Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 Applikazzjoni miċħuda darbtejn Ikompli minn paġna 1 Kif jixhdu r-ritratti li bagħtulna numru ta' nies li jgħixu jew li jaħdmu l-art fil- viċinanzi, l-ħsara li saret hija konsiderovoli ħafna u jista' jindika li x-xogħol sar minn makkinarju ta' kostruzzjoni. Apparti minn hekk huwa ovvju li dan ix-xogħol impatta bl-ikrah id-dehra ta' wieħed mill-isbaħ widien f ' Għawdex. Ma' dan il-ġurnal, Said kompla jgħid kif kunsilli preċedenti kienu oġġezzjonaw għal applikazzjonijiet simili biex ikun hemm żvilupp ta' trejqa żgħira fl-inħawi. Barra minn hekk, persuni li tkellmu mal-ILLUM qalu li l-bidwi ilu japplika għal dan l-iżvilupp għal dawn tal-aħħar disa' snin iżda dawn l-applikazzjonijiet ġew miċħuda għal darba, darbtejn mill-MEPA. Is-Sindku tan-Nadur qal li normalment, il-kunsill jiġi mgħarraf bi żvilupp fil-lokal, u li f 'kwalunkwe każ il- kunsill ikun jista joġġezzjona għall-iżvilupp. Dwar l-iżvilupp f 'Wied Riħan, Said qal li l-kunsill qatt ma kien infurmat b' dan l-iżvilupp u kien biss wara bosta lmenti li hu, flimkien ma' kunsilliera oħrajn, marru fuq il-post biex jaraw x'inhu jiġri. Sussegwentement, il-kunsill lokali għamel rapport lill- MEPA ħamest'ijiem ilu. Said qal li għandu "suspett kredibbli" f ' persuna partikulari imma ma xtaqx jiżvela ismu ma' dan il- ġurnal. Quotations are to be submitted by not later than Wednesday 22 July 2015, 11:00 am. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Calls for Quotations Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future ESF 2.139 INCREASING ACCESSIBILITY , FLEXIBILITY AND INNOVATION TO MCAST LIFE�LONG�LEARNING COURSE OFFER Services of experiential knowledge experts in the following sectors: Q.63/2015 – Joiner (Woodworker) Q.64/2015 – Furniture Factory Woodworker MCAST is requesting quotations for services related to the identification of tasks that characterise experiential knowledge in the vocational sectors identified above. The Experiential Knowledge Experts shall be required to draw up tasks that are typically conducted by individuals in the specific sectoral occupations and link these tasks to learning outcomes and specific MCAST courses. The quotation documents can be viewed by accessing http://www.mcast.edu.mt/topmenu/tendersand quotations/quotations/quotationsnews/tabid/149/id/1220/services-of-exper iential-knowledge-experts-in-various-vocational-sectors.aspx "Politikanti m'għandhomx post fil-MEPA" Erba' għaqdiet ambjentali sostnew li għal kuntarju ta' stqarrijiet "qarrieqa u żbaljati" min-naħa tal-Gvern, l-għaqdiet mhumiex favur il-firda tal-MEPA hekk kif proposta, iżda għal kuntrarju huma kontra hemm kif din isaħħaħ l-indħil politiku. "Fi sforz biex tiġġustifika l-liġijiet proposti tal-firda tal-MEPA, l-Gvern qed jagħti messaġġi żbaljati u qarrieqa," qalu l-għaqdiet. Fi stqarrija, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Assoċjazzjoni Ramblers, Friends of the Earth u l-MOAM, qalu li fl-ebda mument ma taw l-appoġġ tagħhom favur il- firda tal-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar hekk kif din ssaħħaħ l-kontrol tal-ministri fuq l-ippjanar. "Il-firda proposta bħalissa ddagħajjef l-ambjent, u aktar minn hekk, l-ambjent qed jiġi relegat għal sempliċiment entità oħra ta' gvern li tista tiġi kkonsultata b' kapriċċ," huma sostnew. L-għaqdiet komplew jgħidu li grazzi għar-riforma prevista, il-politiċi mhux biss ikollhom kontroll fuq il-ħatra ta' membri fuq bordijiet tal-MEPA, iżda wkoll fil- publikazzjoni u aċċessibbilità ta' informazzjoni lill-pubbliku. "Politkanti m'għandhomx post fil-MEPA. Deċiżjonijiet għandhom jitħallew biss f 'idejn esperti tekniċi u danwara li jsiru studji professjonali u imparzjali - prattiċi li f ' dawn l-aħħar snin ġew nieqsa mill-politika tal-MEPA," huma qalu. "L-unika riforma li se ttejjeb l-ispazji miftuħa f ' Malta u li se tagħmel differenza fil-livell ta' għajxien tar-residenti u fil-livelli tat-turiżmu u l-ekonomija f ' pajjiżna, hija riforma fl-iskop aħħari tal- politċi Maltin," tennew jgħidu l-għaqdiet ambjentali. "Ir-realtà hija l-firda hekk kif proposta se ddgħajjef l-ambjent u l-protezzjoni ta' żoni barra mill-iżvilupp. Il-liġi l-ġdida tinjora wkoll l-impatt tal-iżvilupp fuq residenti, hekk kif l-impatt soċjali qed jiġi kompletament injorat," qalu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015