Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/546402
Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 | illum 27 SPORTSillum LEWIS Hamilton, ilbieraħ kiseb il-pole position tal- Ungerija meta għeleb lil sieħbu iżda rivali kbir fuq Mercedes Nico Rosberg li temm fit-tieni post b'vantaġġ ta' iktar minn nofs sekonda. Is-sewwieq Brittaniku champion tad-dinja ddomina dan tmiem il- ġimgħa ta' provi u jidher il- favorit ewlieni li llum itemm fl-ewwl post fiċ-ċirkwit ta' Hungaroring li jinsab viċin Budapest fl-Ungerija. Fit-tielet post se jkun qed jibda s-sewwieq Ġermaniż Sebastian Vettel fuq Ferrari li għadda verament bi ftit, eżattament b'0.035 sekondi lil Daniel Ricciardo fuq Red Bull li se jkun qed jibda fir-raba' post. Matul dan l-istaġun Red Bull qed ikollhom wirjiet u riżultati ferm tajbin u llum se jkunu fit-tentattiv li jirbħu post fuq il-podju għas-spejjeż ta' Ferrari. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa rispettivi tal-F1 fiċ-ċirkwit ta' Hungaroring, viċin Budapest fl-Ungerija, flimkien mal-ħin li rnexxielhom jiksbu: SPORTSillum Organizzata b'suċċess it-tieni edizzjoni konsekuttiva tal-'Battle on the Beach' mill-MFBBF GĦATTIENI sena konsekuttiva, il-Malta Federation of Bodybuilding & Fitness, organizzat b'suċċess l-avveniment ewlieni tagħha tas-sajf, li jġib l-isem ta' Battle on the Beach'. Xejn inqas minn 38 atleta ipparteċipaw f 'erba' kategoriji differenti li kienu l-'Men's Physique', il- 'Bikini Fitness', il-'Women's Physique' u l-'Bodybuilding'. L-uniku kategorija li kienet iġġudkata kienet dik tal-'Men's Physique', li fiha Jonathan Seychell spiċċa biex kien ir-rebbieħ overall, segwit minn Axl Mallia. Il-kulminu ta' dan l-avveniment annwali ntlaħaq fl-aħħar minuti permezz ta' 'guest performances' taċ-champion Malti u Ewropew tal- bodybuilding, Luke Debono, kif ukoll tal-bodybuilder professjonali Slovakk tal- IFBB, Marian Cambal. Iċ-champion Malti u Ewropew tal-bodybuilding, Luke Debono, u l-bodybuilder professjonali Slovakk tal-IFBB, Marian Cambal jippożaw flimkien ma' uffiċjali tal-MFBBF, fosthom Ralph Decelis u Blanche Coppola Sewwieq Tim Ħin 1. Lewis Hamilton Mercedes-Mercedes 1m 22.020s 2. Nico Rosberg Mercedes-Mercedes 1m 22.595s 3. Sebastian Vettel Ferrari-Ferrari 1m 22.739s 4. Daniel Ricciardo Red Bull-Renault 1m 22.744s 5. Kimi Raikkonen Ferrari-Ferrari 1m 23.020s 6. Valtteri Bottas Williams-Mercedes 1m 23.222s 7. Daniil Kvyat Red Bull-Renault 1m 23.332s 8. Felipe Massa Williams-Mercedes 1m 23.537s 9. Max Verstappen Toro Rosso-Renault 1m 23.679s 10. Romain Grosjean Lotus-Mercedes 1m 24.181s 11. Nico Hulkenberg Force India-Mercedes 1m 23.826s 12. Carlos Sainz Jr Toro Rosso-Renault 1m 23.869s 13. Sergio Perez Force India-Mercedes 1m 24.461s 14. Pastor Maldonado Lotus-Mercedes 1m 24.609s 15. Fernando Alonso McLaren-Honda Ħin mhux rekordjat 16. Jenson Button McLaren-Honda 1m 24.739s 17. Marcus Ericsson Sauber-Ferrari 1m 24.843s 18. Felipe Nasr Sauber-Ferrari 1m 24.997s 19. Roberto Merhi Manor Marussia 1m 27.416s 20. Will Stevens Manor Marussia 1m 27.949s Hamilton jikseb il-pole -Ungerija (Mix-xellug ghall-lemin ) - Rosberg, Hamilton u Vettel Lewis Hamilton -azzjoni ċ-ċirkwit ta' Hungaroring, viċin Budapest, -Ungerija