqas ammont ta' flus li kunsilli jistgħu jirċievu huwa ta' €1,000. Dr Buontempo qal li din l-inizjattiva tinkwadra fil- viżjoni tal-Gvern ta' "Kunsilli Soċjali" hekk kif espressa fil-Manifest Elettorali tiegħu. Huwa qal li l-kunsilli huma fid-dmir li jipprovdu ambjent aċċessibbli għar-residenti kollha u enfasizza l-punt li aċċessibbiltà ma tfissirx biss dik fiżika, iżda wkoll affarijiet oħra bħas-servizzi li jagħtu l-kunsilli jew is-sit elettroniku tal-istess kunsilli. Dr Buontempo stqarr li din l-inizjattiva hija bżonnjuża u waslet fi żmien opportun u kkumenta li din l-inizjattiva tar-Reġjun tikkumplimenta l-inizjattiva A+ fejn jingħata premju lill-iktar tliet proġetti tal- kunsilli lokali li jtejbu l-aċċessibilità. "Infurmat li l-kunsilli f 'dan ir-reġjun mhux ser jikkompetu b'mod individwali iżda sejrin jippreżentaw proġett komuni taħt il-kappa tar-Reġjun, bil-għan li jekk ir-reġjun jirbaħ il-premju, dan jerġa' jitqassam mal-kunsilli skont l-ammont ta' persuni b'diżabilità rreġistrati mal- KNPD," qal Dr Buontempo, li faħħar l-idea sabiħa li permezz tagħha qegħdin iressqu aktar il-lokalitajiet qrib in-nies biex jgħinu lil iktar persuni b'diżabilità jkunu membri sħaħ fis- soċjetà. Huwa wera diżappunt li l-KNPD fetħet 36 każ ta' diskriminazzjoni kontra l-kunsilli lokali, li 34 minnhom kienu dwar aċċessibilità fiżika. "Dan il-fatt biss għandu biex iħammrilna wiċċna bħala Poplu Malti, aħseb u ara meta wieħed jiftakar li dawn il-każijiet żdiedu fuq is-sena l-oħra!" Dr Buontempo qal li meta l-kunsilli jaħdmu f 'ambitu ta' reġjun, isiru aktar effettivi u effiċjenti għax permezz tal-qsim tal-ideat u riżorsi jkunu jistgħu jieħdu ħafna aktar inizjattivi favur il- komunitajiet tagħhom milli jekk jaħdmu għal rashom. Għalhekk, huwa appella biex aktar reġjuni jieħdu l-eżempju tar-Reġjun Nofsinhar sabiex "verament flimkien nagħmlu d-differenza fil-komunitajiet tagħna u ta' bilħaqq inġibu l-kunsilli aktar qalb in-nies, għax huma tan-nies u għan- nies."