Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 ILPUNT Iż-żgħażagħ jiddevertu biss iridu E jjew nibdew billi niddefenixxu l-kunċett 'żgħażagħ', għax faċli naqgħu fin-nassa li ngħidu li 'it is all black and bleak' u ninterpretaw liż-żgħażagħ bħala sotto-kultura li hija abbużiva, diżinteressata u ma tikkontribwixxix għall- iżvilupp tas-soċjeta'. Irridu noqgħodu attenti wkoll li ma nħarsux lejn din il- minorita' bħala popolazzjoni omoġenika, fejn kulħadd huwa l-istess. Fil-fatt, għal xi raġuni jew oħra, il-perspettivi tas- soċjeta' fuq iż-żgħażagħ huma, ħafna drabi, negattivi. Dan dejjem hekk kien matul is-snin, fejn dejjem ħarisna lejn iż-żgħażagħ bħala popolazzjoni li toħloqilna d-diffikultajiet biss. Forsi meta jiġu f 'moħħna ż-żgħażagħ, l-ewwel ħaġa li naħsbu hija li jħobbu jiddevertu u li kull ma jinteresshom huwa dan. Sa ċertu punt dan veru, ngħiduha kif inhi. Iż- żgħażagħ iridu jizfnu, jiltaqgħu ma' xulxin, jiċċajtaw, jinħabbu – insomma jgħixu l-ħajja bl-anqas irbit possibbli. Li ma naqbilx huwa li min- naħa l-oħra imbaghad ma jinteressahom xejn, għax ma naħsibx li huwa l-każ, altru minn hekk. In fatti wieħed jara mijiet ta' żgħażagħ li huma impenjati f 'diversi attivitajiet soċjali, kulturali, politiċi, sportivi kif ukoll fil- volontarjat. Iż-żogħżija hija perjodu turbolenti, dejjem hekk kienet, imma anke żmien eċċitanti fil-ħajja tal-persuna. Veru wkoll li l-għalliema, il-ġenituri u l-'youth leaders' jlaqqtu mhux ftit mill- problemi ta' dik l-eta', pero' kif jgħidu l-istudjużi huwa l-aqwa żmien biex jitghallmu jikkonċepixxu l-ħsieb astratt. Huwa ż-żmien meta jibdew jifhmu kunċetti bħall-imħabba, drittijiet, responsabilitajiet, identita' u ġustizzja, fost oħrajn. Stanley Hall, isejjah dan il-perjodu bħala wieħed ta' Storm and Stress. Margaret Mead, tgħid, illi l-imġieba tal-adoloxxenti hija frott tal-kultura. Piaget, isejjaħ dan iż-żmien bħala fażi ta' konflitti għax il -persuna tkun żviluppat l-cognitive ability li tirraġuna u tiddiskuti fuq livell t'adult. Għalhekk irridu nifhmu liż-żgħażagħ f ' dan il- kuntest ukoll, kuntest ta' ħafna żvilupp t'emozjonijiet u ta' sentimenti kumplessi . Nemmen li d-divertiment u kif jgħaddu l-ħin liberu huwa sempliċiment proċess ta' kif jiskopru lilhom infushom u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Huwa fatt li ż-żgħażagħ jisfidaw l-preġudizzji tagħna. Jeħduha kontra dak li aħna mdorrijin naċċettaw bħala fatt. Iż-żmien taż-żogħżija hija eta' fejn l-ikbar interess u l-fokus huwa li jkunu ma' xulxin, li jesploraw, jibnu r-relazzjonijiet tagħhom, li jkollhom opportunita' biex permezz ta' sħabhom jfasslu l-personalita' tagħhom. Sfortunatament, bħal ma jiġri dejjem, iż-żgħażagħ inqishom bħala d-dekadenza tas-soċjeta', dejjem hekk għamilna, minħabba li ma jikkonformawx ma' kif jagħmlu l-adulti jispiċċaw jitqiesu bħala dawk li jridu joħolqu diżordni soċjali, dawk li l-valuri tagħhom huma kontrastanti mal- kumplament tal-komunita'. Dan rajnih minn dejjem, meta bdew id-'discos', meta ż-żgħażagħ bdew ipejpu, meta daħal iz-zfin u 'rock and roll' anke fiċ-ċentri taż- żgħażagħ, insomma minn era għall-oħra naraw liż- żgħażagħ bħala popolazzjoni li donnhom qegħdin hemm biex joħolqulna l-problemi u biex jisfidaw l-'istatus quo' u dan, lilna adulti, jpoġġina taħt ċerta pressjoni u biża'. U ejja ngħiduha kif inhi. Jien dejjem ngħid, poġġi grupp ta' żgħażagħ f 'nofs għalqa u żgur jieħdu gost ma' xulxin għax iż- żgħażagħ, intrinsikament, jinteressahom li jgħixu flimkien, li jkunu ma' xulxin. Veru wkoll li d-divertiment organizzat, il-pubs, il-clubs, id-diskoteki u l-ħwienet tax- xorb joħolqu ambjent fejn id-divertiment ikun qed jiġi supplimentat mill-mużika, xorb u l-ispirtu liberu, elementi li għaż-żgħażagħ jibqgħu kruċjali. M'hemmx dubju li f ' dan il-kuntest kollu hemm ċerti sfidi. L-ewwel sfida hija l-esplojtazzjoni fil-prezzijiet b' mod partikolari tax-xorb. Mingħajr dubju din sfida kbira li għandna, l-abbuż minn xi industrijalisti fis- settur huwa fenomenali. Problema oħra li donnha qiegħda tiżviluppa malajr ħafna hija l-kultura tal- alkoħol li qed tidħol qisha ferrovija fis-sistema tagħna u m' ahniex nirrikonoxxu l-problemi li qed jinbtu. Mhux għax jien xi bigott u ma rridx liż-żgħażagħ jixorbu, altru minn hekk. Li qiegħed ngħid huwa li l-konsum qed jiżdied b'mod esaġerat u issa xi żgħażagħ ma jafux jiddevertu mingħajr ma jixorbu. Dan, naturalment, ikollu konsegwenzi fuq il-luċidita' tad-deċiżjonijiet li jittieħdu, fuq ir-relazzjonijiet, fuq is-sewqan, fuq is-saħħa fizika. L-aċċess għad-droga u d-droga bħala pedina fil- proċess ta' divertiment hija wkoll diffikulta' li qegħdin niffaċċjaw il-ħin kollu. Madankollu naħseb li l-isfida li għandna hija li mingħajr ma niddefsu żżejjed fid-divertiment taż-żgħażagħ hemm bzonn nipproteħuhom billi nipprovdu informazzjoni, aktar sigurta' u naraw aktar 'youth workers' jaħdmu f 'dak il-kuntest. Dr Andrew Azzopardi Senior Lecturer, Department of Youth and Community Studies Faculty for Social Wellbeing, University of Malta & Broadcaster - Ghandi xi Nghid W: www.andrewazzopardi. org "Huwa fatt li ż-żgħażagħ jisfidaw l-preġudizzji tagħna. Jeħduha kontra dak li aħna mdorrijin naċċettaw bħala fatt" AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT ANDREW AZZOPARDI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015