Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D an il-ġurnal jippreferi illi meta niddiskutu l-politika jew meta nintervistaw Ministru tal-Gvern, bħal m'għamilna fil-ħarġa tal-lum, ikun min ikun il-Ministru u mill- liema partit ikun ġej, nitkellmu dwar il-kwistjonijiet purament politiċi. Nitkellmu dwar in-nies u kif il-politika tal-Gvern preżenti qed taffetwa lin-nies. Nitkellmu dwar l-inġustizzji li kienu u għadhom qed iseħħu u, mela le, nitkellmu dwar kwistjonijiet bħal ta' Gaffarena jew il-mod kif kien jinxtara ż-żejt, li setgħu ġew immaniġġjati aħjar jew evitati għal kollox. Minkejja dan, din il-ġimgħa l-ILLUM intervista lill-Ministru Cardona, mhux dwar il- portafoll tiegħu, iżda dwar żewġ allegazzjonijiet partikolari, jiġifieri waħda dwar appartament li qed jikri f 'Portomaso u l-oħra dwar bar, illi allegatament jiffrekkwentah l-istess Cardona. L-allegazzjoni hija li f 'dan il-bar imorru ħafna kriminali u nies li jieħdu d-droga. Li jfisser li mal- allegazzjoni hemm insinwazzjoni mhux daqstant sottili, li la Cardona qed ikun f 'dan il- post, jew huwa assoċjat mal- kriminalita' jew inkella qed jieħu d-drogi hu. Dan il-ġurnal jixtieq jiffoka fuq it-tieni allegazzjoni u/jew insinwazzjoni. Aħna m'aħniex se nilagħbuha ta' avukati għal Cardona, dak ix-xogħol jagħmlu hu kif għamel fl-intervista li qed tidher fuq dan il-ġurnal illum. Cardona għamilha ċara li f 'ħajtu qatt ma miss ma' droga u allura issa huwa f 'idejn il-qarrejja li jaraw, jevalwaw u jiddeċiedu jemmnuhx jew le. Bl-aktar mod ċar iżda, jaħseb x'jaħseb kulħadd, din il-ġimgħa il- mannara waqgħet fuq Cardona, prinċipalment fuq il-kredenzjali u fuq l-integrita' tiegħu. Imma issa jekk se nwaqqgħu l-mannara, l-mannara għandha taqa' għal kulħadd. Għax jekk kellna nemmnu li dan il-bar huwa mimli nies dubjużi, nistgħu nsemmu patafjun bars, każini u postijiet oħrajn li huma dubjużissimi. U jekk kellna naqbdu nsemmu kull politiku li daħal f 'dawn il-bars u każini, nsibu li hemm politiċi miż- żewġ naħat li, konxjament jew le, kienu f 'post mimli xorb u tbagħrid, b'xi persuna dubjuża tħakkek miegħu. Jekk Chris Cardona qed ikun f 'postijiet mimlijin bil-kriminali u drogi mela qed jagħmel ħażin u ħażin ħafna. Qed jinsa li llum hu sar Ministru u mal-kariga tiegħu jġorr ir-reputazzjoni tal-Gvern. Imma dak li jgħodd għal Cardona, jgħodd għal kulħadd. Għax issa dan il- pajjiż, frankament, iddejjaq u xaba' jara l-istess akkużi, li b'kumbinazzjoni dejjem isiru fuq min ħadha kontra naħa waħda tax-xaqliba politika. Xbajna naraw missirijiet li jkunu ilhom jpejpu l-ħaxixa 15-il sena, jew aktar, jiġu arrestati fil-mument li binhom imur jidher mal-Partit Laburista. Issa ddejjaqna naraw nies ivvitimizzati, mgħajjra u insulentati fil-mument li jgħidu li se jivvutaw lill-Partit Laburista. Alla jbierek Nazzjonalist f 'kariga, hi x'inhi l-kariga, jibqa' pur sakemm jibqa' leali. Imbagħad il-mument li jidher jifavorixxi jew (allaħaresqatt) jivvota lill- PL, hemmhekk jinfetħu l-bibien tal-vomtu u t-tgħajjir. Minn hemmhekk isir drugat, miġnun, għandu bżonn psikjatra, kriminal u kull akkuża li tista' timmaġina. U ma noqgħodux nilagħbuha tad-dojoq. Nafu li hekk ġara u mid-dehra hekk għadu jiġri. Mela ħalluha taqa' l-mannara fuq il-politiċi. Ħalluha taqta' l-irjus. Imma ħalluha taqa' għal kulħadd, għal kull Ministru, passat, preżenti u prospettiv. Għax f 'dan il-pajjiż, speċjalment fil-politika, ħadd mhu divin, ħadd mhu qaddis, ħadd mhu subgħajh dritt u ħadd mhu verġni. Ħa taqa' l-mannara! Jekk se taqa' l-mannara