Illum previous editions

illum 19 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 | illum 9 binti titla' f 'soċjetà rispett" Allura illum m'għadux ta' ftaħir li tkun Nazzjonalist, staqsa l-ILLUM. "Iva dażgur li għadu" tgħid Debono, li tammetti wkoll iżda li dak iż-żmien il-PN kien fl-aqwa żminijiet tiegħu. L-ILLUM jirrimarka kif hija bdiet tistabilixxi ruħha fil-PN lura fl-2006 meta l-PN żgur li ma kienx fl-aqwa tiegħu. Għalhekk dħalt fil-politika dak iż-żmien? Għax ħassejt li l-PN kellu bżonnok? "Ħassejtni fil-post it-tajjeb, kif dejjem ħassejtni. Dak iż-żmien il-PN imexxi minn Lawrence Gonzi kien sab sfidi ekonomiċi kbar. Il-PN sab problemi ekonomiċi kbar u xorta l-ekonomija tal-pajjiż baqgħet miexja 'l quddiem". Allura l-ILLUM jistaqsi lil Debono kif il-PN xorta kellu disfatta tant kbira bid- Deputata tgħid illi r-riżultat tal-2013 kien l-aktar kwistjoni ta' "żmien" li l-PN kien ilu fil-Gvern. "Kienet naturali li jkun hemm bidla u kien hemm Joseph Muscat, mexxej ġdid". Hija tgħid li Muscat kellu kampanja tajba ħafna li kkonċentrat fuq minoranzi, li flimkien għoddew ħafna. Minkejja dan hija żżid tgħid li l-poplu ma ngħatax il-ġenna, li skontha, Muscat wiegħed. Fiduċjuża li nirbħu l-elezzjoni li jmiss Ma setgħax jonqos li Debono titkellem ukoll dwar il-Kap preżenti tal-PN Simon Busuttil li fl-opinjoni tagħha irnexxielu "jerġa jgħaqqad lill-partit u jirkupra ħafna mill-voti li tilef fl-aħħar elezzjoni ġenerali". Mistoqsija b'mod dirett jekk taħsibx li l-PN jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss Debono stqarret illi mill-house visits li qed tagħmel "qed insir fiduċjuża li nirbħu l-elezzjoni ġenerali li ġejja". Tarbija ġġib ferħ li ma tispjegahx Intant l-intervista tagħlaq fuq l-fatt li ftit xhur ilu Debono saret omm. "Li tkun omm ġġib ferħ li ma tistax tispjegah f 'ħajtek. Naturalment il-ħajja tinbidel u l-ħin jonqos". Hija ssellem u tirringrazzja lin- nanniet li b'dedikazzjoni qed jieħdu ħsieb u jagħtu minn ħinhom għat-trobbija tat-tfal. "Il-valur tan-nanniet fid-dinja tal-lum huwa imprezzabbli, Allaħares ma jkunux huma" temmet tgħid Kristy Debono. Notice of meeting to be held in public e Malta Environment & Planning Authority will meet on ursday 23 rd July, 2015 at 14:00 hours at the MEPA boardroom, St. Francis Ravelin, Floriana, to discuss the following: CONSIDERATION OF MODIFICATION/ REVOCATION OF DEVELOPMENT PERMITS IN ACCORDANCE WITH ARTICLE 77 OF THE EDP ACT: PA 2610/07: Site at, Triq Gebel Għazzara, Burmarrad. To construct maisonettes and ats with underlying garages. DETERMINATION OF DEVELOPMENT CONTROL APPLICATION: PA 0499/15: Site at, area known as Ta' Simblija, Triq l-Inkwina, Triq il-Forga, Naxxar. General amendments to PA06678/02 including minor internal alterations, addition of amenities and spa, alterations to pool area, sanctioning of storm water reservoir, sanctioning of minor recongurations to general arrangements, and related changes to elevations. Subject to the maximum seating capacity, seats can be reserved on request for the applicant and registered objectors. Remaining seating is lled on a rst come rst served basis. RESERVATIONS: 2290 2018 17 th July, 2015 www.mepa.org.mt Il-Gvern se jibqa' "viġilanti" fuq it-Trasport Pubbliku ILMINISTERU għat- Trasport u l-Infrastruttura sostna li se jkompli jkun viġilanti fuq l-operatur tat- trasport pubbliku biex jara li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin, is-servizz ikompli ġej għall-aħjar u dan minkejja li anke llum, l-Oppożizzjoni għażlet li tkompli bil- gambetti għall-ħidma tal- Gvern f 'dan is-settur. "Ikun għalxejn li l-Oppożizzjoni tipprova, bil-modi tagħha, tagħti l-impressjoni li rrepetiet l-istorja ta' meta bdiet topera l-kumpanija Arriva, għax iċ-ċifri dejjem jiżdiedu ta' passiġġieri li qegħdin jużaw is-servizz b'suċċess jitkellmu waħedhom. Sa mill-ewwel ġranet li beda jopera s-servizz il-ġdid, il- kumpanija rrapportat li kien hemm mal-160,000 persuna li diġà rreġistraw għal- tallinja card b'suċċess, ċifri inkoraġġanti ħafna li qed jiżdiedu kuljum." Il-Ministeru qal li "minkejja li kien hemm xi ftit tal-problemi fl-ewwel ġranet sakemm bdiet tindara s-sistema l-ġdida tal-cards, dawn ġew indirizzati u fi ftit ġranet il-poplu diġà aċċetta din il-bidla fil-kultura. Il-Gvern se jkompli jaħdem biex jara li l-problemi li għad fadal jissolvew u s-servizz ikompli jitjieb". Barra minn hekk, is-servizz tat-trasport pubbliku se jkollu żieda fil-frekwenzi u estensjoni ta' rotot li diġà jeżistu biex il-pubbliku jkun moqdi aħjar milli huwa llum. Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li fil-ġranet li għaddew, waslu Malta 40 karozza tal-linja ġdida li tqiegħdu fis-servizz, waqt li fil-ġimgħat li ġejjin se jkompli jiżdied in-numru ta' karozzi tal-linja biex ikopru r-rotot il-ġodda.Ir- rotot diġà bdew f 'Għawdex mingħajr problemi u f 'Malta se jibdew jitħaddmu fil-ġimgħat li ġejjin. Fil- waqt li l-Gvern itenni li l-kuntratt se jiġi ppubblikat fil-mument opportun, kif intqal kemm-il darba mill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi fil- Parlament, tajjeb li wieħed jinnota li l-Oppożizzjoni fl-ebda mument ma ħasset il-ħtieġa li tiċħad dak li qal il-Ministru dwar l-allegazzjonijiet foloz u li jqarrqu li saru mill- Oppożizzjoni f 'perjodu tant sensittiv għal pajjiżna, meta l-Gvern kien għadu qed jinnegozja l-aħjar kundizzjonijiet għall-poplu Malti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 July 2015