Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
8 illum | Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 "Nibża li binti bla valuri u Mill-Qorti MATTHEW AGUIS magius@mediatoday.com.mt ILMEMBRU Parlamentari Nazzjonalista Kristy Debono li saret omm ftit iktar minn tliett xhur ilu tistqarr mal- ILLUM li l-akbar biża' tagħha huwa li bintha, Serena Dawn, titla' f 'soċjeta' nieqsa mill- valuri tal-imħabba u r-rispett lejn l-ambjent. F'intervista li fiha nitkellmu dwar diversi suġġetti, naturalment l-aktar il-politika, Debono tistqarr illi hija kontra l-abort, favur drittijiet ta' persuni gay u kontra l-possibilita' li f 'pajjiżna jiftħu porn jew sex shops. Dwar l-abort l-ILLUM jistaqsi lil Debono taħsibx li wasal iż-żmien li tal-anqas is-suġġett ikun diskuss, bir-risposta tagħha tkun "jekk b'diskussjoni irridu nfissru diskussjoni li tispiċċa partiġġjana, mela le ma naqbilx". Tagħmilha ċara illi hija kontra l-abort mija fil-mija "għax m'hemm ebda raġuni valida għaliex int għandek tneħħi ħajja ta' xi ħadd, speċjalment meta tiftakar li hemm tant mijiet ta' ġenituri li lanqas jistgħu jkollhom tfal". L-ILLUM ifakkar li hemm min jargumenta li "ġismi tiegħi u nagħmel bih li rrid" b'Debono tgħid bl-aktar mod ċar illi ma' dan l-argument ma' tistax taqbel. "Lanqas jekk ma jkollokx tarbija m'għandek dritt tagħmel li trid b'ġismek, għax jekk tagħmel il-ħsara lilek innifsek tkun teħtieġ il-kura li, wara kollox is-soċjeta' kollha trid tħallas għaliha. Aħseb u ara kemm tista tagħmel li trid b'ħajjet ħaddieħor". Il-Ftuħ ta' sex shops huwa rigress Dan il-ġurnal staqsa lid- Deputata Nazzjonalista l-istess mistoqsija li staqsa numru ta' nies dwar il-possibilita' tal-ftuħ ta' sex jew porn shops fil-pajjiż wara bidliet proposti riċentament. Debono ma tantx tomgħoda "għalija dan rigress u onestament ma naħsibx li hija xi ħaġa li għandna niftaħru biha. Għalkemm fil- liġi għadni ma dħaltx fiha ma nistax nara x'benefiċċju jista jkollhom dat-tip ta' ħwienet". Mistosija minn dan il-ġurnal kif se tivvota ladarba dawn l-emendi jaslu l-Parlament hija qalet illi l-ewwel trid tara x'pożizzjoni se jieħu l-PN u li l-ewwel teħtieġ li tidħol aħjar fil-liġi. Għalfejn astjeniet fil-vot dwar l-Unjoni Ċivili Debono tistqarr illi hija dejjem kienet u tibqa favur drittijiet ugwali u taqbel mal-kunċett ta Unjoni Ċivili bejn persuni tal-istess sess, għalkemm stqarret li għaliha dejjem kien punt ta' tħassib l-adozzjoni minn koppji gay. Mistoqsija għalfejn kellha jew għad għandha dan it- tħassib hija tgħid li minkejja li fil-verita' huwa irrelevanti min irabbi t-tfal, xorta tħoss li l-figura ta' omm hija importanti ħafna. "Forsi jien nirraġuna hekk għax tlift lil missieri ta' eta' żgħira u allura naf iktar xi tfisser il-figura tal- omm" saħqet Debono li spjegat kif tħoss li n-nuqqas tal- omm jista jkun ta' żvantaġġ. Dwar il-politika tal-PN f 'dan il-qasam hija tgħid illi fil- verita' l-pożizzjoni tal-partiti huma qrib xulxin għalkemm tikkritika lill-Gvern preżenti li m'għamilx l-istudji neċessarji li wiegħed li se jagħmel qabel idaħħal liġi li tippermetti adozzjoni minn persuni tal- istess sess. Dħalt fil-PN minħabba l-kwistjoni tal-UE Mal-ILLUM Kristy Debono tistqarr illi l-kwistjoni li ressqitha lejn il-PN kienet dik dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. "Dak iż- żmien iddeċidejt li nissieħeb fil-partit għax kont nemmen fil-viżjoni ta' Malta bħala membru sħiħ tal-UE u għax ma kontx nara alternattiva għal Eddie Fenech Adami". Id-diskors jaqa' fuq l-eks- Prim Ministru Fenech Adami li hi tqisu bħala "leġġenda u ġgant politiku". Għalkemm ma tiftakarx is-snin 80, meta dan il-politiku kiber fl-istatura tiegħu, "xorta nħoss li dan il-bniedem kien strumentali għad-demokrazija u l-liberta' tal-kelma f 'pajjiżna. Dak iż- żmien kienet ta' ftaħir li tkun Nazzjonalist", qalet Debono. L-MP Kristy Debono titkellem mal-ILLUM dwar ħajjitha bħala omm u politikanta Seba' xhur għax seraq iPhone minn Havana RAĠEL Rumen li ammetta li seraq iPhone minn stabbiliment ġewwa Paceville ngħata piena ħarxa mill-qrati sabiex jiskoraġixxi reati simili. Lucian Grecu ntbagħat seba' xhur ħabs wara li ammetta li kien seraq iPhone 6 minn klijent tal-klabb Havana, fis- sigħat bikrin tas-27 ta'Ġunju li għadda. Grecu kien tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia mill-Ispetturi John Spiteri u Matthew Spagnol, mixli b'serq, iżjed kmieni dax- xahar. Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Farrugia kkummenta li kien innota żieda inkwetanti fin- numru ta' serqiet ta'tagħmir elettroniku u oġġetti personali simili minn stabbilimenti tad- divertiment, partikolarment Paceville u l-inħawi tal- madwar. Kien determinat li jibgħat messaġġ ċar li serqiet ta'din ix-xorta kienu ser jiġu puniti bi ħruxija mill-qrati tagħna. Minn-naħa l-oħra, il-qorti kkunsidrat il-fatt li Grecu kien ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri u kien ikkoopera mal-Pulizija fl- istħarriġ tagħhom – stħarriġ li spiċċa bl-arrest ta'persuna kompliċi f 'dan ir-reat u li bħalissa għaddej minn proċeduri kriminali separati. Avukat mkeċċi mill-professjoni AVUKAT ta' 41 sena li kien ġie mkeċċi mill- professjoni legali wara li nstab ħati ta frodi fl-2007 din il-ġimgħa ġie mogħti sentenza sospiża għal misapproprijazzjoni. Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera semgħet kif, bejn l-2007 u l-2008, l-eks avukat Reuben Micallef kien misappoprija madwar €7,000 minn anzjana li kienet qabbditu jagħmel riċerki relatati mal-wirt ta' zijuha. L-anzjana kienet fetħet proċeduri kontra l-avukat wara li baqa' ma tax kopja tar-riċerki lill-klijenta, u dan wara diversi xhur fejn kienet titlobhomlu u hu kien dejjem isib skuża. Il- qorti kienet ġiet infurmata li sad-data tas-sentenza, dawn ir-riċerki kienu għadhom pendenti. Iżda din ma kinitx l-ewwel darba li Micallef kien xellef difru mal-ligi. Fl-2007, l-avukat kien ġie akkużat li ddefroda lil Audio, Standard Electronics Ltd, KVH Computers, Infomate Ltd, Vision 2000, Biedbug Development Ltd u Raymond Briffa elf lira Maltin kull wieħed, fuq numru ta' xhur u fl- 2009 kienet ġiet sospiża l-warrant li tippermettilu jipprattika l-professjoni t'avukat. Eventwalment il-warrant ittieħditlu b'mod permanenti. Ma' dan wieħed għandu jżid jgħid li f 'Mejju li għadda, il-qrati kienu sabu lil Micallef ħati ta' frodi, wara li kien uża fondi ta' klijent tiegħu bħala garanzija bankarja għal self personali. Ta' dan Micallef kien ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erbgħa snin. F'din il-kawża wkoll, Micallef instab ħati, din id-darba ta' misapproprijazzjoni. Fis-sentenza tagħha, il- qorti osservat li għalkemm ir-reat kien wieħed li jistħoqqlu piena ta' ħabs effettiv, u dan peress li ġiet kommessa minnu fil- kapaċità tiegħu t'avukat, il-ħati kien diġà radd il-flus kollha lura lill-vittma u għaldaqstant issospendiet is-sentenza ta' 18-il xahar ħabs għal erba' snin. Multa wara li jinqabad jarmi skart illegali RAĠEL li nqabad bil- kameras jarmi kontenituri tal-plastik mimlija żejt maħruq ħdejn wied fil- Kalkara ġie mmultat €2,330 wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti semgħet kif il- Ħamis, Matthew Calleja, ta' 36 sena, minn Ħaż-Żabbar, deher jarmi xi skart illegali f ' Wied Għammieq, il-Kalkara. Iż-żona hija mgħamra b' bosta kameras tad-Direttorat tad- Tindif. Il-Maġistrat Doreen Clarke semgħet kif l-imputat mar fuq il-post bil-karozza ta' kuġinuh, Simon Azzopardi. Huwa mifgħun li l-akkużat kien saqsa lil kuġinuh jekk jistax jittrasporta xi affarijiet, iżda l-akkużat ma żvelax x' kienu. Fil-Qorti, l-imputat ammetta li rama skart illegalli fil-wied u huwa ġie ordnat li jħallas multa ta' €2,330. Madankollu, l-karozza li l-imputat uża ma ġietx ikkonfiskata.