Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 7 Jittellgħu iktar minn 20 kilo kannabis mill-baħar taż-Żonqor FTIT jiem biss wara li grupp ta' għaddasa sabu borża b'madwar 20 kilo fi blokki ta' raża tal-kannabis fil-bajja tax-Xwejni limiti taż-Żebbug, Għawdex, ilbieraħ l-pulizija għamlet sejba simili, din id-darba fiż-Żonqor, Marsaskala. Il-pulizija qalet li għall- ħabta tad-8.45 ta' filgħodu, hija rċeviet telefonata anonima li fuq il-blat fiż- Żonqor kien hemm reċipjent tal-plastik suspettuż. Fuq il-post, il-pulizija sabu kontenitur ikħal li kien fih 21 kilo ta' blokok suspettati li huma raża tal-kannabis. Jidher ukoll li kien hemm iktar minn 200 blokka u li dawk ilaħħqu valur ta' eluf ta' ewro. Mhux jiġi eskluż li ż-żewġ każijiet ta' importazzjoni ta' droga huma relatati u li mistenni li jittieħdu xi marki ta' swaba minn fuq il- pakketti li nstabu fix-Xwejni u fiż-Żonqor sabiex jitqabblu. Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ, ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Campus, Għajnsielem. JF De Chambray Street, Għajnsielem, Gozo website: mcast.edu.mt - tel: 23987100 Nirien qawwija jaħkmu fabbrika f ' Ħal Qormi Ħadd ma weġġa' il-bieraħ wara nofsinhar wara li nirien kbar ħakmu parti mill-fabbrika ta' Nylon Knitting fi Triq Manwel Dimech, f ' Ħal-Qormi. Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta ta' 12.20 u li x'aktarx in-nar beda wara li xi skart u ħaxix fuq in-naħa ta' wara tal-fabbrika qabad. Mhux magħruf jekk dan ħax in-nar minħabba t-temperatura għolja jew intenzjonalment. Duħħan kbir deher minn diversi partijiet ta' Malta. Għal xi ħin, impjegati u klijienti li kienu fil-PAVI supermarket kienu evakwati wara li l-alarm ta'kontra n-nar daqqet minħabba d-duħħan fil-madwar. F'messaġġ, il-PAVI qal li ħadd ma kien f 'riskju fl- ebda ħin u li l-evakwazzjoni kienet biss miżura ta' sigurtà. Fuq il-post membri tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin. Koppja tweġġa gravi wara li tinqaleb b' quadbike RAĠEL ta' 23 sena u passiġġiera Svizzera ta' 21 sena soffrew ġrieħi gravi wara li nqalbu b'quadbike fis-sigħat bikrin tal-bierah. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00 ta' filgħodu fix-Xatt ta' San Ġorġ f ' San Ġiljan meta għal xi raġuni ġuvni ta' 23 sena mill-Italja tilef il-kontroll u b' konsegwenza nqaleb bil-quadbike li kien qed isuq. Mar-raġel kien hemm ukoll passiġġiera, żagħżugħa ta' 21 sena mill-Isvizzera li wkoll weġgħet. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huma ġew iċċertifikati li qegħdin isofru ġrieħi gravi iżda ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.