Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 5 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM KMIENI din il-ġimgħa daħlu jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern 98 tabib ġdid li lkoll għadhom kemm temmew b'suċċess l-istudji tagħhom. Waqt li l-maġġoranza ta' dawn it-tobba ġodda bdew jaħdmu f 'Mater Dei, disa' minnhom bdew jaħdmu Karen Grech u sitta oħrajn qegħdin jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli. Dawn it-tobba kollha ġew imqassmin f 'diversi taqsimiet biex b'hekk ikompli jissaħħaħ is-servizz eżistenti lejn il-pazjenti. L-ILLUM tkellem mas- Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne li minn naħa tiegħu qal li dawn it-tobba se jkomplu jippermettu titjib u tkabbir tas- Servizzi offruti. "Hija l-intenzjoni tagħna li nkomplu ninvestu fl-isptar Mater Dei sabiex insaħħu s-servizz li jingħata lill- pazjenti. L-investiment li qed nagħmlu m'huwiex biss fl-apparat u l-bini iżda anke fir-riżorsi umani u kien propju għalhekk li ngaġġajna kważi 100 tabib ġdid minn din il-ġimgħa". Meta mistoqsi jekk it-tobba nbtagħtux f 'xi oqsma partikolari tal- isptar Fearne qal li dawn tqassmu skont l-eżiġenzi tal-isptar. "It-tobba tqassmu fejn kien hemm bżonn, iżda wieħed japprezza li għandek ċerta dipartimenti li jirrikjedu ammonti akbar ta' tobba minn oħrajn. Fil-fatt kien hemm 30 tabib minn fost it-98 li daħlu nhar it-Tnejn u li ġew assenjati fil-qasam tal-mediċina. It-tieni l-akbar ammont kien dak ta' 23 tabib li ġew assenjati fil-qasam tal-kirurġija, iżda l-kumplament tqassmu skont l-esiġenzi. Uħud kienu ngaġġati fil-Ġerjatrija, Ortopedija, Kardjoloġija, Onkoloġija u oħrajn fil-Ginekoloġija." Is-Segretarju Parlamentari spjega illi apparti l-ħtieġa tas- servizz mediku ittieħed inkonsiderazzjoni wkoll l-iżvilupp professjonali tat- tobba nfushom. Il-qasam tas-saħħa, qal Fearne, jibqa fil-quċċata tal-lista ta' prijoritajiet tal-gvern u xhieda ta' dan kien anke l-investiment li l-gvern irnexxielu jġib lejn Malta sabiex dan is-settur ikompli jikber u jissaħħah. "Dan il-gvern hu kommess li jkompli jkattar il-qasam tas- saħħa f 'pajjiżna u qatt daqs illum ma' kien hawn żmien daqstant eċitanti f 'pajjiżna fejn apparti l-investiment li qed inġibu lejn Malta, qed jiżdiedu l-opportunitajiet ta' mpjiegi u karrieri għal min jixtieq jaħdem f 'dan il-qasam." Huwa temm billi awgura lit-tobba l-ġodda għax- xogħol ġdid tagħhom. Kważi 100 tabib ġdid fl-isptarijiet tal-gvern

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015