Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 D arba l-pittur Ingliż John Turner kien għadu kemm spiċċa jpinġi wieħed mill- kwadri famużi tiegħu. Bgħat għal wieħed ħabib tiegħu biex jistaqsih x'jaħseb mill-biċċa xogħol li kien għadu kemm spiċċa. Sieħbu, wara li għamel xi ħames minuti jħares lejha f 'silenzju taqtgħu b'sikkina qallu hekk: "Li kieku ma kienx għal gwarniċ, kieku għandek opra t'arti." Il-messaġġ kien ċar. Biċċa xogħol, tajba, mhux kemm hi tajba fiha nnifisha iżda, aktar importanti, l-mod kif tkun ippreżentata. Fl- opinjoni tiegħi din ir-regola hija wkoll applikabbli għal kull Gvern li jkun qiegħed imexxi pajjiz. Jekk dak li jagħmel ma jkunx preżentat tajjeb, ix-xogħol kollu tajjeb li jkun qiegħed jagħmel jista' jsirlu suf, jekk tinbena perċezzjoni ħażina ta' dak li qiegħed isir. Naħseb ħadd ma jista' jmeri li l-ekonomiija ta' pajjiżna bħalissa għaddejja minn wieħed mill-aktar mumenti tajbin tagħha. Għadhom kemm ħarġu ċifri li juru biċ-ċar dan il-fattur. Paragunata mas-sena l-oħra, il-qgħad naqas b'1,200 ruħ. Bil-pjan ta' enerġija li wassal għat-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bil-biżibilju ta' miżuri ekonomiċi li ttieħdu u li kulħadd nesa', pajjiżna huwa l-aktar wieħed, fost dawk Ewropej li qiegħed juri sinjali ekonomiċi pożittivi . Pajjiżi Ewropej oħrajn, għadhom għaddejjin b'diffikultajiet kbar. Dan kollu ma ġiex aċċidentalment, iżda minħabba l-attitudni tal- Gvern lejn in-negozji u fl-istess ħin is-sensiela ta' miżuri li saru biex jaqilgħu lil dawk li kienu fil-qiegħ tal-piramida ekonomika. B'dankollu huwa wkoll fatt li din l-amministrazzjoni preżentament għaddejja mill-mument diffiċli taghha. Mhux mument ekonomiku iżda wieħed politiku. Il-kritika ġenerali mhiex indirizzata lejn il- bwiet tan-nies iżda lejn il-bieb ta' Kastilja. In-nies jridu li d-differenza ma tidhirx biss fl-ekonomija, kif fil-fatt tidher, iżda anke fil-mod kif jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u kif għandhom iġibu rwieħhom dawk li għandhom xi kariga. Fi ftit kliem, fejn tidhol governanza, in-nies ma jridux jaraw dak li kien jiġri ilbieraħ. Huwa minnu wkoll li dawk li llum qegħdin jippriedkaw minn fuq il-pulptu, għadhom ma skonġrawx lilhom infushom mid-dnubiet mejta tal- bieraħ u għalhekk ftit għandhom kredibbilta'. Iżda ma jiswa xejn li nipprovaw nagħmlu xi difiża billi nirreferu għal dak li ġara lbierah. Il-mexxejja Nazzjonalisti għandhom żewġ tiri; dak li jaqbdu ma' dak kollu li qiegħed jagħmel il-Gvern u ma min qiegħed membru fil-Kabinett u dak li jnesssu il- ħazin kollu tagħhom, anke jekk dak li għamlu ħażin mhux biss huwa riċenti iżda qegħdin insofru l-effetti attwali tiegħu llum. Bl- ewwel tir nessew x'ġara Mater Dei, fl-Enemalta, f 'Għawdex, fil-'Gozo Channel' u kull fejn kien hemm bajla konkos u mitt ħaġa oħra. Fl-istess ħin nessew ukoll, ma dak li jista' jkun ħażin il-ħafna tajjeb li għamlet din l-amministrazzjoni. It-tfixkil minn mindu sabu saqajhom ma naqas qatt. Il- problema dejjem tibqa', li ħafna mill-mexxejja Nazzjonalisti li jikkritikaw bla nifs lill-Gvern ma jitwemmnux meta jitiligħu minn fuq il-pulptu biex jippriedkaw. Mhux għaliex għadhom ma skonġrawx lilhom infushom iżda għaliex ma jistgħux ikunu skunġrati. Għalhekk għal kull kritika li jagħmlu lill- Gvern, jiġu kkritikati lura u mfakkra li min jgħix f 'serra tal- ħgieg ma jistax jitfa' qsari. Fis-serra midinba tagħhom hemm wisq ħġieġ x'jitkisser, kemm dak li jihder, kif ukoll dak li ma jidhirx. Iżda jibqa' l-fatt li tajjeb jew ħażin, jekk in-nies ma jemmnux lil mexxejja Nazzjonalisti, xorta jistennew xi ħaġa differenti minn dak li ġara lbieraħ. Bir-raġun jgħidu li stennejna xi ħaġa ġdida għaliex fl- aħħar elezzjoni għalhekk ivvotajna. X'għamlu l-oħrajn nafu, iżda nafu wkoll x'qiegħed isir issa, anke jekk hemm kollox mibni fuq perċezzjoni. Waħda mill-akbar problem li jkollu l-politiku u persuni illi jokkupaw karigi pubbliċi ta' profil għoli dejjem tkun li ma jirrealizzawx li l-ħajja tkun inbiddlet mill-lejl għan-nhar. Ma jintebħux mill-ewwel li dak li kienu jagħmlu l-bieraħ, anke jekk ma kien xejn ħażin ma jistgħux ikomplu jagħmluh llum. Ma jintebħux fil-ħin, li dak li ordinarjment kienu jagħmlu meta kienu ċittadini komuni jew ordinarji ma jistgħux jibqgħu jagħmluh illum. Aktar ma tkun ogħla l-kariga tiegħek akbar l-obbligi li jkollok. Huwa minnu li l-poter iġib miegħu ċerti privileġġi inevitabbli, iżda nista' nassigura lil kulħadd, li l-poter iġib miegħu ħafna aktar sagrificcji. Ma jmutux biss dawk il-pjaċiri ta' kuljum li sa ftit qabel konna nagħmlu, iżda kultant anke l-ħajja privata u familjari tiegħek ma tibqax sagra, għalkemm nemmen li dejjem hemm linja ħamra li qatt m'għandha tinqabeż. Kull min huwa Ministru, Segretraju Parlamentari jew jokkupa kariga pubblika għolja, qisu għasfur jgħanni kuntent f 'gaġġa tad-deheb. Kull aġir u għemil jista' mhux biss jirrifletti fuq l-operat tal-individwu, iżda agħar minn hekk fuq dak tal-Gvern, anke meta jkun tajjeb. In-nies għandhom memorja qasira u jiftakru aktar il-ħażin riċenti milli t-tajjeb li jkun qiegħed isir. TONI ABELA "Dawk li llum qegħdin jippriedkaw minn fuq il-pulptu, għadhom ma skonġrawx lilhom infushom mid-dnubiet mejta tal-bieraħ u għalhekk ftit għandhom kredibbilta'." Il-Gwarniċ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015