Illum previous editions

illum 26 July 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 21 Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Shady Lady GĦEŻIEŻ qarrejja tal- gazzetta IILLUM, Jiena Beppe Fenech Adami, il-Membru Parlamentari u nitkellem bil-'psi' u l-'pse'. Nixtieq ninfurmakhom li minn issa 'l quddiem se nkun qed nibbaża l-informazzjoni kollha tiegħi fuq dak li tgħid id-defni. Bħal ma tafu id-defni hija tarka għall-pi enne. Naf li titkellem bil-ħdura u l-mibgħeda, imma x'nitnejjek! Anzi kieku ma kinitx kerha pesti u kellha sorma kbir daqs rawndebawt, kieku ngħid li nitlaq kollox u mmur ngħix magħha. Min jaf kemm fiha gost. Imma nibża li nispiċċa b' xi platt fuq rasi bħal ma ġralu r-raġel pastizz li għandha. Issa importanti tapprezzaw li meta d-defni attakkat l-bar fil- Belt fejn jintefa Chris Cardona għażlet li ma ssemmix in-nazzjonalisti kollha li jixorbu hemm, inkluż membri parlamentari, avukati u periti! 'Shady' għax ovjament riedet tgħid li jsiru ħwejjeġ 'very wrong.' Għalkemm m'għandiex prova waħda mġiddma li hemm affarijiet ħżiena jew illegali. Jien x'nitnejjek! Jien mill-ewwel irrepetejt dik li qalet id-defni (t-tarka tal-Pi enne) mingħajr ma tajt każ li f 'dan il-bar jixorbu wkoll ħafna nies li huma ħbieb tiegħi. Xtaqt insemmihom imma ma rridx naqa għan-nejk. Isma jien m'inix bniedem kattiv bħal ma jpinġuni ħafna nies, lanqas jien intelliġenti ħafna, anzi l-oppost. Insomma, nixtieq ngħid li qabel ma ddeċidejt li noħrog ngħajjar u nagħmilha ta' pappagall tad-defni ddiskutejt kollox ma' Simon u ovjament ma' Marju wkoll. Iva Marju DeMarco, dak li jagħmel xi xogħol ta' avukat ma' Tumas. Iva ħija! Bħal Claudio ta' Austin, ma tafux, li jagħmel xogħol maċ-ċaqnu? U iva bħal ma kont nagħmel jien u sieħbi Michael Falzon tal-lejber. Insomma, Marju u Simon qablu miegħi. Marju kien daqxejn ħosbien. Għax tafux, darba minnhom id-defni għamlet inswinazzjonijiet koroh fuq missieru Gwido. Alla ħares kont jien għax kont ….. Insomma insinwazzjonijiet koroh tafux. Imma minn dak iż-żmien kollox inbiddel għal-defni, minn meta ltaqgħet ma' Riċċard. Minn dik il-ġurnata saret bħali, temmen li n-Nazzjonalist huma razza speċjali u l-lejburisti huma qabda kwadri u ċwieċ. Issa, ħa niftehmu, jien qed ngħid kollox biċ-ċajt. Issa billi għedt li l-bar huwa shady, x'hemm ħażin? L-aqwa li waħħaltu lil Chris Cardona. Jien x'ala l-bubun! Jien kont naf, per eżempju, li Silvan Fenech m' għandux x'jaqsam ma' electrogas għax m'għadux shareholder aktar tat-Tumas Group, imma jien x'nitnejjek! Imma kien jaqbel li nagħti l-impressjoni li hu għandu x'jaqsam biex nħammeġ lil Chris, hux. Staqsewni "għalfejn ma ssemmiex lil Joe Gasan meta issemmi lil Electrogas?" u weġibthom li jien nsemmi lil min irid. Imbgħad qaluli oqgħod attent, għax jekk titfa t-tajn titħammeġ int. U staqsejthom "min? Jien?" U qaluli "u issa Beppe, mhux kullħadd għandu xi jxomm, int ma kontx ħabib ta' dak tal-petrol station ta' H'Attard? U imbgħad xi tgħid dwar ħbiebek kuntratturi?" Qaluli "Beppe m'intix verġni tafx". U jien b'umiltà kbira rrispondejt "jien Beppe Fenech Adami u jiena nista nitfa' tajn fuq ħaddieħor għax jien Nazzjonalist u aħna n-nazzjonalisti postna mhux fuq in-naħa tal- oppożizzjoni imma fil-gvern. U mbagħad kien hemm bravu li qal, "Imma Beppe ma qalulekx li inti għandek 15 il-sena fl-oppożizzjoni?" U jien b'ton ċajtier għedtlu, "mur ara kemm tkun kerha defni ta' 65" Ommi ma, x'biża! Għalissa ciao ħbieb, u toqgħodux tinkwetaw, jiena ħa nibqa konsistenti kif dejjem kont – iġifieri li jekk jkun hemm xi ħadd lejburist jieħu drink ġewwa xi bar jien ha ngħid li dak il-bar huwa shady. U niġi naqa u nqum jekk nirovinalu n-negozju. Għax my name is Beppe! U jien x'nitnejjek!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 July 2015