Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/542975
10 illum | Il-Ħadd 19 ta' Lulju 2015 ILTQAJT ma' Michael Formosa li hu s-segretarju amministrattiv tas- soċjetà La Stella, awditur żagħżugħ li ħajtu f 'kull tielet ġimgħa ta' Lulju ddur kollha madwar il-festa ta' San Ġorġ Magalomartri li tiġi festeġġjata fir-Rabat Għawdex bħal-lum. Festa li għaliha jitilgħu ħafna Maltin, speċjalment Qriema Ġorġjani li għal ġimgħa sħiħa joħonqu kull rokna ta' Għawdex u kull filgħaxija jiffesteġġjaw mal-Ġorġjani Għawdxin din il-festa mill-kbar li hemm f 'Għawdex. Festa li, skont huma, hi waħdata' poplu għax mimlija "dimostrazzjonijiet" bi briju mill-aqwa, fejn kull pjazza fir-Rabat tkun mimlija b'mod li ma jkunx hemm fejn toqgħod labra. Michael Formosa qalilna li l-festa ta' San Ġorġ hi l-unika waħda f 'Għawdex li fiha jiġu organizzati erba' dimostrazzjonijiet, li huma marċi kbar tal- massa kollha briju. Jagħmlu dimostrazzjoni, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa. Matul il-ġimgħa ta' festa jkun hemm ħames baned Maltin mistiedna li huma ż-żewġ baned ta' Ħal Qormi, Anici u San Ġorġ, ta' Santa Katarina taż-Żurrieq, ta' San Mikiel, ta' Ħaż- Żabbar u l-King's Own tal- Belt, li huma ħames baned li magħhom iġorru ħafna partitarji u jkomplu jimlew it-toroq tar-Rabat f 'din il- ġimgħa hekk imsejħa ta' San Ġorġ. Is-soċjetà La Stella ma toqgħodx tħares minn sena għall-oħra u dejjem toħlom bi proġetti ġodda għal festa. Din id-darba min se jmur għal San Ġorġ se jkun jista' jara sett ta' bandalori quddiem il-każin u dekorazzjonijiet ġodda. Formosa qalli wkoll li anke n-nar ta' San Ġorġ hu mill- iprem u jinġieb mill-aqwa kmamar tan-nar f 'Malta. "Il-festa ta' San Ġorġ hi spettaklu sħiħ." Innutajt, bħal ħafna, li l-Ġorġjani jsejħu lil San Ġorġ bħala "megalomartri" li dwarha Michael spjega kif din tfisser li hu l-prinċep tal- martri. "Din mhix xi unur li tajnieh aħna iżda msejjaħ hekk mill-Knisja." Kull festa f 'Għawdex hemm tradizzjoni li ssir dimostrazzjoni li tkun normalment tliet ijiem qabel il-festa. Iżda l-festa ta' San Ġorġ għandha erba' dimostrazzjonijiet li jibdew bl-innu l-kbir. Mistoqsi xi tfisser innu l-kbir Formosa qalli li hi kompożizzjoni klassika mill-banda bit-tenur u l-kor tat-tfal. Iżda bla dubju, l-akbar marċ hu dak tal-lum (il- Ħadd) fil-11am li hu meqjus bħala 'street party' enormi u li skont is-segretarju amministrattiv l-briju fih jkun wieħed enormi u li kważi daqs il-marċi lokalment popolari tal- Ħamrun. Interessanti wkoll f 'din il-festa hu l-ħruġ tal-vara ta' San Ġorġ mill-Bażilika fejn waqt l-innu l-Kbir jiġi milqugħ bil-palm. Xena spettakolari li ma ssir imkien fil-gżejjer Maltin. Min iħobb il-festi żgur li m'għandux jitlef il-ħruġ ta' San Ġorġ mill-bażilika. L-Istorja tal-Bażilika Komunità Kristjana fil- qalba tar-Rabat fejn illum hemm il-parroċċa ta' San Ġorġ kienet diġà teżisti madwar 500 sena WK. Għal ħafna snin il-knisja ta' San Ġorġ tal-Ħaġar kienet l-uniku parroċċa li sservi l-gżira ta' Għawdex. Għalkemm ftit hu magħruf dwar l-għeruq antiki tal- parroċċa minħabba nuqqas ta' dokumentazzjoni, fl-1456 l-arċipriet kien Don Filippo Guevara. Minn evidenza arkeoloġika hu magħruf l-ewwel darba li nbniet knisja ddedikata lil San Ġorġ probabbilment kienet inbniet flok tempju pagan. Wara dan kienet inbniet diversi drabi oħra. Iżda l-istruttura tal-lum ilha hemm mill-1678 u kienet l-ewwel knisja mibnija f 'forma ta' salib li nbniet f 'Għawdex. Il-ġnub ġew miżjuda fl-1930. Dawn huma l-avvenimenti importanti fl-istorja tal- Bażilika - • Fl-1450 kienet fost il-ftit parroċċi li ġew mogħtija indulġenza speċjali matul is-sena Qaddisa proklamata mill-Papa Nikola V. • Fl-1678, Mattia Preti ġie kkummissjonat li jagħmel l-pittura titolari ta' fuq l-artal li turi lil San Ġorġ fuq iż-żiemel. • Fl-1839 l-istatwa tal- injam ta' San Ġorġ kienet ikkummissjonata lil Pietro Paolo Azzopardi, u kienet l-ewwel statwa titulari fil- gżira. • Fl-1955 kienet separata bħala parroċċa awtonoma wara aktar minn 250 sena magħquda mal-matriċi Għawdxija L-istorja tal-Festa It-23 ta' April hija l-ġurnata li fiha jitfakkar il-Martirju ta' San Ġorġ bil-qtugħ ir-ras fuq ordni tal-Imperatur ta' Ruma Djoklezjanu. Sa minn meta l-qima lejn San Ġorġ daħlet f 'Għawdex, jum it-23 ta' April baqa' jiġi miżmum bħala l-festa tal-Qaddis Protettur ta' din il-gżira. Il- festa f 'din il-ġurnata baqgħet tiġi ċċelebrata u mill-qedem kienet meqjusa bħala l-festa prinċipali tal-gżira. Fix- xahar ta' April, ġeneralment, jaħkem temp ikrah, fejn mhux l-ewwel darba li tagħmel ix-xita u jaħkem ħafna riħ. Dan it-tip ta' temp, meta kien jaħkem, kien itellef ħafna mill-atmosfera brijuża tal-festa fost il- parruċċani. Ħafna drabi l-festa ta' San Ġorġ kienet tisfratta u titħassar. Fit-23 ta' April 1869 saret l-aħħar ċelebrazzjoni tal-festa ta' dan il-qaddis. Is-sena 1870 rat din il-festa tiġi ttrasferita għal data oħra u bdiet tiġi ċċelebrata fir-raba' Ħadd fuq l-Għid għax f 'dak iż-żmien San Ġorġ Għawdex illum@mediatoday.com.mt John Busuttil